Skip to main content
EURES
Artiklu tal-aħbarijiet5 Diċembru 2019L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni

Xjentista tad-data Franċiża tidra tgħix fid-Danimarka bis-saħħa tal-appoġġ tal- EURES

Aurelie Giraud minn dejjem riedet tgħix fl-Iskandinavja, u għalhekk meta ġietha l-opportunità biex tmur tgħix id-Danimarka, ħaditha. Tkellimna ma’ Aurelie, kif ukoll ma’ Lars Rungø minn Workindenmark, biex insiru nafu kif l-EURES għenha biex tmur tgħix id-Danimarka.

French data scientist settles into life in Denmark thanks to EURES support
Aurelie Giraud

“Sakemm ittini l-memorja, dejjem xtaqt ngħix f’pajjiż ieħor u niskopri kultura oħra,” qalet Aurelie, minn Franza. “Il-pajjiżi Skandinavi kienu fil-quċċata tal-lista tiegħi. Jiena nħobb ħafna l-mentalità Daniża; hija taħlita li tieħu l-affarijiet b’mod rilassat u li taħseb b’mod effiċjenti. Għalhekk meta l-għarus tiegħi rċieva sejħa għal intervista tax-xogħol f’Aalborg, ħadna l-opportunità — u kollox mar sew.”

Trasferiment tal-benefiċċji tal-qgħad

Aurelie kienet f’pożizzjoni kemxejn mhux tas-soltu meta ttrasferixxiet ruħha, minħabba li minkejja li kienet ilha taħdem għal 10 snin, kienet telqet mill-impjieg tagħha u kienet qed tirċievi benefiċċji tal-qgħad fi Franza. Bis-saħħa tal-politika tal-UE dwar it-trasferiment tal-benefiċċji tal-qgħad, Aurelie setgħet tkompli tirċievi l-benefiċċji għal tliet xhur oħra biex jgħinuha waqt li tfittex ix-xogħol fid-Danimarka. Kif tgħid Aurelie: “Hu ż-żmien opportun biex insib xogħoli!”

Biex tattiva l-benefiċċji tagħha, Aurelie kellha bżonn iżżur Workindenmark biex tirreġistra bħala persuna li qed tfittex ix-xogħol li ġiet bid-dritt għall-benefiċċji tal-qgħad minn pajjiż ieħor tal-UE/taż-ŻEE. F’Aalborg, Workindenmark hija rrappreżentata fis-Servizz Internazzjonali taċ-Ċittadini (ICS), għalhekk hija żaret l-uffiċċju tagħhom biex tiffinalizza t-trasferiment tal-benefiċċju tal-qgħad tagħha. Fiċ-ċentru ICS, hija tista’ twettaq ukoll firxa ta’ reġistrazzjonijiet u tirċievi linji gwida minn istituzzjonijiet pubbliċi differenti fid-Danimarka.

“Li tkun tista’ tittrasferixxi l-benefiċċji tal-qgħad jagħti inċentiv ulterjuri biex tmur tgħix f’pajjiż ieħor [anke meta tkun qiegħda], billi tkun taf li se jkollok benefiċċji għal ċertu perjodu u b’hekk ikollok xibka ta’ sikurezza biex tmur tgħix barra minn pajjiżek u tipprova ssib impjieg,” jispjega Lars Rungø minn Workindenmark. Hu jfakkar, “Aurelie kienet qed tagħmel ukoll xogħol freelance u għalhekk aħna rreferejniha lill-awtoritajiet tat-taxxa Daniżi sabiex tkun tista’ tiġi rreġistrata b’mod korrett”.

Seminars għal persuni li qed ifittxu impjieg fuq livell internazzjonali

Biex tappoġġa t-tfittxija għax-xogħol tagħha, Aurelie attendiet seminar ta’ tiftix ta’ xogħol f’Aalborg organizzat minn Workindenmark, li huwa parti min-netwerk tal-EURES.

“Is-seminar ta’ tiftix ta’ impjieg huwa mmirat lejn iċ-ċittadini internazzjonali li jixtiequ jiksbu xi ispirazzjoni għat-tfittxija tagħhom għax-xogħol fid-Danimarka,” jispjega Lars. Is-seminars jipprovdu wkoll pariri dwar kif jistgħu jitħejjew CVs u ittri ta’ akkumpanjament li jolqtu lil dak li jkun, b’sessjonijiet ta’ feedback bla ħlas offruti lill-parteċipanti wara.

Minħabba l-isfond tagħha fl-Informatika, il-mentalità internazzjonali, u l-ħiliet fil-Franċiż u l-Ingliż, Lars kien jaf li Aurelie kienet kandidata b’saħħitha, b’mod partikolari peress li bħalissa d-Danimarka qed tesperjenza nuqqas ta’ ħaddiema fis-settur tal-informatika. Aurelie sabet xogħol bħala Xjentista tad-Data ma’ Trackunit, fornitur ewlieni tas-soluzzjonijiet tal-Internet tal-Oġġetti, fil-kwartieri ġenerali tiegħu f’Aalborg. Ir-rwol tagħha jinvolvi l-ġbir u l-analiżi ta’ data biex jiġi pprovdut għarfien kummerċjali siewi għall-klijenti.

It-tħejjija, iċ-ċavetta għall-integrazzjoni

Aurelie tagħti l-parir li “Għalija l-fattur ewlieni għal integrazzjoni tajba f’pajjiż ieħor hija li wieħed ikun ippreparat tajjeb. Huwa faċli li tħossok mitluf f’pajjiż ieħor għaliex kollox ikun ġdid: l-amministrazzjoni, il-lingwa, il-kultura, il-proċeduri, is-suq tax-xogħol... l-EURES jista’ jgħinek minn perspettiva professjonali u hu parti kbira mill-integrazzjoni”.

Hi tgħid, “Il-portal tal-EURES huwa minjiera tad-deheb”. “Sibt ħafna informazzjoni utli speċifika għad-Danimarka, iżda wkoll pariri ġeneriċi dwar kif issib impjieg barra mill-pajjiż. Dan għenni nħejji saħansitra qabel ma wasalt id-Danimarka.”

“In-nies staqsewni kemm qed nippjanaw li ndumu fid-Danimarka,” qalet Aurelie. “Ma għandix tweġiba,” tammetti Aurele. “Hu żgur li nħobbu l-familja u l-ħbieb tagħna u nħossu n-nuqqas tagħhom. Iżda l-ħajja hawnhekk toffri sens ta’ hygge u nħobbuha!”

 

Links relatati:

Trasferiment ta’ benefiċċji tal-qgħad

Is-Servizz Internazzjonali taċ-Ċittadini (ICS)

 

Aqra aktar:

Jiem Ewropej tal-Impjiegi

Drop’pin@EURES

Sib Persunal tal-EURES

Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Database tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

Temi
Kaxxa tal-għodda tal-UE għall-mobilitàL-aħjar prattika tal-EURESTaħriġ EURESAħbarijiet esterni tal-EURESAħbarijiet dwar is-suq tax-xogħol/aħbarijiet dwar il-mobilitàXejriet ta' reklutaġġStejjer ta' suċċess
Sezzjoni(jiet) relatati
L-Għajxien u x-Xogħol
Settur
Accomodation and food service activitiesActivities of extraterritorial organisations and bodiesActivities of households as employers, undifferentiated goods- and servicesAdministrative and support service activitiesAgriculture, forestry and fishingArts, entertainment and recreationConstructionEducationElectricity, gas, steam and air conditioning supplyFinancial and insurance activitiesHuman health and social work activitiesInformation and communicationManufacturingMining and quarryingOther service activitiesProfessional, scientific and technical activitiesPublic administration and defence; compulsory social securityReal estate activitiesTransportation and storageWater supply, sewerage, waste management and remediation activitiesWholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.