Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet24 April 2020L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni3 min qari

Ħames affarijiet li jkollok bżonn biex tibda taħdem mid-dar

Ħafna minna ntlabna naħdmu mid-dar minħabba l-COVID-19. Jekk qatt ma ħdimt mid-dar qabel, jew jekk m’intix żgur jekk għandekx dak kollu li teħtieġ biex tagħmel dan, għamilna lista ta’ ħames affarijiet li teħtieġ biex tkun tista’ tibda. Anke jekk m’intix taħdem bħalissa, xi wħud minn dawn is-suġġerimenti jaf ikunu ta’ għajnuna jekk bħalissa qed tfittex impjieg jew qed tistudja mid-dar.

Five things you need to start working from home
Shutterstock

Tagħmir tal-IT

Probabbilment se jkollok bżonn kompjuter jew laptop b’aċċess għan-netwerk interna tal-organizzazzjoni tiegħek biex taħdem mid-dar. Mingħajr aċċess għan-netwerk tal-organizzazzjoni tiegħek, taf ma tkunx tista’ tara dak kollu li teħtieġ. Dan jaf jiġi pprovdut mill-impjegatur tiegħek, jew forsi tkun tista’ taċċessa n-netwerk mill-apparat tiegħek stess.

Suġġeriment: Skont ir-rwol tiegħek, jaf tkun teħtieġ it-tieni skrin sabiex tkun tista’ tara b’mod faċli d-diversi dokumenti jew paġni fl-istess ħin. Jekk m’għandekx it-tieni monitor tal-kompjuter id-dar, staqsi lill-impjegatur jekk jistax jipprovdilek wieħed. Jekk le, tista’ anke tipprova tqabbdu ma’ skrin tat-televiżjoni bl-użu ta’ kejbil HDMI.

Telefon

Xogħol mid-dar ma jfissirx li ma tistax iżżomm kuntatt mal-kollegi tiegħek. Li jkollok mod ta’ komunikazzjoni huwa essenzjali biex taħdem fuq kompiti mal-ko-ħaddiema tiegħek u b’hekk tista’ taħdem aktar malajr milli kieku trid toqgħod tistenna email.

Suġġeriment: Uża t-telefon tax-xogħol tiegħek jekk għandek wieħed, jew itlob lill-impjegatur tiegħek biex jittrasferixxi n-numru tax-xogħol tiegħek fuq in-numru personali tiegħek. Staqsi lill-organizzazzjoni tiegħek jekk hux diġà għandha għodda għall-komunikazzjoni sabiex taċċerta ruħek li qed tuża l-għodda t-tajba. Jekk le, tista’ tissuġġerixxi għodda li inti u l-pari tiegħek huma familjari magħha (eż. Google Hangouts, Skype jew Zoom).

Spazju tajjeb b’superfiċje iebes

Is-superfiċje ideali huwa skrivanija kbira, li hi kbira biżżejjed għalik biex tpoġġi l-apparat tiegħek u kwalunkwe karta li teħtieġ. Madankollu, jekk m’għandekx skrivanija bl-istil tal-uffiċċju d-dar, il-mejda tal-kċina jew tal-kamra tal-pranzu tkun tajba wkoll. Ipprova evita superfiċji baxxi ħalli ma jkollokx għalfejn tistrieħ ’il quddiem iżżejjed.

Suġġeriment: Jekk normalment taħdem ma’ skrivanija bilwieqfa, jaf tkun teħtieġ naqra kreattività. Tista’ tiżbarazza spazju fuq il-bank tal-kċina tiegħek? U minjaf kieku tuża t-tavla tal-mogħdija bħala skrivanija improvizzata? Agħmel dak li hu tajjeb għalik.

... u siġġu ta’ kwalità tajba

Tinstema’ ovvja, imma mingħajr siġġu tajjeb, l-iskrivanija jew il-mejda tiegħek m’għandhiex użu. Idealment, ikollok bżonn siġġu tal-uffiċċju jew siġġu tal-kamra tal-pranzu b’dahar li jagħti s-sapport. Xogħol mid-dar ma għandux ifisser nuqqas ta’ kumdità.

Suġġeriment: Ipprova evita li taħdem fuq is-sodda jew fuq is-sufan - għalkemm forsi għall-ewwel dan jaf jidher komdu, x’aktarx li ma jkunx tajjeb għal dahrek jew għall-produttività tiegħek.

Xi mkien fejn tirrilassa

Ma tridx tħossok li qiegħed ix-xogħol 24/7. Xorta se tkun teħtieġ tirrilassa meta tispiċċa l-ġurnata tax-xogħol. Dan jaf ifisser li l-ispazju tax-xogħol tiegħek jinżamm separat mill-postijiet fejn tħobb tirrilassa.

Suġġeriment: Ipprova ddedika post fid-dar tiegħek li jkun strettament għax-xogħol - kemm jekk tkun kamra sħiħa jew skrivanija/medja u siġġu speċifiċi. Dan jgħinek biex “taqta’” mix-xogħol meta titlaq minn dak l-ispazju.

Ġaladarba dawn l-elementi fundamentali jkunu tpoġġew fis-seħħ biex tkun tista’ tibda taħdem, iċċekkja l-artiklu tagħna dwar kif tkun produttiv(a) meta tkun qed taħdem mid-dar.

 

Links relatati:

Google Hangouts

Skype

Zoom

Kif tkun produttiv(a) meta tkun qed taħdem mid-dar

 

Aqra aktar:

Il-Jiem Ewropej tal-Impjiegi

Drop’pin@EURES

Sib il-Konsulenti tal-EURES

Il-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li għadhom se jsiru

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

Temi
  • Ideat u Suġġerimenti
  • Aħbarijiet dwar is-suq tax-xogħol/aħbarijiet dwar il-mobilità
  • Żgħażagħ
Sezzjoni(jiet) relatati
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.