Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet6 Ġunju 2017L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni

Ritorn lejn id-dar: Ħajja magħmula aktar faċli għall-Pollakki li jirritornaw lura

In-nies għandhom tendenza naturali li jivvjaġġaw, jirrilokaw u jaġġornaw. Ejjew inkunu onesti, li wieħed ikun dejjem attiv huwa wieħed mill-prodotti sekondarji tad-dinja dejjem aktar globalizzata tagħna. Iżda fl-istess waqt, reċentement beda jiġri l-oppost. Illum il-ġurnata, jidher li aktar u aktar Pollakki li jgħixu barra qed jagħmlu pjanijiet ta’ ritorn lura d-dar. Bit-tendenza xi 15-il sena ilu tkun li jħallu art twelidhom għal mergħat b’aktar ħdura, il-Pollakki issa qed ifittxu x-xogħol lura f’pajjiżhom. Fil-passat, il-mistoqsija kienet għaliex. Illum, il-kwistjoni hija meta...

Homecoming: Polish returnees’ lives made much easier

Skont id-Deputat Prim Ministru tal-Polonja Mateusz Morawiecki, bejn 100,000 sa 200,000 Pollakk ibbażati fir-Renju Unit mistennija jirritornaw lura d-dar. “Il-Pollakki qed jibdew jirrealizzaw li hemm opportunitajiet eċċitanti jistennewhom f'darhom”, qal Morawiecki. U bl-ekonomija tal-Polonja b’żieda importanti fit-tkabbir, il-fattur ta’ eċċitament qed jiżdied b’ritmu mgħaġġel aktar minn qatt qabel. Madankollu, għall-biċċa l-kbira li qattaw ammont ta’ żmien sinifikanti barra l-pajjiż - li jirritornaw tista’ tkun sitwazzjoni diffiċli. Meta tirritorna, mhux biss id-dar tista’ tkun post differenti minn dak li kienet meta ħallejtha jew minn dak li kont imdorri bih. Iżda x’aktarx tkun tidher differenti minn dak li kont qed tistenna.

Huwa hawn fejn tidħol Zielona Linia - Servizz Pubbliku tal-Impjiegi fuq livell nazzjonali li jagħti daqqa t’id lil dawk li jirritornaw sabiex jerġgħu jsibu saqajhom fil-Polonja. L-Aġenzija ħolqot kampanja li għaddejja bħalissa msemmija “Ġej lura l-Polonja?” immirata lejn Pollakki li jgħixu barra l-pajjiż u li diġà ddeċidew li jmorru lura d-dar. Il-mod ewlieni ta’ kif tinforma ruħek dwar il-proċess huwa mis-sit web tal-kampanja fuq http://powroty.gov.pl. L-għan tagħha huwa li tindirizza u tipprovdi informazzjoni dettaljata, li tkopri kollox u aġġornata u formalitajiet li l-Pollakki x’aktarx jaffaċċjaw. Offline ukoll, inħoloq fuljett stampat sabiex jgħin jappoġġja u jippromwovi l-inizjattiva. B’identifikazzjoni tal-oqsma ewlenin li dwarhom in-nies jistgħu jingħataw informazzjoni u appoġġ, il-fuljett huwa disponibbli kemm bil-Pollakk kif ukoll bl-Ingliż.

Edyta Jaremko-Kuśmirak, Konsulenta tas-Servizz Pubbliku tal-Impjiegi, tikkummenta li l-iskop tagħhom huwa li jgħinu lill-Pollakki jindirizzaw il-kwistjonijiet legali, amministrattivi u komunitarji jew saħansitra ta’ appoġġ psikoloġiku kollha. Dawn ikopru firxa wiesgħa ta’ suġġetti li jvarjaw mir-reġistrazzjoni fl-uffiċċju tax-xogħol għat-tfittix ta’ impjieg għal kwistjonijiet ta’ taxxa u t-trasferiment ikkumplikat tal-benefiċċji lejn il-Polonja. Fost is-servizzi pprovduti hemm ukoll informazzjoni dwar kif tikseb fondi sabiex tibda negozju tiegħek stess, sostenn għall-impjieg, kif tagħmel CV u korsijiet ta’ taħriġ. Edyta u t-tim tagħha jagħtu wkoll daqqa t’id f'dak li jirrigwarda suġġetti aktar sensittivi bħal, xokk kulturali invers, l-aġġustament tat-tfal għall-ambjent ġdid tagħhom (jaf mhux l-ewwel darba), jew l-għażla tal-iskola adattata.

