Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet6 Settembru 2018L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni

Lukanda fil-Ġermanja timla b’mod urġenti postijiet tax-xogħol battala bl-għajnuna tal-EURES

Għal intrapriżi fis-settur tat-turiżmu u l-ospitalità, huwa importanti iktar minn qatt qabel li jimpjegaw persunal minn barra l-pajjiż biex jimlew postijiet battala. Madankollu, intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju mhux dejjem ikollhom ir-riżorsi jew in-netwerks għad-dispożizzjoni tagħhom biex jimmaniġġaw ir-reklutaġġ internazzjonali.

Hotel in Germany fills urgent vacancies with the help of EURES
Romantik Berghotel Astenkrone

B’xorti tajba, l-intrapriżi fil-Ġermanja m’għandhomx għalfejn iħossuhom waħedhom fit-tfittxija tagħhom għal professjonisti internazzjonali kkwalifikati. Iż-Zentrale Auslands- und Fachvermittlung (ZAV), id-Dipartiment Internazzjonali tas-Servizz Pubbliku Ġermaniż għall-Impjieg, jgħinhom ifittxu applikanti potenzjali minn barra l-pajjiż li għandhom ħiliet li huma nieqsa fis-suq Ġermaniż.

Dan huwa wkoll fejn ikun ta’ għajnuna l-EURES. Bħala membru tan-netwerk tal-EURES, iż-ZAV jagħmel użu mill-bażi ta’ data tan-netwerk biex isostni lill-impjegaturi. B’mod aktar speċifiku, huwa jista’ jieħu vantaġġ mill-appoġġ offrut permezz tal-programm “L-ewwel impjieg tal-EURES tiegħek” li jgħin liż-żgħażagħ isibu xogħol jew opportunitajiet ta’ taħriġ barra minn pajjiżhom u jappoġġja lill-impjegaturi biex isibu l-ħiliet li jeħtieġu għall-intrapriża tagħhom.

Intrapriża li bbenefikat mill-appoġġ offrut miż-ZAV u l-EURES hija r-Romantikhotel Astenkrone fir-raħal ta’ Winterberg, f'Nordrhein-Westfalen, li aktar kmieni din is-sena kien possibbli li tilqa' żewġ membri ġodda tal-persunal min-Nofsinhar tal-Ewropa biex jimlew b’mod urġenti postijiet tax-xogħol battala matul l-eqqel tal-istaġun tagħha.

Jörg Templin, maniġer tar-Romantikhotel Astenkrone, jispjega: “Meta żewġ impjegati telquna ħabta u sabta eżatt qabel il-Milied, fil-bidu tal-eqqel tal-istaġun, kellna nsibu wejter u receptionist f’qasir żmien għaliex il-lukanda kienet mimlija kollha. Irrikorrejna għand l-aġenzija lokali tal-impjiegi tagħna, li mbagħad għamlitna f’kuntatt maż-ZAV, li pproponietilna diversi kandidati internazzjonali.”

Templin għażel li jimpjega lil Angelo Cinieri, mill-Italja, u lil Maria Consuelo Bravo, minn Spanja, li sa mill-bidu tas-sena kienu ta’ appoġġ għat-tim ta’ 42 ruħ tal-lukanda. Fiż-żewġ każijiet, kien hemm inqas minn tliet ġimgħat bejn id-data meta l-kandidati ppreżentaw l-applikazzjonijiet tagħhom permezz taż-ZAV u l-ewwel jum tax-xogħol tagħhom fil-lukanda.

Iż-ZAV kien sab is-CV ta’ Bravo fil-bażi ta’ data tan-netwerk tal-EURES tard fl-2017 u għamel kuntatt magħha. Il-professjoni tagħha hija effettivament għalliema tal-Ispanjol bħala lingwa barranija, iżda kienet ħadmet għal aktar minn tliet snin bħala receptionist f’lukanda f’Barċellona u kienet au pair fi Vjenna, għalhekk is-CV tagħha kien jgħodd sew għal xogħol fil-lukanda.

Cinieri, min-naħa l-oħra, kien diġà magħruf miż-ZAV, peress li d-dipartiment kien diġà sablu post tax-xogħol għas-sajf ġo ħanut tal-ġelat fuq il-gżira ta’ Wangerooge fl-2017. Wara din l-esperjenza, huwa inizjalment mar lura l-Italja, sakemm sema’ dwar wieħed mill-avvenimenti ta’ reklutaġġ taż-ZAV f’kooperazzjoni mal-EURES tal-Italja f’Milan u reġa’ għamel kuntatt magħhom.

