Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet25 Settembru 2020L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni5 min qari

Il-futur tax-xogħol: Il-Professjonisti tal-ICT

It-Tbassir tal-Ħiliet mis-Cedefop jippermettilna nimmaġinaw kif tista’ tkun id-dinja għaxar snin oħra billi nbassru x-xejriet tal-impjiegi futuri. Fis-sensiela l-ġdida ta’ artikli tagħna, se nħarsu lejn l-isfidi u l-bidliet potenzjali li se jiffaċċjaw ċerti professjonijiet bejn issa u l-2030.

The future of work: ICT professionals
EURES

Il-professjoni li qed tiġi investigata f’dan l-artiklu hija dik tal-professjonisti tal-ICT. Din tkopri persuni li jwettqu r-riċerka, jippjanaw, ifasslu, jiktbu, jittestjaw, jipprovdu pariri u jtejbu s-sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni, il-ħardwer, is-softwer u l-kunċetti relatati għal applikazzjonijiet speċifiċi.

Fatti ewlenin

  • Fl-2018, madwar 3.5 miljun persuna kienu impjegati bħala professjonisti tal-ICT.
  • Bejn l-2006 u l-2018, l-għadd ta’ persuni impjegati f’din il-professjoni kiber bi ftit aktar minn 29 % .
  • Fl-2018, 71 % tal-professjonisti tal-IT kellhom kwalifika ta’ livell għoli.
  • Fl-2018, 25 % tal-ħaddiema kellhom kwalifika ta’ livell medju.
  • L-ICT hija teknoloġija għal skopijiet ġenerali, għalhekk il-bidliet u t-tfixkil fl-ekonomija jista’ jkollhom influwenza sinifikanti fuq id-domandi għall-ħiliet futuri għal dawn il-professjonisti.

Kompiti u ħiliet

Il-kompiti u l-ħiliet ewlenin huma elenkati hawn taħt f’ordni bażika ta’ importanza ġenerali:

  • Użu tal-ICT
  • Awtonomija
  • Ġbir u evalwazzjoni ta’ informazzjoni
  • Kreattività u riżoluzzjoni
  • Litteriżmu
  • Ħidma f’tim
  • Numeriżmu
  • Rutina
  • Bejgħ u influwenza
  • Tagħlim, taħriġ u kkowċjar
  • Ġestjoni u koordinazzjoni
  • Destrezza
  • Servizz u qadi tal-klijenti
  • Użu ta’ magni
  • Saħħa

X’inhuma x-xejriet għall-futur?

  • L-impjieg għall-professjonisti tal-IT huwa previst li se jikber bi 11 % matul il-perjodu bejn l-2018 u l-2030, bil-ħolqien ta’ 395 000 impjieg.
  • Flimkien mal-għadd ta’ dawk li jħallu l-professjoni fl-istess perjodu (madwar 1.2 miljun), dan it-tkabbir jindika li bejn l-2018 u l-2030 se jkollhom jimtlew 1.6 miljun impjieg fl-ICT.
  • Fl-2030, l-għadd ta’ professjonisti tal-ICT bi kwalifiki ta’ livell medju se jibqa’ kważi l-istess għal 23 %.
  • Fl-2030, l-għadd ta’ professjonisti tal-ICT bi kwalifiki ta’ livell għoli huwa mistenni li se jiżdied għal 74 %.

Liema motivaturi tal-bidla se jaffettwaw il-ħiliet tagħhom?

