Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
EURES
Artiklu tal-aħbarijiet17 Frar 2020L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni

Il-Finlandja: Art ta’ pajsaġġi drammatiċi, kultura rikka u opportunitajiet ta’ impjiegi eċċitanti!

Qatt ħsibt li tgħix u taħdem il-Finlandja? Aħna tkellimna mal-Konsulent tal-EURES, Hannele Soirila, biex insiru nafu aktar dwar x’jista’ joffri dan il-pajjiż sabiħ, x’tip ta’ appoġġ jipprovdi l-EURES u avveniment ta’ reklutaġġ riċenti - u misterjożament uniku - li ġie organizzat minnha u mill-kollegi tagħha.

Finland: A land of dramatic landscapes, rich culture and exciting employment opportunities!
© EURES Finland / Sofia Welling

Fatati. Kien hawn li beda kollox għal Hannele u l-EURES tal-Finlandja meta kienu qed jippjanaw l-avveniment ta’ reklutaġġ l-aktar riċenti tagħhom. “Għal xi impjegaturi r-reklutaġġ ta’ ħaddiema internazzjonali jqanqal l-istess biża’ li jqanqlu l-fatati,” iċċajtat hi. “U bħal f’kull kastell antik ieħor, hemm il-fatati f’Häme, allura ġietni l-idea li nibni l-avveniment fuq dik il-bażi.”

Il-Kastell ta’ Häme jinsab fit-tarf ta’ lag f’Hämeenlinna, il-Finlandja. Kien il-post perfett għal avveniment li laqa’ aktar minn 80 parteċipant, inklużi persuni li qegħdin ifittxu impjieg u impjegaturi. L-għan aħħari tal-avveniment kien li dawn iż-żewġ gruppi jkollhom l-opportunità li jiltaqgħu wiċċ imb wiċċ, jgħaddu informazzjoni, esperjenzi u kuntatti lil xulxin u, wieħed jittama, jiffirmaw xi kuntratti ta’ impjieg.

Kellhom ukoll l-opportunità li jgawdu minn seminar b’panel ta’ diskussjoni u fiera ta’ reklutaġġ fuq il-post bi stands - u bi żvilupp spettrali. “Biex nagħmluha [il-fiera ta’ reklutaġġ fuq il-post] aktar attraenti, kien hemm grupp ta’ persuni li jipprovdu d-divertiment li introduċew lill-viżitaturi tal-istand għal storja ta’ reklutaġġ li tixbah lil Ghostbusters,” kompliet Hannele.

Is-suċċess tal-avveniment inqabad fuq vidjo li l-EURES tal-Finlandja rrilaxxa f’Diċembru 2019. Meta mistoqsija dwar il-messaġġ li l-ispettaturi għandhom jieħdu magħhom mill-vidjo, Hannele qalet “li billi tissoċjalizza u tgħaddi informazzjoni, esperjenzi u kuntatti lil ħaddieħor, jirnexxilek tirnexxi fir-reklutaġġ internazzjonali. U billi tinkludi xi ftit divertiment, se tattira aktar parteċipanti ġodda għas-sena ta’ wara.”

Meta ma jkunx qed jorganizza avvenimenti ta’ reklutaġġ fuq it-tema tal-fatati, it-tim tal-EURES tal-Finlandja jkun qed jipprovdi firxa ta’ appoġġ lill-persuni li qegħdin ifittxu impjieg u lill-impjegaturi fil-Finlandja u lil hinn. Huwa xogħol importanti għal pajjiż li qed jesperjenza nuqqas ta’ ħaddiema kkwalifikati f’oqsma bħall-kura tas-saħħa, ix-xogħol tal-metall, il-loġistika, is-servizzi u t-turiżmu (b’mod partikolari f’Lapland).

“Għall-persuni li qegħdin ifittxu impjieg, aħna nipprovdu gwida għar-reklutaġġ u l-użu tal-portal tal-EURES,” spjegat Hannele. Aħna noffru wkoll parir dwar L-Ewwel Impjieg EURES tiegħek, appoġġ finanzjarju u korsijiet tal-lingwa Finlandiża ssussidjati fuq il-post tax-xogħol.”

Għall-impjegaturi, l-appoġġ għandu x’jaqsam mas-servizzi ta’ reklutaġġ, il-gwida u l-appoġġ finanzjarju għat-taħriġ tal-lingwa. “Ir-reklutaġġ tal-ħaddiema minn pajjiżi oħra jgħin lill-kumpaniji jsiru internazzjonali huma stess u jilħqu swieq internazzjonali,” qalet Hannele. “Dawn il-ħaddiema jibbenefikaw ukoll lill-kumpanija fuq bażi ta’ kuljum billi jwasslu ħiliet ġodda fil-lingwa u jżidu l-fehim ta’ kulturi oħra.”

Is-sit web tal-EURES joffri minjiera ta’ informazzjoni u opportunitajiet kemm għall-persuni li qegħdin ifittxu impjieg li jixtiequ jmorru jgħixu l-Finlandja, kif ukoll għall-impjegaturi Finlandiżi li qegħdin ifittxu li jimpjegaw ħaddiema minn pajjiżi oħra.

Aktar informazzjoni tista’ tinstab fuq firxa ta’ siti web oħra:

 

Links relatati:

Vidjo

Persuni li qegħdin ifittxu impjieg

Jmorru jgħixu l-Finlandja

Ifittxu li jimpjegaw ħaddiema minn pajjiżi oħra

Welcome Guide (Gwida ta’ Merħba)

Info Finland (Informazzjoni dwar il-Finlandja)

TE-palvelut

This is Finland (Din hi l-Finlandja)

Finnish Immigration Service (Servizz Finlandiz tal-Immigrazzjoni)

Website of the Occupational Safety and Health Administration in Finland (Sit web tal-Amministrazzjoni tas-Saħħa u s-Sikurezza Okkupazzjonali fil-Finlandja)

 

Aqra aktar:

European Job Days (Il-Jiem Ewropej tal-Impjiegi)

Drop’pin@EURES

Sib il-Persunal tal-EURES..

Il-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li għadhom se jsiru

Il-EURES fuq Facebook

Il-EURES fuq Twitter

Il-EURES fuq LinkedIn

Temi
Negozju/IntraprenditorijaL-aħjar prattika tal-EURESPartijiet interessati esterniAħbarijiet interni tal-EURESĠranet tax-Xogħol/AvvenimentiXejriet ta' reklutaġġŻgħażagħ
Sezzjoni(jiet) relatati
L-Għajxien u x-Xogħol
Settur
Accomodation and food service activitiesActivities of extraterritorial organisations and bodiesActivities of households as employers, undifferentiated goods- and servicesAdministrative and support service activitiesAgriculture, forestry and fishingArts, entertainment and recreationConstructionEducationElectricity, gas, steam and air conditioning supplyFinancial and insurance activitiesHuman health and social work activitiesInformation and communicationManufacturingMining and quarryingOther service activitiesProfessional, scientific and technical activitiesPublic administration and defence; compulsory social securityReal estate activitiesTransportation and storageWater supply, sewerage, waste management and remediation activitiesWholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.