Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet30 Ġunju 2021L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni3 min qari

Ħames suġġeriment biex tibda impjieg ġdid mill-bogħod

Matul il-pandemija tal-COVID-19 ħafna persuni kienu qed jaħdmu mid-dar. B’riżultat ta’ dan, taf issib lilek innifsek fi rwol ġdid mingħajr ma tiltaqa’ mal-kollegi tiegħek personalment. Hawnhekk, qed nagħtuk l-aqwa ħames suġġerimenti tagħna biex tibda impjieg ġdid mill-bogħod.

Five tips for starting a new job remotely
Unsplash
  1. Ottimizza x-xogħol tiegħek mill-ambjent fid-dar

Qabel l-ewwel ġurnata tiegħek fl-impjieg, kun żgur(a) li jkollok it-tagħmir korrett - inkluż siġġu, skrivanija, kamera, u mikrofonu, jekk meħtieġ - u li dan ikun issettjat b’mod li jkun komdu għalik. Ħafna postijiet tax-xogħol jistgħu jipprovdu tagħmir speċifiku, għalhekk kun ċert(a) li tiċċekkja mal-impjegatur il-ġdid tiegħek jekk dan japplikax għalik.

Issettja l-post tax-xogħol tiegħek f’kamra bi storbju u b’disturbi viżwali mill-inqas, u b’dawl xieraq. Huwa importanti wkoll li tkun żgur(a) li għandek konnettività tal-internet tajba, u l-programmi u s-software meħtieġa installati.

  1. Ipprepara għal induzzjoni mill-bogħod

Qabel l-ewwel ġurnata tiegħek, aqra kwalunkwe materjal ta’ induzzjoni rilevanti li jkun ġie kondiviż miegħek. Jekk possibbli, ipprova ffamiljarizza ruħek mal-ismijiet tal-persuni li se tkun qed taħdem magħhom fuq bażi regolari, u x’inhu l-irwol tagħhom, partikolarment fir-rigward tar-rwol tiegħek. Din l-informazzjoni spiss tkun disponibbli fuq LinkedIn. Tista’ tirriċerka wkoll il-kumpanija, l-etos u l-proġetti kbar tagħha sabiex tgħin biex takklimitizza ruħek mal-kultura tal-post tax-xogħol.

  1. Tgħallem il-preferenzi ta’ komunikazzjoni tal-koħaddiema

Kumpaniji u timijiet differenti għandhom modi differenti kif jaħdmu u joperaw. Xogħol mill-bogħod ifisser li huwa dejjem aktar importanti li jiġi kkunsidrat il-mod li bih il-koħaddiema tiegħek jippreferu jiġu kkuntattjati. Pereżempju jippreferu emails twal u ddettaljati, jew jippreferu jitkellmu fuq it-telefon? Kemm ta’ spiss ikunu jixtiequ jiġu aġġornati matul kompitu? Jieħdu pjaċir jużaw telefonati bil-vidjo, jew jippreferi jiġu kkuntattjati permezz ta’ messaġġi istantanji? Dawn huma kollha affarijiet li probabbli jsiru evidenti matul l-induzzjoni u x-xogħol sussegwenti tiegħek, iżda jekk xi darba ma tkunx ċert(a), staqsi! U dan iwassalna għall-punt li jmiss...

  1. Kun avukat għalik innifsek, u toqgħodx lura milli tistaqsi mistoqsijiet

Li taħdem mill-bogħod ifisser li ma għandekx iċ-ċans li tinteraġixxi mal-persuni fl-uffiċċju u tistaqsi mistoqsijiet hekk kif kien ikollok fil-passat. Issa, trid tkun lest(a) li ċċempel, tibgħat email, jew tibgħat messaġġ jekk ikollok bżonn parir. Huwa importanti li tagħmel dan biex tiżgura li tkompli titjieb fir-rwol tiegħek, u ma ssirx anzjuż(a) jew tagħmel żbalji li jistgħu jiġu evitati.

Jekk l-opportunità ma tkunx diġà ġiet offruta lilek, ipprova skeda laqgħat regolari ta’ progress/aġġornament mal-maniġer tiegħek. Dawn se jipprovdulek opportunità frekwenti biex tfittex feedback b’mod proattiv, tistabbilixxi għanijiet għall-ħidma futura tiegħek, u titlob l-għajnuna meta ma tħossokx ċert(a).

  1. Żomm disponibbli suġġerimenti ta’ għajnuna

Ikteb gwida ta’ ‘referenza rapida’ għalik innifsek. Dan jista’ jkun notebook, dokument Word, jew saħansitra fuq noti li jitwaħħlu fuq l-iskrivanija tiegħek; ara x’inhu l-aħjar għalik. Il-gwida għandha tkun aċċessibbli b’mod faċli, u tipprovdi tfakkira rapida tad-dettalji importanti relatati max-xogħol tiegħek (eż. l-ismijiet u r-rwoli tal-kollegi, proġetti kbar, siti web rilevanti, emails/numri tat-telefon ta’ kuntatt, eċċ.).

Nittamaw li dawn is-suġġerimenti jkunu ta’ għajnuna, u nixtiqulek suċċess fir-rwol il-ġdid tiegħek!

Biex issir taf aktar dwar l-impatt tal-pandemija fuq id-dinja tax-xogħol, ara l-artiklu tagħnaKif il-pandemija tista’ taffettwa d-dinja tax-xogħol fl-2021.


Links relatati:

Kif il-pandemija tista’ taffettwa d-dinja tax-xogħol fl-2021

 

Aqra aktar:

Il-Jiem tal-Impjiegi Ewropej

Sib Il-Konsulenti tal-EURES 

Il-kundizzjonijiet tal-ħajja u x-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi  tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

Temi
  • Negozju/Intraprenditorija
  • Aħbarijiet dwar is-suq tax-xogħol/aħbarijiet dwar il-mobilità
Sezzjoni(jiet) relatati
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.