Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
EURES
Artiklu tal-aħbarijiet26 Lulju 2018L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni

L-Ewropa toffri opportunitajiet ta’ impjieg fis-settur tat-turiżmu matul is-sena kollha

Qiegħed tfittex impjieg? Trid tivvjaġġa u tiskopri postijiet ġodda? Mela s-settur tat-turiżmu/l-ospitalità jista’ jkun ideali għalik!Iżda fejn huma l-aħjar postijiet biex taħdem, u tista’ ssib impjieg is-sena kollha?

Europe offers tourism job opportunities all year round
Shutterstock

Hemm ħafna opportunitajiet fis-settur tat-turiżmu madwar l-UE, minn destinazzjonijiet kostali u muntanjużi sa bliet popolari. Is-settur jappoġġja 25 miljun impjieg direttament u indirettament fl-Ewropa. Huwa l-akbar impjegatur ta’ żgħażagħ, migranti, ħaddiema part-time u nisa, kif indikat mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO). It-turiżmu jirrikjedi livelli differenti ta’ ħiliet, iżda joffri lil dawn il-ħaddiema dħul malajr u/jew triq faċli biex persuna terġa’ tingħaqad mal-forza tax-xogħol.

Skont l-aħħar data mill-Organizzazzjoni Dinjija tat-Turiżmu (UNWTO), l-aġenzija tan-Nazzjonijiet Uniti responsabbli għall-promozzjoni ta’ turiżmu responsabbli, sostenibbli u universalment aċċessibbli, l-Ewropa (kemm it-28 Stat Membru tal-UE kif ukoll destinazzjonijiet lil hinn mill-UE) irreġistraw żieda ta’ 8 % fil-wasliet ta’ turisti internazzjonali sal-aħħar ta’ Awwissu 2017, fuq bażi annwali. Ir-rapport European Union Short-Term Tourism Trends ukoll sab li, għad-destinazzjonijiet turistiċi tal-UE, it-tkabbir kien l-aktar qawwi fin-Nofsinhar tal-Ewropa, hekk kif ra żieda ta’ 12 % fil-wasliet ta’ turisti internazzjonali fl-istess perjodu.

Skont ir-rapport, il-Kroazja, Ċipru, Malta u s-Slovenja raw rata ta’ tkabbir b’żewġ ċifri fil-wasliet ta’ turisti internazzjonali (sa tmiem Awwissu, fuq bażi annwali). Il-Greċja, l-Italja, il-Portugall u Spanja wkoll irreġistraw tkabbir qawwi. Dawn il-pajjiżi kienu fiċ-ċentru tal-attenzjoni fi Frar 2017 f’avveniment tal-Jum Ewropew tal-Impjiegi. Seize the Summer with EURES 2017 poġġa lil dawk li qed ifittxu impjieg u li huma kemm mill-Istati Membri kollha kif ukoll mill-pajjiżi taż-ŻEE f’kuntatt ma’ impjegaturi min-nofsinhar tal-Ewropa li qed ifittxu persunal motivat b’ħiliet lingwistiċi diversifikati u sfondi differenti. L-avveniment online iffoka esklussivament fuq impjegaturi fis-settur tat-turiżmu, il-lukandi u l-catering, ibbażati fil-Kroazja, Ċipru, il-Greċja, l-Italja, Malta, il-Portugall, is-Slovenja u Spanja. Iċċekkja l-paġna webIl-jum tal-impjiegi online jibgħat gwida tat-turisti Franċiża fil-gżejjer Portugiżi biex issir taf kif l-avveniment għen lil kumpanija turistika Portugiża, TuriAzores, u persuna Franċiża li kienet qiegħda tfittex impjieg, Laura Combrié.

Prospetti tajbin għal impjiegi fis-settur tat-turiżmu s-sena kollha

Bosta pajjiżi fin-Nofsinhar tal-Ewropa, inklużi l-Greċja u Spanja, qed jiffukaw dejjem aktar fuq oqsma ġodda biex jittrasformaw il-prodott turistiku tradizzjonali ta’ "xemx u baħar" f’diversi prodotti li huma bbażati fuq diversi temi.

Dawn jinkludu:

  • turiżmu għal perjodu ta’ waqfien ġo belt;
  • turiżmu kulturali;
  • turiżmu għal skop mediku;
  • benesseri;
  • romantiku;
  • avventura jew turiżmu ta’ lussu;
  • konferenzi, laqgħat u events tourism.

Bis-saħħa ta’ inizjattivi bħal dawn, il-prospetti ta’ impjieg fis-settur tat-turiżmu jidhru tajbin ħafna, b’mod partikolari għal dawk li jfittxu opportunitajiet matul is-sena kollha.

Persuni li qegħdin ifittxu impjieg jistgħu jsibu wkoll opportunitajiet fix-xitwa f’postijiet bħal Lapland fil-Finlandja. F’avveniment ta’ reklutaġġ online f’Settembru 2017, il-EURES għamel aċċenn għal dan ir-reġjun. Għażla oħra tista’ tkun l-Iżlanda, li rat tkabbir sinifikanti fil-wasliet ta’ turisti internazzjonali fl-ewwel tmien xhur tal-2017 (fuq bażi annwali), skont rapport ta’ tagħrif trimestrali prodott għall-European Travel Commission (ETC) minn Tourism Economics (parti minn Oxford Economics Company). European Tourism in 2017: Trends & Prospects (Q3/2017) wera li l-Iżlanda kienet id-destinazzjoni li żiedet l-akbar popolarità mal-vjaġġaturi Amerikani u kienet ukoll popolari fost it-turisti Taljani.

Il-wasliet ta’ barranin jistgħu jfissru aktar opportunitajiet għall-Ewropej b’ħiliet fil-lingwi

Il-ħiliet fil-lingwi barranin – flimkien mal-Ingliż – jistgħu jkunu utli biex tfittex impjieg fis-settur tat-turiżmu/ospitalità. L-Ewropa qiegħda ssir dejjem aktar popolari fost il-viżitaturi Ċiniżi u Indjani. Skont ir-rapport tal-ETC, riċentament kien hemm wkoll irkupru fil-wasliet ta’ turisti Russi. L-istess rapport wera wkoll li l-ivvjaġġar estern taċ-Ċiniżi kompla jagħti spinta lill-wasliet tal-viżitaturi fid-destinazzjonijiet Ewropej kollha. "Id-domanda tat-turiżmu minn dan is-suq [iċ-Ċina] ġiet megħjuna minn kundizzjonijiet ekonomiċi inkorraġġanti u mill-espansjoni mingħajr preċedent tal-klassi tan-nofs tagħha", jgħid ir-rapport. Dan innota wkoll li s-Serbja kienet id-destinazzjoni li rat l-akbar tkabbir għat-turisti Ċiniżi kemm fin-numru ta’ wasliet kif ukoll f’waqfiet għal lejl.

Id-domanda għall-ivvjaġġar lejn l-Ewropa mill-Indja kienet ukoll b’saħħitha, b’żieda stmata ta’ 14 % fil-wasliet ta’ turisti minn dan il-pajjiż. Għat-turisti Indjani, il-Kroazja kienet id-destinazzjoni l-aktar popolari f’termini ta’ wasliet (fuq il-bażi ta’ data miġbura sa Settembru 2017). "Matul iż-żmien il-pajjiż [l-Indja] se jsir dejjem aktar importanti bħala suq sors għal destinazzjonijiet Ewropej," jgħid ir-rapport.

Il-Kummissjoni, filwaqt li tirrikonoxxi l-importanza dejjem tikber taċ-Ċina għas-settur tat-turiżmu tal-Ewropa, se torganizza s-Sena tat-Turiżmu bejn l-UE u ċ-Ċina (ECTY) fl-2018, flimkien mal-Amministrazzjoni Nazzjonali tat-Turiżmu taċ-Ċina (CNTY).

Biex issib impjieg fis-settur tat-turiżmu/ospitalità, tista’ tuża l-EURES biex:

 

Links relatati:

Il-Kummissjoni Ewropea

Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO).

European Union Short-Term Tourism Trends

Seize the Summer with EURES 2017

Jum tal-impjiegi online jibgħat gwida tat-turisti Franċiża fil-gżejjer Portugiżi

Lapland fil-Finlandja

Avveniment ta’ reklutaġġ online

European Tourism in 2017: Trends & Prospects (Q3/2017)

L-importanza dejjem tikber taċ-Ċina

ECTY

Taħriġ prattiku, internship, apprendistat – liema huwa adattat għalik?

Passaport tal-ħiliet

 

Aqra aktar:

Sib Persunalta’ EURES

Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

Temi
Negozju/IntraprenditorijaPartijiet interessati esterniIdeat u SuġġerimentiAħbarijiet dwar is-suq tax-xogħol/aħbarijiet dwar il-mobilitàXejriet ta' reklutaġġŻgħażagħ
Sezzjoni(jiet) relatati
L-Għajxien u x-Xogħol
Settur
Accomodation and food service activitiesActivities of extraterritorial organisations and bodiesActivities of households as employers, undifferentiated goods- and servicesAdministrative and support service activitiesAgriculture, forestry and fishingArts, entertainment and recreationConstructionEducationElectricity, gas, steam and air conditioning supplyFinancial and insurance activitiesHuman health and social work activitiesInformation and communicationManufacturingMining and quarryingOther service activitiesProfessional, scientific and technical activitiesPublic administration and defence; compulsory social securityReal estate activitiesTransportation and storageWater supply, sewerage, waste management and remediation activitiesWholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.