Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet2 Ottubru 2019L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni3 min qari

Il-Ġimgħa Ewropea tal-Ħiliet Vokazzjonali 2019 tippromwovi l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali tul il-ħajja

Ir-raba’ edizzjoni tal-Ġimgħa Ewropea tal-Ħiliet Vokazzjonali se ssir mill-14 sat-18 ta’ Ottubru 2019 f’Ħelsinki, il-Finlandja. Ospitata mill-Kummissjoni Ewropea bi sħubija mal-Presidenza Finlandiża tal-Kunsill tal-UE, il-Ġimgħa se tkompli turi l-valur tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (ETV) fl-istadji kollha tal-ħajja.

European Vocational Skills Week 2019 promotes lifelong vocational education and training
European Union

Il-Ġimgħa Ewropea tal-Ħiliet Vokazzjonali, li tnediet fl-2016, hija kampanja annwali mfassla biex tippromwovi l-ETV permezz ta’ taħlita ta’ avvenimenti li jseħħu fl-Ewropa kollha: fuq livell lokali, reġjonali kif ukoll nazzjonali. Il-kampanja tlaqqa’ flimkien il-fornituri tal-edukazzjoni u t-taħriġ, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, l-awtoritajiet pubbliċi, l-organizzazzjonijiet tan-negozju, it-trade unions, u l-pubbliku usa’ biex ikunu enfasizzati l-benefiċċji tal-ETV u jintwerew l-opportunitajiet mill-Ewropa kollha.

Is-sena l-oħra, ġew organizzati aktar minn 1,800 avveniment u attività fil-kuntest tal-kampanja tal-2018, li laħqu aktar minn 2.4 miljun persuna. S’issa din is-sena, diġà ġew irreġistrati kważi 500 avveniment u attività, b’ħafna aktar mistennija jseħħu matul il-kumplament tas-sena u matul il-Ġimgħa nnifisha.

Għażla għaqlija għal kulħadd

Minkejja kważi 80 % tal-gradwati żgħażagħ tal-ETV li jsibu impjieg ftit wara li jiggradwaw, l-ETV xorta għadhom xi drabi meqjusa bħala “t-tieni għażla” meta mqabbla ma’ għażliet ta’ karriera aktar tradizzjonali. Il-Ġimgħa Ewropea tal-Ħiliet Vokazzjonali għandha l-għan li tbiddel din il-perċezzjoni kemm fost l-impjegati kif ukoll l-impjegaturi potenzjali.

“Is-suġġett ċentrali tal-kampanja tagħna din is-sena hu ‘ETV għal Kulħadd – Ħiliet għall-Ħajja’,” qalet Marianne Thyssen, il-Kummissarju għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali, il-Ħiliet u l-Mobilità tal-Ħaddiema. “Dan minħabba li jien irrid li l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali jsiru l-ewwel għażla valida kemm għaż-żgħażagħ kif ukoll għall-adulti. Nemmen verament li l-ETV jipprovdu pass ’il quddiem għal karrieri sinifikanti u ħajjiet sodisfaċenti.”

Nimlew in-nuqqasijiet fil-ħiliet

L-UE qed taħdem ħafna biex tnaqqas in-nuqqasijiet fil-ħiliet fl-ekonomija Ewropea kkawżati minn bidliet mgħaġġla fil-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol. Il-Ġimgħa Ewropea tal-Ħiliet Vokazzjonali tenfasizza kif l-ETV jistgħu jgħinu lill-impjegaturi jwieġbu għall-ħtiġijiet tal-ħiliet li qed jevolvu b’mod kostanti billi jipprovdu opportunitajiet ta’ titjib tal-ħiliet u taħriġ mill-ġdid għall-impjegati eżistenti. Dan jista’ jgħin lin-nies ta’ kull età biex jadattaw għall-bidliet fis-suq tax-xogħol, itejbu l-potenzjal tagħhom u jwettqu impjiegi ta’ kwalità għolja. Barra minn hekk, dan jista’ jgħin lin-negozji jżommu l-vantaġġ kompetittiv tagħhom fl-ekonomija tal-lum li qed tinbidel b’rata mgħaġġla.

Messaġġ ta’ eċċellenza

Il-Ġimgħa se turi wkoll is-suċċess fl-ETV billi tirrikonoxxi impenji minn nies, organizzazzjonijiet u proġetti fl-Ewropa kollha matul il-Premjijiet għall-Eċċellenza fl-ETV. Il-premjijiet se jiċċelebraw il-kisbiet fl-ETV ibbażati fuq numru ta’ kategoriji differenti, bir-rebbieħa tal-premjijiet magħżula skont voti minn ġurija ta’ membri indipendenti u tal-pubbliku.

“Il-Ġimgħa Ewropea tal-Ħiliet Vokazzjonali se sservi bħala pjattaforma biex nikkondividu l-messaġġ tagħna ta’ eċċellenza fl-ETV u rrid li dan il-messaġġ jasal fl-Ewropa kollha, mit-Tramuntana għan-Nofsinhar u mil-Lvant għall-Punent,” ikkonkludiet il-Kummissarju Thyssen. “Tliet snin ilu, konna pijunieri ta’ din l-inizjattiva ambizzjuża u kull sena din qed titjieb. Kull sena l-messaġġ tagħna jilħaq aktar nies u aktar nies qed jimpenjaw ruħhom fl-ETV.”

Involvi ruħek!

 

Għal aktar informazzjoni dwar il-Ġimgħa Ewropea tal-Ħiliet Vokazzjonali 2019, ara l-links li ġejjin:

Il-Ġimgħa Ewropea tal-Ħiliet Vokazzjonali 2019

Il-mappa tal-avvenimenti tal-Ġimgħa Ewropea tal-Ħiliet Vokazzjonali 2019

Il-Ġimgħa Ewropea tal-Ħiliet Vokazzjonali 2019

Paġna tal-Avvenimenti fuq Facebook:Il-Ġimgħa Ewropea tal-Ħiliet Vokazzjonali 2019

Is-sit web tal-Presidenza Finlandiża tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea 2019

Segwi lil Marianne Thyssen fuq FacebookuTwitter

Il-Ġimgħa Ewropea tal-Ħiliet Vokazzjonali fuq Twitter: #EUVocationalSkills, #DiscoverYourTalent

 

Aqra aktar:

Jiem Ewropej tal-Impjiegi

Drop’pin@EURES

Sib Persunal tal-EURES

Il-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Onlineli ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

Temi
  • Aħbarijiet esterni tal-EURES
  • Żgħażagħ
Sezzjoni(jiet) relatati
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.