Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet18 Ġunju 2020L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni3 min qari

Erba’ modi kif il-COVID-19 biddlet il-mod kif naħdmu

Il-COVID-19 biddlet ħajjitna b’ħafna modi, inkluż il-mod kif naħdmu. Dan affettwa l-mod kif nużaw it-teknoloġija, il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata tagħna u l-futur tax-xogħol flessibbli.

Four ways COVID-19 has changed the way we work
Shutterstock

Ara l-akbar erba’ bidliet fil-mod kif naħdmu.

1. L-adozzjoni tat-teknoloġija

Meta miljuni ta’ nies fid-dinja kollha ġew mitluba jaħdmu mid-dar minħabba l-pandemija tal-COVID-19, dawn użaw it-teknoloġija biex jadattaw il-mod kif jaħdmu. Il-ħidma bħala tim meta wieħed jaħdem mill-bogħod tiddependi ħafna mill-għodod online. Il-laqgħat wiċċ imb'wiċċ ġew sostitwiti b’konferenzi telefoniċi online permezz ta’ pjattaformi bħal Zoom u Microsoft Teams li jippermettu lill-persunal ikollu aċċess għal laqgħat mis-salott tiegħu, u b’hekk jiffranka l-ħin u l-flus. Dawn il-pjattaformi online għelbu l-ostakoli ta’ xogħol mill-bogħod u żammew lin-nies konnessi.  Dawn għamlu x-xogħol mid-dar aktar konvenjenti billi ppermettew lill-kollegi jkomplu jaħdmu flimkien fuq proġetti.

2. Il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata

Meta n-negozji ddeċidew li ma kienx sigur li wieħed imur l-uffiċċju, ħafna impjegati u impjegaturi ħadmu mid-dar għall-ewwel darba. Dan kien ifisser li ma kellhomx bżonn iqattgħu sigħat mill-ġurnata tagħhom fit-trasport pubbliku jew imwaħħlin fit-traffiku fl-awtostrada. Eluf ta’ persuni spiċċaw b’aktar ħin f’idejhom u, f’xi każijiet, b'bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata. B’aktar żmien fil-ġurnata, il-persunal seta’ jqatta’ l-ħin jagħmel dak li jieħu gost jagħmel meta qabel kien ikun qed jivvjaġġa mid-dar għax-xogħol. Għal xi nies dan ifisser li setgħu jorqdu għal żmien itwal u jqattgħu aktar ħin jagħmlu l-kolazzjon jew jimxu bil-kelb tagħhom qabel ma jilloggjaw fuq il-laptop tagħhom.

3. Komunikazzjoni

Filwaqt li tista’ taħseb li x-xogħol mid-dar jillimita l-komunikazzjoni mal-kollegi, dan ma kienx dejjem il-każ. Minħabba li ġiegħlet lin-negozji jaqilbu għax-xogħol mill-bogħod, il-pandemija wriet lill-impjegaturi u lill-impjegati li xorta jista’ jkun hemm komunikazzjoni b’saħħitha lil hinn mill-uffiċċju. Ix-xogħol mid-dar ippermetta lil ħafna negozji jesploraw għodod ta’ kollaborazzjoni differenti, li ppermettew li l-laqgħat u d-diskussjonijiet isiru online. L-għodod ipprovdew ukoll spazju għall-kollegi biex jissoċjalizzaw. Huma jistgħu jċemplu lil xulxin biex ikollhom konverżazzjonijiet li kieku kien ikollhom fl-uffiċċju jew waqt l-ikla ta’ nofsinhar tagħhom sabiex jibqgħu jitkellmu dwar ħajjithom u x-xogħol tagħhom.

4. Flessibbiltà

Tradizzjonalment, l-impjegaturi kienu jsibuha bi tqila biex jaċċettaw ix-xogħol mid-dar u l-ħinijiet flessibbli. Ix-xogħol mill-bogħod jirrikjedi li l-impjegatu ikollu fiduċja li l-persunal tiegħu jkompli jkun produttiv u jipprovdi xogħol ta’ kwalità meta dan ikun ’il bogħod. Billi jippruvaw ix-xogħol mid-dar matul il-pandemija, hemm probabbiltà akbar li l-impjegaturi jafdaw lill-persunal li jaħdem mid-dar fil-futur. Dan jista’ jwassal għal aktar opportunitajiet ta’ xogħol flessibbli. Ix-xogħol mid-dar mhuwiex għal kulħadd, iżda ħafna nies issa kellhom l-opportunità li jitgħallmu jimmaniġġjaw il-ħin tagħhom u jadattaw għal ambjent tax-xogħol differenti. Setgħu kienu saħansitra aktar produttivi. Il-pandemija tal-COVID-19 uriet li ma hemmx mod wieħed biss kif taħdem, iżda hemm ħafna.

Il-mod kif naħdmu nbidel b’miżuri ta’ lockdown differenti jiġu implimentati fid-dinja kollha u, għal xi negozji, jista’ jkun li biddel il-mod kif jaħdmu għal dejjem.

Għal aktar suġġerimenti dwar ix-xogħol mid-dar, ara l-artiklu tagħna kif tkun produttiv(a) meta taħdem mid-dar.

 

Links relatati:

Zoom

Microsoft Teams

Kif tkun produttiv(a) meta tkun qed taħdem mid-dar

 

Aqra aktar:

Il-Jiem Ewropej tal-Impjiegi

Drop’pin@EURES

Sib Konsulenti tal-EURES

Il-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi  tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li għadhom se jittellgħu

Il-EURES fuq Facebook

Il-EURES fuq Twitter

Il-EURES fuq LinkedIn

Temi
  • Negozju/Intraprenditorija
  • Ideat u Suġġerimenti
  • Aħbarijiet/rapporti/statistika
Sezzjoni(jiet) relatati
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.