Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet15 Marzu 2018L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni

Il-Ġermanja kellha bżonn ħaddiema fis-settur tal-kura… u għalhekk Cristina qabdet ajruplan u telqet

L-infermiera assistenta Spanjola Cristina Cañadas Pequin kellha ssib xogħol malajr. Il-kuntratt temporanju tagħha kien għadu kif intemm u ftit li xejn kien hemm opportunitajiet lokali. Billi applikat għal apprendistat fil-Ġermanja permezz tal-iskema L-ewwel impjieg tal-EURES tiegħek (YfEJ), fl-aħħar hija sabet il-pożizzjoni li kienet qiegħda tfittex.

Germany needed care sector workers… so Cristina got on a plane
EURES

Cristina rnexxielha tikseb apprendistat ma’ ‘Haus Margerita’, servizz ta’ kura speċjalizzata, fejn hija tipprovdi appoġġ espert lil persuni bi bżonnijiet tas-saħħa mentali:

“Ix-xogħol tiegħi huwa li nieħu ħsieb lil dawk li huma l-aktar fil-bżonn,” tispjega Cristina. “Pereżempju, jien nappoġġja lill-utenti tas-servizz waqt il-ħin tal-ikel u ngħinhom fis-saħħa fiżika tagħhom. Aktar minn dan, jiena qiegħda hemm biex nagħti motivazzjoni u noħloq sens ta’ fiduċja u sigurtà”.

Il-YfEJ attiratni minn żewġ aspetti. “L-ewwel, peress li jien ma kellix impjieg, sibtha diffiċli ħafna biex insib impjieg f’pajjiżi, fi Spanja. Barra minn hekk, l-offerta ta’ esperjenza ta’ xogħol bi kwalità għolja, flimkien ma’ opportunità biex immur ngħix barra, verament attirawni... Kienet ħolma li saret realtà.”

Billi applikat għall-pożizzjoni permezz ta’ YfEJ, Cristina kellha aċċess għal appoġġ konsiderevoli sabiex tħejji għall-ħajja ġdida tagħha barra mill-pajjiż.

“Il-programm m’għennix biss biex insib impjieg li nħobb, iżda tani wkoll xi flus biex nissetilja... Kull ġimgħa jien nattendi wkoll klassijiet ta’ taħriġ fil-lingwa Ġermaniża, u dan kollu bis-saħħa tal-proġett”.

Fl-apprendistat ta’ tliet snin, Cristina tikkombina l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali max-xogħol prattiku. Dan ifisser li hija qiegħda takkwista l-ħiliet li teħtieġ biex tavvanza fil-karriera tagħha, filwaqt li qiegħda tikseb kwalifiki ġodda u taqla’ paga diċenti – dan kollu fl-istess ħin.

“Jien qiegħda nagħmel tip ta’ taħriġ li l-Ġermaniżi jsejħulu “Ausbildung”. Effettivament, jien ser naħdem fil-kumpanija għal xahar u mbagħad ser inqatta’ xahar l-iskola, imbagħad nerġa’ mmur lura x-xogħol, u nibqa’ sejra hekk. Dan ifisser li meta nkun ix-xogħol, jien nipprattika dak kollu li nkun tgħallimt fil-klassi.”

Meta aċċettat l-impjieg f’Haus Margerita, Cristina kkontribwixxiet ukoll sabiex in-nuqqas ta’ persunal nazzjonali ma jibqax wieħed sinifikanti, fi żmien meta kważi żewġ terzi tal-faċilitajiet tal-kura tal-Ġermanja ma għandhomx biżżejjed persunal.

Bħala d-Direttriċi tad-dar għall-kura, Stefanie Goldwich, tispjega: “Is-settur tas-saħħa qiegħed jikber b’mod stabbli u sfortunatament, in-nuqqas ta’ ħiliet huwa problema serja fir-reġjun tagħna. Peress li kellna aktar pożizzjonijiet vakanti milli applikanti adatti, kellna nitolbu l-għajnuna tal-programm YfEJ.”

