Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
EURES
Artiklu tal-aħbarijiet27 Novembru 2019L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni

L-EURES jagħlaq 25 sena!

Fl-2019, l-EURES qed jiċċelebra l-25 anniversarju tiegħu, iżda għandna bżonn l-appoġġ u l-involviment attiv tiegħek biex nagħmlu din iċ-ċelebrazzjoni indimentikabbli!

EURES turns 25!
European Commission

L-EURES, li ġie mniedi fl-1994, huwa netwerk ta’ kooperazzjoni Ewropew ta’ servizzi tal-impjiegi, imfassal biex jiffaċilita l-moviment liberu tal-ħaddiema. Matul is-snin, l-EURES kiber b'mod li jinkludi 32 pajjiż (28 Stat Membru tal-UE, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Iżvizzera), u aktar minn 1 000 membru tal-Persunal tal-EURES. In-netwerk dejjem ħadem ħafna biex jiżgura li ċ-ċittadini Ewropej ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-istess opportunitajiet, minkejja l-ostakli tal-lingwa, id-differenzi kulturali, l-isfidi burokratiċi, liġijiet differenti dwar l-impjiegi u nuqqas ta’ rikonoxximent taċ-ċertifikati edukattivi madwar l-Ewropa.

Sal-lum, aktar minn 14 300 impjegatur jużaw il-portal u bħalissa qed jiġu rreklamati 3.7 miljun impjieg vakanti. Dawn iċ-ċifri juru d-daqs u l-importanza tal-EURES illum. Meta wieħed iħares ’il quddiem għall-25 sena ta’ servizz li ġejjin, in-netwerk se jwitti t-triq biex jiġi żgurat li ħafna persuni li possibbilment qed ifittxu impjieg u impjegaturi potenzjali jkunu konxji mill-EURES, x’jirrappreżenta, u kif dan jista’ jappoġġjahom matul il-ħajja tagħhom jew fil-proċessi ta’ reklutaġġ tagħhom.

X’servizzi joffri l-EURES?

Il-membri tal-persunal jipprovdu informazzjoni u assistenza lil dawk li qed ifittxu impjieg f’pajjiż Ewropew ieħor, inklużi pariri dwar il-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol. Huma jappoġġjaw ukoll lill-impjegaturi fir-reklutaġġ ta’ ħaddiema minn pajjiżi oħra.

Is-servizzi tal-EURES għal dawk li qed ifittxu impjieg u għall-impjegaturi huma pprovduti mis-servizzi pubbliċi tal-impjiegi fil-pajjiżi parteċipanti, kif ukoll minn diversi servizzi tal-impjieg privati, trejdjunjins u organizzazzjonijiet tal-impjegaturi.

X’inhi l-#EURES25?

L-#EURES25 hija kampanja ta' komunikazzjoni fuq ħames xhur mal-UE kollha, li tiċċelebra l-25 anniversarju tan-netwerk EURES. Din se tibqa’ għaddejja sa Jannar 2020.

X’inhuma l-objettivi ewlenin?

  • Li jiġu ċċelebrati l-kisbiet tal-EURES f’dawn l-aħħar 25 sena billi jintwerew it-tkabbir u l-kisbiet kontinwi tiegħu.
  • Li titlaqqa’ flimkien il-familja EURES u jiġu ċċelebrati l-istejjer ta’ suċċess u l-kisbiet tagħha.
  • Dawk li qed ifittxu impjieg għandhom ikunu konxji mill-EURES u jibbenefikaw mis-servizzi tiegħu billi jirreġistraw direttament fuq il-Portal dwar il-Mobilità fix-Xogħol tal-EURES jew billi javviċinaw direttament lill-Persunal tal-EURES f’pajjiżi speċifiċi.
  • Li titqajjem kuxjenza dwar l-EURES u tiżdied il-viżibilità tiegħu għall-benefiċċju ta’ dawk li qed ifitxxu impjieg, tal-ħaddiema, tal-impjegaturi u ta’ kwalunkwe ċittadin li jixtieq jibbenefika mis-servizzi tiegħu permezz tal-prinċipju tal-moviment liberu tal-persuni fl-Ewropa.
  • Li titrawwem klima ta’ opportunitajiet futuri ma’ impjegaturi ġodda li jkunu interessati li jikkollaboraw mal-EURES.

Kif nista’ ninvolvi ruħi fl-#EURES25?

Tista’ ssegwi u tinvolvi ruħek fil-kampanja fuq il-midja soċjali billi tuża l-hashtag #EURES25.

Għal avvenimenti f’pajjiżek jew fir-reġjun tiegħek bħala parti mill-kampanja, iċċekkja l-kalendarju tal-avvenimenti sħiħ tal-EURES .

Tista’ tiskopri wkoll l-aktar aħbarijiet riċenti dwar l-#EURES25 fuq il- paġna ta’ Facebook tal-EURES, kif ukoll fuq Twitter u LinkedIn.

L-EURES għenek issib impjieg? Għidilna dwar dan u irbaħ premjijiet!

Jekk int ċittadin u/jew residenti tal-UE li użajt is-servizzi tal-EURES, jekk jogħġbok, aqsam l-istorja ta’ suċċess tiegħek.

Biex tidħol fil-kompetizzjoni huwa sempliċi:

  • irrekordja u tella’ filmat ta’ minuta li jiddeskrivi l-istorja ta’ suċċess tal-EURES tiegħek
  • fil-vidjo inkludi l-kelma “EURES”, bl-aktar mod kreattiv li tista’ timmaġina!

Tliet rebbieħa jirċievu vawċer ta’ EUR 500 biex jattendu:

  • kors ta’ tagħlim ta’ lingwa tal-għażla tagħhom

JEW

  • taħriġ fil-ħiliet tal-impjegabbiltà biex iżidu l-possibbiltajiet tagħhom li jsibu l-impjieg li dejjem xtaqu

Ħaffef, il-kompetizzjoni tagħlaq fl-24 ta’ Novembru!

It-tliet rebbieħa xxurtjati jitħabbru fis-6 ta’ Diċembru.

Murhawnhekk għal aktar dettalji u biex tipparteċipa fil-kompetizzjoni.

Ħaġa importanti li għandek iżżomm f’moħħok matul l-#EURES25 hija li ċ-ċelebrazzjoni ma tistax tirnexxi mingħajrek! S’issa kont parti importanti ħafna mill-vjaġġ tal-EURES u aħna se nkomplu neħtieġu l-appoġġ tiegħek.

 

Links relatati:

Il-portal tal-EURES

Persunal tal-EURES

 

Aqra aktar:

Jiem Ewropej tal-Impjiegi

Drop’pin@EURES

Sib Persunal tal- EURES

Il-Kundizzjonijiet tal-Għajxien u tax-Xogħol fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

Temi
Aħbarijiet esterni tal-EURESAħbarijiet/rapporti/statistikaMidja soċjaliStejjer ta' suċċessŻgħażagħ
Sezzjoni(jiet) relatati
L-Għajxien u x-Xogħol
Settur
Accomodation and food service activitiesActivities of extraterritorial organisations and bodiesActivities of households as employers, undifferentiated goods- and servicesAdministrative and support service activitiesAgriculture, forestry and fishingArts, entertainment and recreationConstructionEducationElectricity, gas, steam and air conditioning supplyFinancial and insurance activitiesHuman health and social work activitiesInformation and communicationManufacturingMining and quarryingOther service activitiesProfessional, scientific and technical activitiesPublic administration and defence; compulsory social securityReal estate activitiesTransportation and storageWater supply, sewerage, waste management and remediation activitiesWholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.