Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet10 Ottubru 2022L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni2 min qari

Qed taħrab mill-gwerra fl-Ukrajna? Ir-Riżerva ta’ Talent Pilota tal-UE tista’ tgħinek issib impjieg fl-UE

Ir-Riżerva ta’ Talent Pilota tal-UE hija għodda online għat-tfittix ta’ impjieg għan-nies li qed jaħarbu mill-gwerra fl-Ukrajna. Jekk tibbenefika minn Protezzjoni Temporanja fi Stat Membru, tista’ tużaha biex taċċessa aktar minn 3 miljun post tax-xogħol vakanti u 4,000 impjegatur potenzjali fl-UE.

Fleeing the war in Ukraine? The EU Talent Pool Pilot can help you to find a job in the EU

Interessat/a? L-Inizjattiva tar-Riżerva ta’ Talent Pilota tal-UE hija implimentata permezz tal-portal tal-EURES. Biex tużaha, l-ewwel trid tirreġistra bħala persuna li qed tfittex impjieg billi ssegwi dawn il-passi. Ladarba tirreġistra, trid tippubblika s-CV tiegħek fil-bażi tad-data tal-EURES. Wara li tkun għamilt dan, se tkun tista’ tuża r-Riżerva biex tfittex postijiet tax-xogħol vakanti, u tieħu parir mingħand esperti f’pajjiżi li huma parti mill-Inizjattiva.

L-impjiegi elenkati fir-Riżerva ta’ Talent tal-UE mhumiex tradotti għall-Ukren jew għar-Russu. Biex tittraduċi opportunità ta’ impjieg, tista’ tuża għodod online bla ħlas (bħal Google Translate). Jekk teħtieġ assistenza aktar speċifika, ikkuntattja lill-Helpdesk tal-EURES (dan is-servizz huwa disponibbli bl-Ingliż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bit-Taljan u bl-Ispanjol).

Jekk għandek xi tħassib dwar id-data personali tiegħek, jekk jogħġbok serraħ moħħok li l-aċċess għall-portal huwa sigur. Biex tissieħeb, se jkollok bżonn toħloq Login tal-UE bi proċess ta’ awtentikazzjoni f’żewġ stadji. Barra minn hekk, meta s-CV tiegħek jiġi ppubblikat, dan se jsir aċċessibbli biss għall-Konsulenti tal-EURES, kif ukoll għall-impjegaturi u għall-intermedjarji li huma rreġistrati u vvalidati mal-EURES. Tista’ tagħżel ukoll li jkollok CV anonimizzat u li l-kuntatt isir permezz ta’ formola. Jekk m’intix ċert/a dwar persuna jew organizzazzjoni li tkun iltqajt magħha permezz tal-portal tal-EURES, jekk jogħġbok irrapporta dan lill-Helpdesk tal-EURES.

Filwaqt li għandek id-dritt li tagħżel minn liema Stat Membru parteċipanti tixtieq tibbenefika mid-drittijiet ta’ protezzjoni temporanja (inkluż biex taħdem), tista’ tibbenefika biss minn protezzjoni temporanja fi Stat Membru wieħed f’daqqa (l-Istat Membru li rreġistrak u ħareġ il-permess ta’ residenza tiegħek). Tista’ tieħu impjieg f’pajjiż differenti tal-UE, iżda jeħtieġ li tindika dan lill-awtoritajiet fiż-żewġ Stati Membri.

Jekk ikollok bżonn, tista’ tmur lura fl-Ukrajna għal żmien qasir (eż. għal żjarat tal-familja, biex tiġbor dokumenti, jew biex issalva membri tal-familja) mingħajr ma titlef l-istatus ta’ protezzjoni temporanja tiegħek. Ikkuntattja lill-awtoritajiet tal-pajjiż tal-UE ospitanti tiegħek biex issir taf aktar.

Aktar informazzjoni dwar id-drittijiet ta’ protezzjoni temporanja tiegħek, kif ukoll lista ta’ awtoritajiet nazzjonali, hija disponibbli fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea.

Ibda l-vjaġġ tiegħek lejn impjieg ġdid fl-UE – iċċekkja l-Inizjattiva tar-Riżerva ta’ Talent Pilota tal-UE issa.

 

Links relatati:

Riżerva ta’ Talent Pilota tal-UE

Irreġistra bħala persuna li qed tfittex impjieg

Helpdesk tal-EURES

Direttiva tal-UE dwar il-Protezzjoni Temporanja tal-UE

Informazzjoni għan-nies li qed jaħarbu mill-gwerra fl-Ukrajna

Awtorità Ewropea tax-Xogħol

 

Aqra aktar:

Il-Jiem tal-Impjiegi Ewropej

Pjattaforma tas-Solidarjeta tal-UE

Kundizzjonijiet tal-ħajja u x-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

Temi
  • Ideat u Suġġerimenti
Sezzjoni(jiet) relatati
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.