Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet17 Jannar 2020L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni3 min qari

Erba’ modi li bihom l-istudju barra minn pajjiżek jista’ jtejjeb il-karriera tiegħek

Li tistudja barra minn pajjiżek, huwa mod tajjeb ħafna biex tinvolvi ruħek b’mod attiv f’kulturi ġodda, titgħallem lingwi ġodda u tiltaqa’ ma’ nies ġodda. Iżda jista’ wkoll tassew ikun ta’ benefiċċju għall-karriera tiegħek fuq perjodu ta’ żmien qasir u twil. Kif? Hawn taħt ġbarna fil-qosor xi wħud mill-punti ewlenin.

Four ways studying abroad could enhance your career
Shutterstock

Meta tistudja barra minn pajjiżek... turi l-ħeġġa u l-intelliġenza tiegħek

Wieħed jista’ jsibha diffiċli biex jidħol fis-suq tax-xogħol u għaldaqstant kwalunkwe ħaġa li tgħinek tispikka mill-oħrajn hija inċentiv. Meta tkun studjajt barra minn pajjiżek se turi lill-impjegaturi potenzjali li kellek il-ħeġġa u l-intelliġenza li toħroġ mill-qoxra komda tiegħek u tmur tgħix f’pajjiż ieħor. Dan juri li għandek esperjenza kulturali, dedikazzjoni għall-karriera li għażilt, inti adattabbli, u li tixtieq tieħu vantaġġ mill-opportunitajiet li tiġi offrut.

Meta tistudja barra minn pajjiżek... toħloq konnessjonijiet globali

Fil-kors tiegħek, probabbilment se jkun hemm ħafna studenti mill-pajjiż li mort tgħix fih, iżda se jkun hemm ukoll ħafna studenti fl-istess pożizzjoni bħalek. Dan joffrilek opportunità kbira biex tagħmel ħbieb ma’ nies minn madwar id-dinja – konnessjonijiet li jistgħu jibqgħu tul ħajtek u l-karriera kollha tiegħek. Qatt ma tista’ tkun taf meta jaf tiġi bżonn tfittex opportunità xogħol f’pajjiż partikolari u tiftakar f’xi ħadd li kien fil-kors miegħek minn dak il-pajjiż u li lest li jtik daqqa t’id minn qalbu!

Meta tistudja barra minn pajjiżek... iżżid l-indipendenza u l-kunfidenza tiegħek

Ejja nkunu onesti, li tistudja barra minn pajjiżek jista’ joħloq sens ta’ biża’ anke f’dawk l-aktar kunfidenti. Irid ikollok il-kuraġġ biex tħalli warajk il-familja, il-ħbieb u s-sens ta’ familjarità biex tmur tgħix f’post ġdid u li ma tafux, iżda dan joffri wkoll il-potenzjal li żżid l-indipendenza u l-kunfidenza tiegħek kif ukoll il-fiduċja fik innifsek. Dawn huma kollha ħiliet li se jgħinuk tirnexxi matul iż-żmien li tqatta’ barra minn pajjiżek, u fuq kollox għall-futur tiegħek, peress li l-impjegaturi jagħtuhom valur kbir.

Meta tistudja barra minn pajjiżek... tiftaħ għajnejk u moħħok

Ħafna minna jitrabbew f’ambjenti kemxejn magħluqa, b’sistemi ta’ valuri u twemminiet li jkunu diġà jeżistu minn qabel. Dan ifisser li l-esperjenzi tagħna u dak li nkunu esposti għalih jistgħu jkunu pjuttost limitati. Li tistudja barra minn pajjiżek huwa mod tajjeb ħafna tegħleb dan kollu u biex tiftaħ għajnejk u moħħok għal dak kollu li għandha x’toffri d-dinja. Li tinvolvi ruħek b’mod attiv f’kultura oħra jġib miegħu benefiċċji u sfidi li tiltaqa’ ma’ varjetà ta’ nies differenti, ilkoll b’ideat, opinjonijiet u fehmiet differenti. Jekk titgħallem tikkomunika b’mod effettiv ma’ dawk kollha ta’ madwarek u tuża d-differenzi tiegħek b’mod pożittiv, allura tkun f’pożizzjoni tajba biex tagħmel l-istess fuq xogħlok fil-futur.

Dawn huma l-erba’ raġunijiet għaliex l-istudju barra minn pajjiżek jista’ jgħinek fil-karriera tiegħek. Jekk inti interessat li taħdem barra minn pajjiżek, iċċekkja l-artiklu riċenti tagħna Li taħdem barra minn pajjiżek: X’se nieħu minnu?

L-artiklu sar fi sħubija mal-EURES, il-Portal Ewropew dwar il-Mobilità fix-Xogħol.

 

Aqra aktar:

Il-Jiem Ewropej tal-Impjiegi

Drop’pin@EURES

Sib Konsulent tal-EURES

Il-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES

Id-Database tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

 Avvenimenti Online li ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

Temi
  • Negozju/Intraprenditorija
  • Ideat u Suġġerimenti
  • Żgħażagħ
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.