YfEJ mill-ewwel għen sabiex Stefanie tagħmel kuntatt ma’ Cristina. “Il-programm YfEJ kien tassew ta’ għajnuna kbira fil-proċess kollu tal-organizzazzjoni; aħna kellna biss nuru x-xewqa tagħna li nirreklutaw apprendist minn barra l-pajjiż,” tgħid Stefanie. “Naturalment, aħna ppreżentajna xi kriterji għar-reklutaġġ... Pereżempu, l-impjegat potenzjali tagħna ried ikollu ċertifikat ta’ tmiem tal-iskola intermedju (‘Mittlere Reife’) u [jkun] temm taħriġ fis-settur tas-saħħa.”

Ladarba YfEJ ipprovda d-dettalji tal-kuntatt ta’ Cristina’, il-proċess tar-reklutaġġ kien wieħed sempliċi ħafna. Wara xi korrispondenza inizjali bl-email, Cristina ltaqgħet ma’ Stefanie u l-kollegi tagħha wiċċ imb wiċċ fid-dar għall-kura u, wara li ħalliet impressjoni tajba fl-intervista tagħha, huma ddeċidew li jirreklutawha.

L-akbar sfida għal Cristina kienet il-ħtieġa li titgħallem il-lingwa Ġermaniża malajr, b’mod partikolari fir-rigward ta’ termini tekniċi, u Stefanie tammetti li dan poġġieha f’ “pożizzjoni inizjali aktar dgħajfa” meta mqabbla mal-apprendistati Ġermaniżi. Madankollu, hija tgħid li dan ma ħoloq l-ebda xkiel, peress li x-xogħol mal-pazjenti “jinvolvi primarjament komunikazzjoni mingħajr kliem u jirrikjedi ħafna mimika u ġesti”.

Stefanie tħoss li Cristina kienet ta’ “għajnuna kbira”, u Haus Margerita qegħdin joffrulha taħriġ addizzjonali fil-lingwa Ġermaniża, li jiffoka fuq terminoloġija speċjalizzata.

Min-naħa tagħha, Cristina hija ħerqana li tħeġġeġ żgħażagħ oħrajn biex jipparteċipaw fil-programm YfEJ:

“Għalkemm din hija opportunità tajba ħafna, hija diffiċli ħafna wkoll... iżda jekk inti għandek il-ħiliet u inti motivat, il-YfEJ ser jiftaħlek ħafna bibien. Peress li inti ser tkun qiegħed tgħix waħdek, timmaniġġja l-flus tiegħek, tagħmel ħbiberiji ġodda u tadatta għall-ħajja f’pajjiż ieħor, inti ser issir aktar fiduċjuż... Jien dejjem ser inkun grata għal din l-opportunità meraviljuża.”

L-ewwel Impjieg tal-EURES tiegħek hija skema tal-mobbiltà fl-impjiegi tal-Unjoni Ewropea. Sabiex issir taf aktar dwar l-opportunitajiet ta’ impjiegi u taħriġ fl-UE kollha jew biex issib impjegati bil-ħiliet li inti qiegħed/qiegħda tfittex, ikkuntattja wieħed mis-servizzi tal-impjiegi tal-iskema jew ikkuntattja lill-Konsulent lokali tal-EURES tiegħek permezz tal-portal tal-EURES.

 

Links relatati:

Deutsche Welle – “Il-Ġermanja għandha bżonn kbir ta’ persuni li jipprovdu l-kura

Il-portal tal-EURES

 

Aqra aktar:

Jiem l-Impjiegi Ewropej

Drop’pin@EURES

Sib Konsulent tal-EURES

Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi ta’ Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Onlineli ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

Temi
Stejjer ta' suċċessŻgħażagħ
Sezzjoni(jiet) relatati
Għajnuna u appoġġL-Għajxien u x-Xogħol
Settur
Accomodation and food service activitiesActivities of extraterritorial organisations and bodiesActivities of households as employers, undifferentiated goods- and servicesAdministrative and support service activitiesAgriculture, forestry and fishingArts, entertainment and recreationConstructionEducationElectricity, gas, steam and air conditioning supplyFinancial and insurance activitiesHuman health and social work activitiesInformation and communicationManufacturingMining and quarryingOther service activitiesProfessional, scientific and technical activitiesPublic administration and defence; compulsory social securityReal estate activitiesTransportation and storageWater supply, sewerage, waste management and remediation activitiesWholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.