Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet7 Settembru 2017L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni3 min qari

EURES Polonja jgħin lil 26 persuna li kienu qed ifittxu impjieg isibu xogħol barra minn pajjiżhom

Inizjattiva ġdida biex tittejjeb il-mobilità fix-xogħol taġevola lil 100 ħaddiem li għandhom aktar minn 30 sena u li ġejjin mis-Silesia t'Isfel, il-Polonja. Pawel Frydlewicz hu wieħed mill-26 Pollakk li rnexxielu jsib xogħol.

EURES Poland helps 21 jobseekers to find a job abroad
EURES PL

Spiss, kull ma trid biex tgħaddi mit-teorija għall-prattika, hi narrattiva sempliċi, iżda realistika - fil-forma ta’ storja ta’ suċċess personali. Tista’ tingħata spinta biex tagħmel pass lejn bidla kbira fil-ħajja meta diġà jkollok evidenza li xi mkien, xi ħadd ieħor diġà għadda minn perkors simili, jekk mhux mill-istess wieħed. Reċentement staqsejna lil Pawel dwar l-esperjenza tiegħu, il-pożizzjoni l-ġdida tiegħu ma’ Skoda Auto u l-ħajja l-ġdida tiegħu fir-Repubblika Ċeka.

X’inhu l-qofol ta’ dan kollu?

L-inizjattiva bl-isem “Appoġġ Ewropew għall-mobilità fix-xogħol: intejbu l-mobilità fix-xogħol fl-Ewropa permezz tal-EURES fost ir-residenti tar-Reġjun Silesian t’Isfel fil-Polonja” hi appoġġjata mill-Fond Soċjali Ewropew (FSE) u hi implimentata minn EURES Poland.

Il-proġett huwa mmirat b’mod esklussiv lejn il-persuni li qegħdin ifittxu impjieg li għandhom aktar minn 30 sena, li joriġinaw mir-Reġjun tas-Silesia t’Isfel tal-Polonja. Dawk li huma lesti jaħdmu fil-pajjiżi tal-UE/taż-ŻEE u li ġew approvati, huma intitolati li jirċievu għajnuna finanzjarja biex jappoġġjaw il-proċess tar-rilokazzjoni tagħhom.

Kif taħdem?

Lista twila ta’ impjegaturi Ewropej, l-aktar mill-Ġermanja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Ċeka, diġà ssieħbu mal-proġett fit-tfittxija tagħhom għal impjegati mħarrġa. L-EURES qed jgħinhom jirreġistraw l-offerti ta’ impjieg u jqabblu l-kandidati matul iċ-ċiklu tal-ħajja tar-reklutaġġ li primarjament huma żewġ kompiti ewlenin tal-proċess kollu.

Min-naħa l-oħra, fil-każ tal-persuni li jfittxu impjieg, it-tim tal-EURES Polonja qed jipprovdi varjetà wiesgħa ta’ servizzi mfassla apposta. Meta l-mira tkun grupp partikolari ta’ nies li għandhom aktar minn 30 sena, it-tim jipprovdi dik id-daqsxejn għajnuna żejda. Pawel jikkummenta li ipotetikament, attivitajiet sempliċi bħal li jsib l-offerta t-tajba, li jittraduċi s-CV tiegħu jew li jkollu intervista f’lingwa barranija għall-ewwel deherlu li jeħtieġu sforz kbir wisq għalih. “Permezz tal-parteċipazzjoni tiegħi fil-proġett, is-CV tiegħi ġiet tradotta, attendejt kors ta’ lingwa u rċevejt attenzjoni kostanti mill-konsulenti. Kienu lesti li jintervjenu f’kull ħin fil-każ ta’ diffikultajiet bl-akkomodazzjoni jew bix-xogħol”, qal Pawel.

Storja personali, irrakkuntata personalment

Illum il-ġurnata, Pawel qed jaħdem bħala professjonist tal-loġistika ma’ Skoda. Hu jirrakkonta li l-aktar kapaċitajiet prezzjużi li kiseb bħala professjonist mill-esperjenza tar-reklutaġġ tiegħu huma d-determinazzjoni u l-paċenzja. “Li tkun taf li mhux ser tkun waħdek tfisser ħafna”, kompla jgħid. “L-appoġġ li rċevejt mill-konsulenti kien kruċjali. Id-diffikultajiet kollha li jitfaċċaw fil-bidu jistgħu jqanqlu ċerta biża’ fik, iżda maż-żmien kollox inbidel f’esperjenza interessanti.”

Pawel xtaq ukoll iżid aneddotu simpatiku dwar il-paga tiegħu. “Illum nista’ ngħid ukoll: IVA, għal salarju li fl-aħħar nista’ ngħix bih, u GRAZZI EURES!”

 

Links relatati:

Appoġġ Ewropew għall-mobilità fix-xogħol: intejbu l-mobilità fix-xogħol fl-Ewropa permezz ta’ EURES fost ir-residenti tar-Reġjun Silesian t’Isfel fil-Polonja

EURES POLONJA

Ħajja u Xogħol fl-Unjoni Ewropea

Ħajja u Xogħol fir-Repubblika Ċeka

 

Aqra aktar:

Sib Konsulent tal-EURES

Kundizzjonijiet tal-għajxien u x-xogħol f’pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi ta᾿ Data tal-Impjiegi tal-EURES

Servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

EURES fuq Facebook

EURES fuq Twitter

EURES fuq LinkedIn

EURES fuq Google+

Temi
  • L-aħjar prattika tal-EURES
  • Stejjer ta' suċċess
Sezzjoni(jiet) relatati
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.