
Agħmel distinzjoni bejn it-taqsimiet
Bħala medja, impjegatur iqatta’ sitt sekondi jħares lejn kull resumè li jirċievi. Dan ifisser li jekk l-informazzjoni importanti u s-sett ta’ ħiliet rilevanti ma jattirawx l-attenzjoni tiegħu, aktarx li dan ma jkomplix jaqra. Uża għodod ta’ softwer għall-ipproċessar tal-kliem bħal tipa grassa, sottolinjar, kaxex tat-test, kolonni u bullets biex tissepara punti ewlenin, indika t-taqsimiet (eż. “Informazzjoni ta’ Kuntatt”, “Sommarju”, “Esperjenza tax-Xogħol”, “Edukazzjoni” u “Ħiliet”) u qassam l-informazzjoni. Kun konsistenti, u ħalli wkoll xi spazju abjad. Tfassil tal-paġna mgħobbi wisq jew b’wisq test fih se jaqta' qalb il-qarrejja.
Kun konċiż/a
Żomm ir-resumè qasir u asal għall-punt malajr. Jekk issib li għandek aktar minn żewġ paġni, ikkunsidra jekk dak kollu li għandek inkluż huwiex rilevanti għall-irwol li qed tapplika għalih. Il-ħiliet kollha li elenkajt huma relatati mad-deskrizzjoni tal-impjieg? Jekk le, probabbilment ma għandekx għalfejn tinkludihom. Mod ieħor importanti ta’ kif tinkludi aktar fir-resumè tiegħek huwa billi tuża l-kolonni – dan jippermettilek tieħu vantaġġ mill-wisa’ totali tal-paġna.
Iċċekkja r-rekwiżiti/il-preferenzi tal-pajjiż
F’dan il-każ, huwa żgur li trid tadatta għas-sitwazzjoni. Dak li mistenni tinkludi fir-resumè tiegħek jista’ jvarja b’mod sinifikanti minn pajjiż Ewropew għall-ieħor. Il-paġna dwar il-kundizzjonijiet tal-Għajxien u x-Xogħol tal-EURES tipprovdi informazzjoni ta’ għajnuna biex wieħed isib u japplika għax-xogħol f’pajjiżi Ewropej differenti, inklużi pariri speċifiċi għall-pajjiż dwar il-kitba ta’ resumè xieraq.
Adatta d-disinn għas-sitwazzjoni
Skont l-irwol li qed tapplika għalih, l-impjegaturi se jkollhom ċerti aspettattivi rigward id-disinn tar-resumè tiegħek. Pereżempju, resumè tad-disinn grafiku, jista’ jaġixxi kważi bħala parti minn portafoll u jagħtik opportunità li turi l-ħiliet tad-disinn grafiku tiegħek. Madankollu, għal pożizzjoni ta’ barman, jenħtieġ li tiffoka aktar fuq il-kontenut (jiġifieri l-esperjenza tiegħek fid-“dinja reali”). F’dan il-każ, elementi grafiċi kumplessi jistgħu saħansitra jkollhom effett negattiv fuq l-impatt tar-resumè tiegħek.
Ikkunsidra l-format tal-fajl tiegħek
Jekk qed tippreżenta applikazzjoni ta’ impjieg b’mod diġitali, ikun aħjar li tħejji verżjoni oħra tar-resumè tiegħek. Ir-raġuni għal dan hija li s-softwer li normalment jintuża minn kumpaniji biex jiskennjaw ir-resumès xi kultant ma jifhimx, immaġnijiet jew grafiċi, ma jkunx jista’ jipproċessa PDFs , jew ma jaqrax informazzjoni mqiegħda fis-sezzjonijiet ta’ fuq jew t’isfel ta’ dokument Word.
Nittamaw li dawn l-ideat jgħinuk tiddisinja resumè xieraq li jwasslek għall-intervista tal-ħolm tiegħek!
L-artiklu sar fi sħubija mal-EURES, il-Portal Ewropew dwar il-Mobilità fix-Xogħol.
Links relatati:
Kundizzjonijiet tal-Għajxien u x-Xogħol
Aqra aktar:
Il-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES
Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES
Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi
Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES
Avvenimenti Online li għadhom se jsiru
Il-EURES fuq Facebook
Il-EURES fuq Twitter
Il-EURES fuq LinkedIn
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 13 Diċembru 2019
- Awturi
- L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol | Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
- Temi
- Negozju/IntraprenditorijaIdeat u SuġġerimentiŻgħażagħ
- Settur
- Accomodation and food service activitiesActivities of extraterritorial organisations and bodiesActivities of households as employers, undifferentiated goods- and servicesAdministrative and support service activitiesAgriculture, forestry and fishingArts, entertainment and recreationConstructionEducationElectricity, gas, steam and air conditioning supplyFinancial and insurance activitiesHuman health and social work activitiesInformation and communicationManufacturingMining and quarryingOther service activitiesProfessional, scientific and technical activitiesPublic administration and defence; compulsory social securityReal estate activitiesTransportation and storageWater supply, sewerage, waste management and remediation activitiesWholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles