Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet5 Marzu 2021L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni3 min qari

Is-sejba ta’ impjieg fl-Irlanda bl-EURES: L-istejjer ta’ żewġ Finlandiżi

Julia Maanawadu, 25, u Tuomas Lahtinen, 18, huma żewġ Finlandiżi li sabu opportunità ta’ xogħol fl-Irlanda qabel il-pandemija, bis-saħħa ta’ kollaborazzjoni bejn l-EURES tal-Finlandja u l-EURES tal-Irlanda. Matul iż-żmien tagħhom fil-gżira mimlija ħdura, kisbu ħiliet professjonali siewja, esperjenzi li ma jintesewx, u ħbiberiji ġodda.

Finding employment in Ireland with EURES: The stories of two Finns
Julia Maanawadu

“Li naħdem barra mill-pajjiż dejjem kienet il-ħolma tiegħi”

Meta Julia, studenta tat-turiżmu, attendiet Ġurnata ddedikata għall-Karrieri tal-EURES organizzata fil-kampus tal-Università tax-Xjenzi Applikati ta’ Satakunta, fil-Lbiċ tal-Finlandja, ma kinitx taf li dan kien se jkun il-bidu ta’ vjaġġ li se jibdlilha ħajjitha.

“Iddeċidejt li mmur u nagħti ħarsa għaliex li naħdem barra mill-pajjiż dejjem kienet il-ħolma tiegħi,” qalet iż-żagħżugħa Finlandiża.

Ġimagħtejn wara li tkellmet mal-Konsulenti tal-EURES tal-Irlanda waqt l-avveniment, Julia rċeviet email mingħandhom dwar kollokamenti tax-xogħol għal studenti Finlandiżi fi grupp ta’ lukandi fl-Irlanda. “Kont fi żmien f’ħajti fejn kelli bżonn bidla fl-ambjent u fl-istil ta’ ħajja. Ma kien hemm xejn xi jwaqqafni, għalhekk ħsibt li kien iż-żmien perfett biex nagħmel xi ħaġa bħal din.”

L-istudent kulinari Tuomas ukoll kien ħerqan ħafna biex jikseb ftit esperjenza professjonali internazzjonali. “Meta smajt dwar l-opportunità li naħdem barra mill-pajjiż, inktibt immedjatament,” qal il-kok żagħżugħ li għadu qed jitħarreġ.

Tuomas sar jaf dwar l-EURES mill-għalliem tiegħu Jukka Mäkinen, li ħeġġu japplika u tah parir dwar kif jistaqsi l-mistoqsijiet it-tajba.

“Kien eċitanti ħafna li mmur barra mill-pajjiż waħdi għall-ewwel darba,” ftakar l-istudent kulinari żagħżugħ.

Julia u Tuomas huma kuntenti ħafna bl-appoġġ li rċevew mill-Konsulenti tal-EURES tagħhom fil-Finlandja, li għenuhom jirranġaw id-dokumenti tax-xogħol tagħhom, tawhom pariri prattiċi u ggwidawhom fl-applikazzjoni għal għajnuna finanzjarja mill-UE.

“Opportunità tajba ħafna biex titgħallem b’mod ġdid u eċitanti”

Bħala receptionist fil-lukanda Sheraton Athlone Hotel, Julia kienet responsabbli miċ-check-in u ċ-checkout tar-residenti kollha, li twieġeb it-telefons, tiġġestixxi l-prenotazzjonijiet, twieġeb għat-talbiet tar-residenti, toħroġ il-kontijiet, tikkonvinċi lill-klijenti jixtru aktar, tibbukkja t-taksis u tipprovdi l-informazzjoni lit-turisti. “Innotajt li l-Ingliż tiegħi tjieb ħafna. Inħossni li sirt ukoll aktar fiduċjuża u rilassata meta nkun qed naqdi lill-klijenti.”

Matul il-kollokament tax-xogħol tiegħu, Tuomas kien jaħdem fil-kċina tal-lukanda Hodson Bay Hotel, fiċ-ċentru tal-Irlanda, fejn kiseb għarfien dwar il-kumplessitajiet tal-kċina Irlandiża, tgħallem tekniki ġodda tat-tisjir, u tejjeb il-ħiliet ta’ komunikazzjoni tiegħu. “Nirrakkomanda ħafna l-parteċipazzjoni f’dan il-programm għaliex din hija opportunità ferm tajba biex wieħed jitgħallem b’mod ġdid u eċitanti,” jgħid il-kok żagħżugħ.

“Esperjenza sabiħa li nibqa’ niftakar”

Iż-żewġ Finlandiżi jgħidu b’fiduċja li l-esperjenza tal-EURES tagħhom ma kinitx biss tajba ħafna għall-karrieri tagħhom – din għenithom ukoll jikbru bħala persuni u jagħmlu memorji li jibqgħu jiftakru tul ħajjithom. “Li taħdem barra mill-pajjiż huwa xi ħaġa li kulħadd għandu jipprova,” irrakkomandat Julia. “Titgħallem ħafna u tikseb perspettiva ġdida dwar l-affarijiet.” Tuomas jiftakar bil-qalb: “Il-kollokament tiegħi fl-Irlanda kien tassew memorabbli u sabiħ!”

Ħaġa oħra imprezzabbli li ż-żewġ studenti kisbu matul iż-żmien tagħhom barra minn pajjiżhom kienu l-ħbiberiji. Tuomas għamel ħbieb ma’ dak li kien jikkondividi l-kamra miegħu u l-kollega tiegħu Jaïro, li għadu jżomm kuntatt miegħu. Sadanittant, Julia ltaqgħet mal-għarus tagħha Stephen, u qed tikkunsidra li tiftaħ bed and breakfast miegħu fil-futur.

In-network tal-EURES ikopri l-pajjiżi kollha tal-UE kif ukoll l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Iżvizzera. Tgħallem aktar dwar x'jagħmel l-EURES.

 

Links relatati:

X’jista’ jagħmel għalik l-EURES

 

Aqra aktar:

Jiem Ewropej tal-Impjiegi

Sib Il-Konsulenti tal-EURES

Il-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi  tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li għadhom ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

Temi
  • Kaxxa tal-għodda tal-UE għall-mobilità
  • L-aħjar prattika tal-EURES
  • Taħriġ EURES
  • Partijiet interessati esterni
  • Stejjer ta' suċċess
  • Żgħażagħ
Sezzjoni(jiet) relatati
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.