Ngħinu lil dawk in-nies li diġà ddeċidew li jridu jiġu lura f'pajjiżhom. Iżda ma nipparteċipawx b’mod attiv fil-proċess tad-deċiżjoni importanti ferm u personali tar-ritorn" qalet Agnieszka Juźwiuk, konsulenta għall-impjiegi u editriċi tas-sit web ta’ Zielona Linia.

Jekk qed tikkunsidra li tiġi lura l-Polonja, kun żgur li żżur is-sit web tal-kampanja. U nistgħu niggarantulek li t-tim ta’ Zielona Linia jkun lest iwieġbek għal kwalunkwe mistoqsija li jista’ jkollok jew permezz tal-posta elettronika jew fuq il-linja telefonika pubblika ta’ informazzjoni (Nru 19524). Ftakar biex iżżomm ruħek aġġornat/a mal-informazzjoni tagħhom permezz ta’ Facebook filwaqt li tiċċekkja l-għajnuniet siewja, il-pariri u l-vidjos utli. Għad għandek mistoqsijiet? Inagħqad mas-sessjonijiet Q&A tal-istreaming live bil-vidjo kull l-aħħar Ħamis tax-xahar fuq l-istess paġna ta’ Facebook, u ikseb ir-risposti kollha li qed tfittex!

Huma dawn it-tipi ta’ sfidi li l-EURES Polonja bl-għajnuna tas-Servizz Pubbliku tal-Impjiegi Pollakk jittama li jegħleb b’kampanji bħal din. L-għan tiegħu huwa li jipprovdi pjattaforma aktar aċċessibbli għall-Pollakki li jirritornaw sabiex ikunu jistgħu jagħmlu deċiżjonijiet infurmati u jaċċessaw informazzjoni xierqa u mmexxija minn esperti, ma’ professjonisti u persuni li rritornaw li diġà bbenefikaw mill-għajnuna tal-EURES.

 

Links relatati:

Zielona linia, Servizz Pubbliku tal-Impjiegi Pollakk

Kampanja “Ġej lura l-Polonja”

Sessjoni online ta’ intervisti u testimonjanzi ddedikata għall-Pollakki li jirritornaw

Paġna Facebook tal-kampanja

Studju Internazzjonali dwar l-Isfidi tar-Ritorn Lura d-Dar - “Xokk Kulturali Invers”

 

Aqra aktar:

Sib Konsulent tal-EURES

Kundizzjonijiet taʼ għajxien u xogħol fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi taʼ Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avveniment Online li jmiss

EURES fuq Facebook

EURES fuq Twitter

EURES fuq LinkedIn

EURES fuq Google+

Temi
L-aħjar prattika tal-EURESTaħriġ EURESAħbarijiet interni tal-EURESAħbarijiet dwar is-suq tax-xogħol/aħbarijiet dwar il-mobilitàMidja soċjali
Sezzjoni(jiet) relatati
Għajnuna u appoġġL-Għajxien u x-Xogħol
Settur
Accomodation and food service activitiesActivities of extraterritorial organisations and bodiesActivities of households as employers, undifferentiated goods- and servicesAdministrative and support service activitiesAgriculture, forestry and fishingArts, entertainment and recreationConstructionEducationElectricity, gas, steam and air conditioning supplyFinancial and insurance activitiesHuman health and social work activitiesInformation and communicationManufacturingMining and quarryingOther service activitiesProfessional, scientific and technical activitiesPublic administration and defence; compulsory social securityReal estate activitiesTransportation and storageWater supply, sewerage, waste management and remediation activitiesWholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.