Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet9 Mejju 2017L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni

EURES tal-Iżvezja: Nagħtu t-tama lix-Xeneġġaturi

L-EURES tal-Iżvezja offra l-opportunità għal xeneġġaturi Żvediżi mill-Ewropa b᾽attività ta᾽ reklutaġġ importanti li saret fil-Polonja.

EURES Sweden: Giving Writers Hope

Din l-attività saret bi sforz kollaborattiv bejn il-Midja Kulturali fis-Servizz Pubbliku tax-Xogħol fil-EURES tal-Iżvezja u l-Istitut Pollakk tal-Film. L-għan tagħhom it-tnejn kien li jressqu x-xeneġġaturi Żvediżi wiċċ᾽imb᾽wiċċ ma᾽ produtturi Pollakki li qed ifittxu talent ġdid.

L-attività, li saret nhar it-23 ta᾽ Marzu f᾽Varsavja, kellha l-għan li tqarreb lejn xulxin l-imħuħ kreattivi, u dawk li għandhom il-mezzi għal kreattività.

Is-Servizz Żvediż tal-Kultura u x-Xogħol stieden applikanti minn xeneġġaturi Żvediżi mill-ġeneri kollha tal-finzjoni fosthom id-drama, il-kriminal, l-adoloxxenza u t-tfulija. Minn 60 applikant b'talent u li ttamaw li jintagħżlu, 11-il xeneġġatur intagħżlu. Dawn il-finalisti mbagħad marru l-Polonja biex jattendu għall-attività tal-Istitut Pollakk tal-Film fis-sede tagħhom bl-isem ta᾽ Kino Rejs, u jiltaqgħu mal-produtturi Pollakki li kienu mistiedna jattendu.

Ix-xeneġġaturi kellhom 8 minuti kull wieħed biex jispjegaw l-iskript lill-produtturi, u wara jattendu riċeviment fejn ikunu jistgħu jiltaqgħu u jagħmlu konnessjonijiet ta᾽ negozju.

L-eżitu mistenni jkompli jibni fuq is-suċċess tax-xeneġġaturi ta᾽ qabel f᾽Berlin. Ir-rispons miġbur mill-parteċipanti mill-erba᾽ attivitajiet preċedenti ta᾽ bejn l-2013-2016 urew li 20% tagħhom iffirmaw kuntratt maʼproduttur.

Dan riżultat tajjeb ħafna għal industrija li ħafna jafu kemm hu diffiċli tippenetraha. Ix-xogħol ta᾽ xeneġġatur huwa spiss meqjus bħala l-iktar karriera kreattiva iebsa biex tippenetraha, minħabba li hija differenti għal modi ta᾽ kitba oħra peress li mʼhemmx l-għażla ta᾽ awtopubblikazzjoni. Is-suċċess ħafna drabi jiddependi minn kemm xogħlok ikun f᾽idejn il-persuna t-tajba fil-mument it-tajjeb, iżda anki li xogħlok jinqara huwa kważi biċċa xogħol impossibbli.

Dawn huma l-ostakli li l-EURES tal-Iżvezja qed jaspira li jegħleb b᾽attivitajiet bħal dawn. L-għan hu li jkun hemm pjattaforma aktar aċċessibbli għax-xeneġġaturi Żvediżi, u jkollhom l-opportunità jiltaqgħu mal-professjonisti tal-industrija u jiksbu impjieg fl-Ewropa kollha.

Din l-attività riċenti kienet it-tieni waħda li saret fil-Polonja, u hemm oħrajn ippjanati fil-futur qarib f᾽pajjiżi oħra Ewropej bħal Berlin u Londra. Għal aġġornamenti dwar attivitajiet simili organizzati mit-Taqsima tal-Midja Kulturali tal-EURES fl-Iżvezja u attvitajiet importanti fil-futur, ibqa' żur il-Portal tal-Aħbarjiet tal-EURES.

 

Links relatati:

il-Midja Kulurali fis-Servizz Pubbliku tax-Xogħol

L-Istitut Pollakk tal-Film

 

Aqra aktar:

Sib Konsulent tal-EURES

Kundizzjonijiet ta᾽ għajxien u xogħol fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi ta᾽ Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avveniment Online li jmiss

EURES fuq Facebook

EURES fuq Twitter

EURES fuq LinkedIn

EURES fuq Google+

Temi
Negozju/IntraprenditorijaIdeat u SuġġerimentiĠranet tax-Xogħol/AvvenimentiAħbarijiet dwar is-suq tax-xogħol/aħbarijiet dwar il-mobilitàAħbarijiet/rapporti/statistikaXejriet ta' reklutaġġStejjer ta' suċċess
Sezzjoni(jiet) relatati
L-Għajxien u x-Xogħol
Settur
Accomodation and food service activitiesActivities of extraterritorial organisations and bodiesActivities of households as employers, undifferentiated goods- and servicesAdministrative and support service activitiesAgriculture, forestry and fishingArts, entertainment and recreationConstructionEducationElectricity, gas, steam and air conditioning supplyFinancial and insurance activitiesHuman health and social work activitiesInformation and communicationManufacturingMining and quarryingOther service activitiesProfessional, scientific and technical activitiesPublic administration and defence; compulsory social securityReal estate activitiesTransportation and storageWater supply, sewerage, waste management and remediation activitiesWholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.