Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet21 Jannar 2022L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni

Is-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ biex tagħti spinta lill-opportunitajiet għaż-żgħażagħ fl-2022

Jekk int persuna żagħżugħa fl-Ewropa, din hija s-sena tiegħek. L-UE nnominat l-2022 is-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ (EYY2022), li se ġġib ħafna opportunitajiet għaż-żgħażagħ Ewropej. Kompli aqra biex issir taf aktar.

European Year of Youth to boost opportunities for young people in 2022
Unsplash

Aktar opportunitajiet u opportunitajiet aħjar wara l-pandemija

Iż-żgħażagħ se jkollhom rwol ewlieni fit-tiswir tal-futur tal-Ewropa. Dawn kienu wkoll żvantaġġati ħafna mill-COVID-19, li kellha effetti diretti fuq opportunitajiet tax-xogħol, programmi ta’ studju, pjanijiet ta’ vjaġġar u l-ħajja soċjali.

Madankollu, permezz tal-EYY2022, l-UE qed tagħmel ħilitha biex tiżgura li ż-żgħażagħ ikollhom aktar opportunitajiet u opportunitajiet aħjar għall-futur. Din l-inizjattiva tikkomplementa wkoll lin-NextGenerationEU, li timmira lejn opportunitajiet ta’ xogħol, edukazzjoni u taħriġ ta’ kwalità għolja għaż-żgħażagħ Ewropej.

“Il-pandemija serqet ħafna opportunitajiet liż-żgħażagħ – biex jiltaqgħu u jagħmlu ħbieb ġodda, biex jesperjenzaw u jesploraw kulturi ġodda. Filwaqt li ma nistgħux nagħtuhom dak iż-żmien lura, illum qed nipproponu li ninnominaw l-2022 is-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ,” qalet il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen fi stqarrija għall-istampa f’Ottubru 2021.

Diversi attivitajiet fejn wieħed jista’ jinvolvi ruħu fihom

L-EYY2022 għandha l-għan li tiċċelebra liż-żgħażagħ u tipprovdi opportunitajiet ta’ impjieg f’ħafna setturi differenti. Dan huwa ċ-ċans tiegħek li tikseb għarfien u ħiliet biex tappoġġja l-iżvilupp professjonali tiegħek, issir ċittadin attiv u tikkontribwixxi għal bidla pożittiva fl-Ewropa.

Il-Kummissjoni bħalissa qed tiżviluppa programm b’firxa wiesgħa ta’ attivitajiet biex tikkommemora l-EYY2022, f’kuntatt mill-qrib mal-Parlament Ewropew, mas-27 Stat Membru tal-UE, mal-awtoritajiet reġjonali u lokali, u mal-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ. 

“Nistieden liż-żgħażagħ Ewropej kollha biex jipparteċipaw fid-diversi impenji, inizjattivi u azzjonijiet li se nniedu minn Jannar 2022,” qalet Mariya Gabriel, il-Kummissarju għall-Innovazzjoni, ir-Riċerka, il-Kultura, l-Edukazzjoni u ż-Żgħażagħ. “Irridu nsemmgħu leħinhom u ninfurmaw id-deċiżjonijiet li se nieħdu għall-futur tagħhom.”

Il-programm EYY2022 ġie msawwar ukoll miż-żgħażagħ Ewropej, peress li l-UE ġabret ideat u suġġerimenti minn eluf ta’ żgħażagħ fi stħarriġ reċenti. Dawn l-inizjattivi se jiġu appoġġjati minn baġit ta’ EUR 8 miljun mill-Erasmus+ u mill-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà.

Segwi l-Portal Ewropew taż-Żgħażagħ u l-EURES għall-aġġornamenti

Għal aktar aħbarijiet dwar dawn l-attivitajiet segwi l-Portal Ewropew taż-Żgħażagħ, fejn il-programm sħiħ u aktar informazzjoni se jkunu disponibbli wara t-tnedija uffiċjali tas-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ. Diġà hemm xi avvenimenti skedati, għalhekk tista’ ssib aktar dettalji dwarhom fil-Portal Ewropew taż-Żgħażagħ.

Il-Portal Ewropew taż-Żgħażagħ jipprovdi wkoll informazzjoni utli usa’ dwar opportunitajiet u inizjattivi rilevanti għaż-żgħażagħ li jgħixu, jitgħallmu u jaħdmu fl-Ewropa, kif ukoll dwar organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ li jistgħu jgħinuk.

Se nkunu qed nippubblikaw ukoll aktar artikli hawnhekk fuq il-paġna tal-aħbarijiet tal-EURES, li jinkludu informazzjoni dwar opportunitajiet disponibbli għaż-żgħażagħ madwar l-UE, bħal traineeships u volontarjat.

Aħna nippubblikaw ukoll artikli regolari li jipprovdu ħjiel u pariri għaż-żgħażagħ, li jkopru firxa wiesgħa ta’ temi relatati mal-impjiegi u x-xogħol fl-UE. Biex tirċievi notifiki dwar l-artikli tagħna ta’ kull ġimgħa, abbona għall-RSS feed tagħna (iftaħ it-taqsima tal-aħbarijiet tal-EURES fl-Internet Explorer, ikklikkja fuq RSS u mbagħad Subscribe to this feed).

Il-portal tal-EURES fih aktar minn 3 miljun post tax-xogħol vakanti madwar l-Ewropa. Irreġistra llum u kkuntattja Konsulent tal-EURES jekk tixtieq l-għajnuna biex issib impjieg.

 

Links relatati:

Stħarriġ online dwar is-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ

Il-Portal Ewropew taż-Żgħażagħ

Aħbarijiet tal-EURES

Il-portal tal-EURES Postijiet battala

Il-portal tal-EURES Irreġistra

 

Aqra aktar:

Il-Jiem Ewropej tal-Impjiegi

Sib Konsulenti tal-EURES

Kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi  tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

EURES fuq Facebook

EURES fuq Twitter

EURES fuq LinkedIn

Temi
Ġranet tax-Xogħol/AvvenimentiAħbarijiet dwar is-suq tax-xogħol/aħbarijiet dwar il-mobilitàAħbarijiet/rapporti/statistikaŻgħażagħ
Sezzjoni(jiet) relatati
L-Għajxien u x-Xogħol
Settur
Accomodation and food service activitiesActivities of extraterritorial organisations and bodiesActivities of households as employers, undifferentiated goods- and servicesAdministrative and support service activitiesAgriculture, forestry and fishingArts, entertainment and recreationConstructionEducationElectricity, gas, steam and air conditioning supplyFinancial and insurance activitiesHuman health and social work activitiesInformation and communicationManufacturingMining and quarryingOther service activitiesProfessional, scientific and technical activitiesPublic administration and defence; compulsory social securityReal estate activitiesTransportation and storageWater supply, sewerage, waste management and remediation activitiesWholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.