  • Żviluppi fil-ktajjen tat-teknoloġija u tal-valur: Hekk kif l-ICT isir parti minn aktar u aktar attivitajiet ekonomiċi, ġew żviluppati u jkomplu jiġu żviluppati bosta applikazzjonijiet ta’ softwer. L-iżviluppi fit-teknoloġija u fil-ktajjen tal-valur huma probabbli li se jittrasferixxu l-bilanċ mill-ħiliet tekniċi tal-ICT lejn l-għarfien speċifiku għas-settur u l-ħiliet personali, bħall-ġestjoni u l-ippjanar.
  • Diġitalizzazzjoni ulterjuri tal-ekonomija: Id-diġitalizzazzjoni se tagħti spinta lid-domanda għal persuni b’għarfien profond tas-settur li huma kapaċi jiżviluppaw soluzzjonijiet tal-ICT effiċjenti u mibnija apposta għal kwalunkwe kumpanija jew organizzazzjoni.
  • Żieda fl-esternalizzazzjoni ta’ ħiliet tekniċi tal-ICT għal swieq orħos u mhux tal-UE: Il-professjonisti tal-UE se jkollhom bżonn ħiliet f’diversi setturi, bħall-ġestjoni ta’ katina tal-provvista, fil-kuntest tal-ICT.
  • Kompjuters dejjem aktar b’saħħithom: Dawn se jwasslu għal żieda fl-ammont u l-varjetà ta’ data li tiġi ġġenerata. Din ix-xejra ta’ big data jenħtieġ li twassal għal domanda għal ħiliet analitiċi tad-data b’saħħithom u ħiliet għall-iskalar u għall-ġestjoni tad-data għall-intrapriżi. Bħala riżultat huma mistennija li jinħolqu professjonijiet ġodda (eż. xjenzjati tad-data, maniġers tad-data u uffiċjali ewlenin tad-data).
  • It-tranżizzjoni lejn il-cloud computing: Din mistennija li se tkun mgħaġġla kemm għall-intrapriżi kif ukoll għall-konsumaturi, u b’hekk titnaqqas id-domanda għall-għarfien tekniku min-naħa tal-utenti, peress li s-servizzi jiġu esternalizzati lill-fornituri tal-cloud. Dan se jfisser li l-intrapriżi se jkollhom bżonn ħiliet fl-integrazzjoni tas-servizzi, fil-ġestjoni tas-servizzi, fit-tfassil u fil-ġestjoni tal-clouds, u fil-bini u fl-ottimizzazzjoni taċ-ċentri tad-data tal-cloud.
  • Awtomatizzazzjoni: Peress li l-investiment fir-riċerka u fl-industrija f’ċentri ta’ awtomatizzazzjoni u djar intelliġenti qed jikber, se jkun hemm domanda dejjem akbar għall-għarfien f’softwer u f’ħardwer b’livelli għoljin għarfien fin-numeriżmu u fil-qasam. Il-professjonisti b’dawn il-ħiliet se jkunu siewja kemm għall-organizzazzjonijiet stabbiliti sew li qed jittamaw li jikkonsolidaw is-suq tagħhom, kif ukoll għan-negozji ġodda li qed jisfidaw l-istatus quo.
  • It-tkabbir tal-Internet tal-oġġetti (IoT): Dan se jixpruna d-domanda għal ħiliet u professjonijiet relatati mal-arkitettura u mad-disinn, l-għarfien ta’ u l-ħiliet fl-immaniġġjar ta’ sistemi diversifikati, u l-fehim tal-istandardizzazzjoni u l-interoperabbiltà bejn sistemi konnessi (u dawk li għad iridu jiġu konnessi). L-għarfien tekniku tan-networks tal-IoT, u l-ħiliet għall-ġestjoni tal-konfigurazzjonijiet tan-network multipli li huma parti minnhom, se jiżdiedu wkoll fid-domanda.
  • Interkonnessjoni minħabba “sistemi intelliġenti”: Peress li d-diversi komponenti tal-infrastruttura tal-ICT qed isiru aktar interkonnessi bit-tkabbir fis-“sistemi intelliġenti”, it-theddid miċ-ċiberkriminalità u miċ-ċiberterroriżmu se jikber. B’reazzjoni għal dan, hija prevista żieda fid-domanda għall-ħiliet fix-xjenza tad-data u analitiċi flimkien ma’ għarfien tan-negozju. Id-domanda għall-ħiliet fil-qasam taċ-ċibersigurtà marbuta mas-sistemi tas-softwer u tal-ħardwer se tikber, u probabbilment il-professjonisti se jkollhom bżonn kwalifiki ta’ livell għoli sabiex jissodisfaw it-talbiet tas-sistemi infrastrutturali interkonnessi “intelliġenti” futuri.

Kif jistgħu jintlaħqu dawn il-ħiliet?

Il-professjonisti tal-ICT spiss jiġu minn studji tal-IT mhux puri. Għalhekk, it-tisħiħ tal-kurrikuli bix-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija u l-matematika (STEM) u ħiliet rilevanti oħra tal-ICT f’firxa wiesgħa ta’ oqsma speċjalizzati jista’ jappoġġa t-tranżizzjonijiet tan-nies għal impjiegi professjonali fl-ICT, irrispettivament mill-isfond edukattiv tagħhom. Hemm diversi ċertifikazzjonijiet professjonali li l-professjonisti tal-ICT jistgħu jsegwu permezz ta’ fornituri u istituzzjonijiet akkademiċi privati sabiex iżommu l-għarfien u l-ħiliet tagħhom fil-qasam aġġornati. L-istudju KWALITÀ tal-ħiliet diġitali juri li ċ-ċertifikazzjoni saret essenzjali għal prattikanti tal-ICT minn kull sfond — madwar nofshom allegatament għandhom mill-anqas ċertifikazzjoni waħda.

Madankollu, żieda fl-enfasi fuq l-għarfien settorjali toħloq sfida, peress li l-kisba ta’ ħiliet trasversali (jiġifieri l-kisba ta’ għarfien u l-ħila esperta ta’ settur speċifiku jew ta’ setturi multipli) tkun teħtieġ ukoll li tkun parti mit-taħriġ ipprovdut fuq il-post tax-xogħol. Sabiex tippromwovi l-mobbiltà tal-professjonisti tal-ICT fis-setturi kollha fl-ekonomija u/jew fil-pajjiżi tal-UE, il-Kummissjoni Ewropea toffri qafas komuni Ewropew għall-professjonisti tal-ICT fis-setturi kollha tal-industrija.

Tixtieq tkun taf aktar dwar it-Tbassir tal-Ħiliet u x’hemm lest fil-futur għall-impjiegi fl-Ewropa? Ara l-artiklu ta’ ħarsa ġenerali tagħna u l-artikli tagħna dwar il-professjonijiet legali, soċjali u kulturali u l-maniġers tal-ospitalità u tal-bejgħ bl-imnut.

 

Aqra aktar:

Il-Jiem Ewropej tal-Impjiegi

Drop’pin@EURES

Sib Konsulenti tal-EURES

Kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES

Id-Bażi ta’ Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li se jittellgħu

Il-EURES fuq Facebook

Il-EURES fuq Twitter

Il-EURES fuq LinkedIn

Temi
  • Aħbarijiet esterni tal-EURES
  • Aħbarijiet dwar is-suq tax-xogħol/aħbarijiet dwar il-mobilità
  • Aħbarijiet/rapporti/statistika
  • Xejriet ta' reklutaġġ
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.