Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet5 Marzu 2020L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni4 min qari

Il-futur tax-xogħol: Professjonijiet legali, soċjali u kulturali

It-Tbassir tal-Ħiliet mis-Cedefop jippermettilna nimmaġinaw kif tista’ tkun id-dinja għaxar snin oħra billi nbassru x-xejriet ta’ impjieg tal-futur. Fis-sensiela l-ġdida ta’ artikli tagħna, se nħarsu lejn l-isfidi u l-bidliet potenzjali li qed jiffaċċjaw ċerti professjonijiet fil-preżent u sal-2030.

The future of work: Legal, social and cultural professions
EURES

L-ewwel grupp ta’ okkupazzjonijiet li se ninvestigaw huma l-professjonisti legali, soċjali u kulturali u l-professjonisti assoċjati. Dan ikopri persuni li jaħdmu fl-oqsma tal-liġi, ix-xjenzi soċjali, ir-reliġjon, l-arti u d-divertiment. Impjiegi speċifiċi jinkludu l-avukati, il-librara, il-kuraturi, l-ekonomisti, il-ġurnalisti, il-qassisin, il-ħaddiema fil-komunità, il-fotografi u l-kowċis tal-isport.

Fatti ewlenin

  • It-tkabbir fl-impjiegi b’rabta mal-okkupazzjonijiet legali, soċjali u kulturali huwa mistenni li jkun ta’ madwar 29% bejn l-2018 u l-2030.
  • Huwa mbassar li bejn l-2018 u l-2030, 6.4 miljun persuna se jħallu l-impjiegi fis-settur, u dan iwassal għal 9.7 miljun opportunità ta’ impjieg li jridu jimtlew sabiex jiġi ssodisfat it-tkabbir fid-domanda.
  • Il-kreattività u r-riżoluzzjoni, l-awtonomija, u l-kapaċità li tinġabar u tiġi evalwata l-informazzjoni huma l-aktar kompiti u ħiliet importanti għall-impjegati f’dan il-qasam.
  • L-impjegati għandhom it-tendenza li jkunu kkwalifikati ħafna u dan mhux mistenni li jinbidel sal-2030.
  • Ħafna impjiegi legali, soċjali u kulturali jiddependu minn finanzjament pubbliku.

Kompiti u ħiliet

Il-kompiti u l-ħiliet ewlenin huma elenkati hawn taħt f’ordni bażika ta’ importanza ġenerali:

  • Kreattività u riżoluzzjoni
  • Awtonomija
  • Ġbir u evalwazzjoni ta’ informazzjoni
  • Ħidma f’tim
  • Servizz u attendenza
  • Litteriżmu
  • Bejgħ u influwenza
  • Użu tal-ICT
  • Tagħlim, taħriġ u kkowċjar
  • Rutina
  • Ġestjoni u koordinazzjoni
  • Numeriżmu
  • Destrezza
  • Saħħa
  • Użu ta’ magni

X’inhuma x-xejriet għall-futur?

  • Bejn l-2018 u l-2030, se jinħolqu madwar 3.3 miljun impjieg addizzjonali f’dawn is-setturi.
  • It-tkabbir se jkun aktar baxx għall-professjonisti legali, soċjali u kulturali (17%) milli għall-professjonisti assoċjati (42 %). (Madankollu, huwa importanti li wieħed jinnota li l-kampjuni ta’ daqs żgħir f’ħafna mill-pajjiżi għandu jfisser li dawn il-perċentwali għandhom jiġu ttrattati b’kawtela).
  • Huwa probabbli li l-professjonisti legali, soċjali u kulturali u l-professjonisti assoċjati jsiru dejjem aktar ikkwalifikati.
  • Bejn l-2018 u l-2030, il-perċentwal ta’ professjonisti u professjonisti assoċjati fil-qasam li għandhom kwalifiki ta’ livell għoli huwa mistenni li jiżdied minn 65% għal 69%.

Liema fatturi li jirriżultaw f’tibdil se jaffettwaw il-ħiliet tagħhom?