“Aħna nnuttajna mill-ewwel li mill-aħħar darba li tkellimna miegħu, huwa kien tejjeb sew l-għarfien tiegħu tal-lingwa Ġermaniża,” fakkret Stephanie Diegel, li taħdem bħala uffiċjal tal-kollokamenti u Konsulent tal-EURES maż-ZAV f’Dortmund. “Għaldaqstant kien immedjatament ċar għalina li stajna nipproponuh bħala kandidat għal impjegaturi oħrajn.”

L-integrazzjoni ta’ impjegati barranin f'intrapriża teħtieġ impenn b'saħħtu ħafna tal-impjegatur, u r-Romantikhotel Astenkrone toffri eżempju tajjeb ta’ dan. Wara l-wasla tagħhom, il-lukanda appoġġat b’mod attiv liż-żewġ impjegati l-ġodda biex jistabbilixxu ruħhom, billi għenithom f’affarijiet relatati mal-akkomodazzjoni u formalitajiet u billi offriet pariri 24 siegħa kuljum.

Kemm Bravo kif ukoll Cinieri rċivew ukoll appoġġ mill-"Ewwel impjieg tal-EURES tiegħek" li għenhom fl-ispejjeż tal-ivvjaġġar tagħhom.

“L-impjegati qatt ma għandhom iħossuhom weħidhom”, jemmen Templin. Huwa żid jgħid li l-kumpaniji “m’għandhomx jinjoraw l-importanza tal-integrazzjoni soċjali, għaliex jekk l-impjegati jkunu mdejqin fil-ħin liberu tagħhom, jitilqu wara ftit ta’ żmien”.

“Għall-biċċa l-kbira tal-applikanti internazzjonali, il-vjaġġ lejn il-Ġermanja huwa pass lejn dak li mhux magħruf,” żied jgħid Thorsten Rolfsmeier, li jaħdem bħala direttur tal-unità operattiva taż-ZAV. “Għandhom ikunu jafu eżattament x’għandhom jistennew u liema għajnuna se jirċievu.”

Grazzi għaż-ZAV u l-EURES, ir-Romantikhotel Astenkrone setgħet timla żewġ postijiet ewlenin battala f’perjodu ta’ emerġenza, filwaqt li Bravo u Cinieri kellhom l-opportunità li jiksbu esperjenza ta’ xogħol internazzjonali siewja. Sadanittant, l-appoġġ għall-integrazzjoni pprovdut mil-lukanda, għandu jkun ta’ eżempju tajjeb sabiex isegwuh impjegaturi oħrajn li jkunu se jimpjegaw minn barra l-pajjiż.

L-iskema tal-mobilità "L-ewwel impjieg EURES tiegħek" tgħin liż-żgħażagħ ta’ bejn it-18 u l-35 sena biex isibu impjieg jew opportunitajiet ta' taħriġ fi Stat Membru ieħor tal-UE, in-Norveġja jew l-Iżlanda, pereżempju permezz ta’ internship, apprendistat jew kors għat-tagħlim ta’ lingwa. Biex tikseb aktar informazzjoni, żur: http://www.yourfirsteuresjob.eu/en/home.

 

Links relatati:

L-ewwel impjieg EURES tiegħek

 

Aqra aktar:

Jiem l-Impjiegi Ewropej

Drop’pin@EURES

Sib Konsulent tal- EURES

Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES

Tiftix għall-Impjiegi mal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

Temi
Aħbarijiet esterni tal-EURESStejjer ta' suċċessŻgħażagħ
Sezzjoni(jiet) relatati
L-Għajxien u x-Xogħol
Settur
Accomodation and food service activitiesActivities of extraterritorial organisations and bodiesActivities of households as employers, undifferentiated goods- and servicesAdministrative and support service activitiesAgriculture, forestry and fishingArts, entertainment and recreationConstructionEducationElectricity, gas, steam and air conditioning supplyFinancial and insurance activitiesHuman health and social work activitiesInformation and communicationManufacturingMining and quarryingOther service activitiesProfessional, scientific and technical activitiesPublic administration and defence; compulsory social securityReal estate activitiesTransportation and storageWater supply, sewerage, waste management and remediation activitiesWholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.