Skip to main content
EURES
Artiklu tal-aħbarijiet14 Frar 2019L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni

Ħames raġunijiet għala għandu jkollok il-kuraġġ li taħdem barra minn pajjiżek

Il-fatt li taħdem barra minn pajjiżek huwa esperjenza professjonali u personali verament ta’ sfida. Filwaqt li xi wħud jidhru maqtugħin biex jivvjaġġaw, għal oħrajn dan jista’ jkun ħsieb li jbeżża’. Iżda egħleb dik il-biżgħa u dik l-inċertezza, u ssib li hemm ħafna raġunijiet tajbin għalfejn għandek tieħu d-deċiżjoni.

Five reasons why you should dare to work abroad
EURES

Esperjenza kultura ġdida

L-ebda żewġ pajjiżi mhuma l-istess, lanqas dawk li għandhom l-istess fruntiera jew storja komuni. Il-fatt li taħdem barra minn pajjiżek idaħħlek f’kultura ġdida u jesponik għal dehriet, ħsejjes, gosti u esperjenzi ġodda. Tiltaqa’ ma’ nies ġodda u żżur postijiet ġodda. Iwessagħlek l-orizzonti, għaldaqstant aħtaf kull opportunità li jkollok biex tinvolvi ruħek, tgħallem u ddeverti.

Tgħallem lingwa ġdida

L-UE hija taħlita ta’ lingwi u djaletti. Dan ifisser li hemm ċans kbir li meta taħdem barra minn pajjiżek ikollok l-opportunità li ttejjeb il-ħiliet lingwistiċi tiegħek. Fil-fatt, huwa ddokumentat sew li wieħed mill-aħjar modi kif titgħallem lingwa ġdida huwa li tgħix barra minn pajjiżek peress li kuljum tkun iċċirkondat/a minn dik il-lingwa. Mela ibda pprattika!

Agħti spinta lill-fiduċja fik innifsek

Kif diġà semmejna, il-fatt li taħdem barra minn pajjiżek huwa sfida kbira. Iżda ġaladarba tkun ħadt l-ewwel pass f’dak li mhux magħruf, probabbli tissorprendi lilek innifsek b’kemm tadatta ruħek tajjeb għal dak kollu ta’ madwarek. U aktar ma tesponi ruħek għal esperjenzi ġodda, aktar se tħossok kunfidenti fl-abbiltà tiegħek li timmaniġġja dak kollu li l-ħajja jogħġobha tibgħatlek.

Tejjeb l-opportunitajiet ta’ impjieg futuri tiegħek

Skont il-pajjiż ta’ oriġini u l-industrija magħżula tiegħek, is-suq tax-xogħol jista’ jkun kompetittiv ħafna u jaf ikun diffiċli li ssib xogħol. Taf tkun idea tajba li tqatta’ sena jew sentejn taħdem f’pajjiż fejn il-kompetizzjoni hija inqas ħarxa sabiex tikseb esperjenza siewja li tgħinek tkun f’pożizzjoni aħjar minn kulħadd meta tirritorna lura f’pajjiżek.

Żviluppa s-sett ta’ valuri tiegħek stess

Kollha kemm aħna nitrabbew b'sett ta’ valuri li huma ffurmati min-nies ta’ madwarna. Il-fatt li taħdem barra minn pajjiżek jagħtik l-opportunità li tiżviluppa s-sett uniku ta’ valuri tiegħek stess u forsi jibdel il-perspettiva tiegħek dwar ċertu affarijiet. Jgħinek tirrifjuta ideat u opinjonijiet li kellek qabel dwar in-nies u l-ħajja, u tkun tista’ tiskopri x’inhu tassew importanti għalik.

Sabiex issir taf aktar dwar kif l-għajxien u x-xogħol barra minn pajjiżek jista’ jbiddel il-perċezzjonijiet tiegħek tad-dinja ta’ madwarek, ara l-artiklu relatat tagħna:Jista’ l-fatt li persuna tgħix barra minn pajjiżha jagħti spinta għall-awtokonoxxenza?

 

Links relatati:

Jista’ l-fatt li persuna tgħix barra minn pajjiżha jagħti spinta għall-awtokonoxxenza?

 

Aqra aktar:

Jiem Ewropej tal-Impjiegi

Drop’pin@EURES

Sib Konsulent tal-EURES

Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Onlineli ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

Temi
Ideat u SuġġerimentiŻgħażagħ
Sezzjoni(jiet) relatati
L-Għajxien u x-Xogħol
Settur
Accomodation and food service activitiesActivities of extraterritorial organisations and bodiesActivities of households as employers, undifferentiated goods- and servicesAdministrative and support service activitiesAgriculture, forestry and fishingArts, entertainment and recreationConstructionEducationElectricity, gas, steam and air conditioning supplyFinancial and insurance activitiesHuman health and social work activitiesInformation and communicationManufacturingMining and quarryingOther service activitiesProfessional, scientific and technical activitiesPublic administration and defence; compulsory social securityReal estate activitiesTransportation and storageWater supply, sewerage, waste management and remediation activitiesWholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.