Varjetà kbira ta’ impjiegi jaqgħu taħt l-intestatura ta’ “professjonisti legali, soċjali u kulturali u professjonisti assoċjati”, u b’hekk il-mod kif dawn l-impjiegi jiġu affettwati minn fatturi li jirriżultaw f’tibdil se jvarja. Madankollu, hemm xi xejriet ġenerali li huma mbassra għall-perjodu 2018-2030:

  • L-avvanzi teknoloġiċi: Iż-żieda fid-diġitalizzazzjoni, l-awtomatizzazzjoni u l-użu tal-ICT tfisser li l-impjegati se jkunu meħtieġa jiżviluppaw ħiliet differenti u jadattaw għal kompiti ta’ xogħol differenti.
  • Finanzjament pubbliku limitat: Ħafna impjiegi, b’mod partikolari fl-oqsma tas-servizzi pubbliċi, l-arti u d-divertiment, jiddependu minn finanzjament pubbliku. Minħabba li l-baġits pubbliċi se jkomplu jiġu limitati, il-prospetti ta’ impjieg ta’ dawn l-impjiegi se jiġu affettwati.
  • It-tibdil demografiku: It-tixjiħ tal-popolazzjoni fl-UE x’aktarx li joħloq domanda akbar għall-professjonisti tal-kura soċjali, iżda dawn l-impjiegi x’aktarx li jinbidlu wkoll minħabba limitazzjonijiet baġitarji u teknoloġiji ġodda.
  • Il-globalizzazzjoni: Il-globalizzazzjoni li dejjem qed tiżdied se tara domanda akbar għall-ħaddiema li jistgħu jitkellmu aktar minn lingwa waħda. Ċerti rwoli jaf jinvolvu wkoll livell akbar ta’ xogħol transkonfinali.
  • Ir-regolamentazzjoni tal-ambjent: Iż-żieda fis-sensibilizzazzjoni dwar il-kwistjonijiet ambjentali u l-ħtieġa li jiġi protett l-ambjent se joħolqu oqsma ġodda ta’ regolamentazzjoni kif ukoll domanda għal ħiliet li jippermettu lin-nies inaqqsu l-marka tal-karbonju tagħhom.
  • Iż-żieda fl-awtomatizzazzjoni: L-awtomatizzazzjoni hija mistennija li jkollha impatt sinifikanti fuq l-okkupazzjonijiet bil-possibbiltà ta’ awtomatizzazzjoni tal-kompiti, u li tinkludi komunikazzjoni limitata, kollaborazzjoni u ħsieb kritiku. ll-professjonisti legali, soċjali u kulturali u l-professjonisti assoċjati huma grupp ta’ okkupazzjonijiet li huwa f’riskju baxx ħafna ta’ awtomatizzazzjoni.

Kif jistgħu jintlaħqu dawn il-ħiliet?

Ħafna okkupazzjonijiet professjonali f’dan il-grupp huma regolati u l-korpi professjonali rilevanti għandhom rwol x’jaqdu biex jiżguraw li l-individwi jkollhom ħiliet xierqa fl-impjiegi tagħhom (eż. billi jispeċifikaw il-ħiliet speċifiċi meħtieġa mill-ħaddiema f’ċerti professjonijiet). Hemm diversi netwerks stabbiliti li jippermettu l-kondiviżjoni tal-prattika tajba bejn il-professjonisti u l-professjonisti assoċjati (eż. in-Netwerk Soċjali Ewropew).

L-iżgurar tal-iżvilupp professjonali kontinwu tal-ħaddiema eżistenti huwa sfida komuni. Skont is-sotto-okkupazzjoni speċifika, l-isfida hija akbar għal professjonisti li fil-biċċa l-kbira tagħhom jaħdmu għal rashom (eż. l-avukati) jew freelancers (eż. il-ġurnalisti).

 

Links relatati:

Tbassir tal-Ħiliet

Professjonisti legali, soċjali u kulturali u l-professjonisti assoċjati

 

Aqra aktar:

Il-Jiem Ewropej tal-Impjiegi

Drop’pin@EURES

Sib Konsulenti tal-EURES

Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

Temi
  • Aħbarijiet interni tal-EURES
  • Aħbarijiet dwar is-suq tax-xogħol/aħbarijiet dwar il-mobilità
  • Aħbarijiet/rapporti/statistika
  • Xejriet ta' reklutaġġ
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.