Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet21 Marzu 2019L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni

EURES tal-Ġermanja organizza avveniment uniku għal mużiċisti orkestrali aspiranti

Għall-mużiċisti f’orkestri internazzjonali, il-Ġermanja hija pajjiż attraenti fejn jaħdmu. Il-pajjiż għandu tradizzjoni rikka fil-mużika klassika u għandu fi ħdanu aktar minn 50 orkestra filarmonika.

EURES Germany organises unique event for aspiring orchestral musicians
Matthias Naggert (ZAV)

Wieħed jeħtieġ biss iħares lejn l-ismijiet tal-mużiċisti f'dawn l-orkestri biex jara li s-suq tax-xogħol għall-professjonisti huwa wieħed internazzjonali. Bil-bosta kulleġġi tal-mużika prestiġjużi tagħha, il-Ġermanija hija wkoll post attraenti fejn tistudja l-mużika. Madankollu, in-natura internazzjonali tal-industrija tfisser li dawk li jistudjaw fil-Ġermanja jaf ikunu jeħtieġu jkunu lesti biex jgħixu f’pajjiż ieħor biex isibu xogħol.

Sabiex tipprepara mużiċisti potenzjali għal din il-possibbiltà kmieni kemm jista’ jkun fil-karriera tagħhom, ZAV-Künstlervermittlung (is-Servizz ta’ Kollokament għall-Arti tal-Ispettaklu tal-Aġenzija tal-Impjieg Federali tal-Ġermanja) riċentement organizzat avveniment uniku b’kollaborazzjoni mal-Uffiċċju ta’ Koordinazzjoni Nazzjonali tal-EURES Ġermaniż NCO).

Parir estensiv minn Konsulenti tal-EURES

Madwar 30 student tal-mużika, inkluż dawk li jdoqqu l-arpa, il-vjolin, iċ-ċello, il-flawt u l-bassun, iltaqgħu fl-Orchesterzentrum NRW f’Dortmund fid-29-30 ta’ Ottubru 2018 biex isiru jafu dwar opportunitajiet ta’ impjieg fil-Ġermanja u barra mill-pajjiż.

L-Orchesterzentrum NRW hija faċilità konġunta ta’ erba’ kulleġġi tal-mużika separati, li saret l-ewwel ċentru ta’ taħriġ universitarju reċiproku bħal dan għall-mużiċisti orkestrali fl-Ewropa meta fetħet fl-2009.

Konsulenti tal-EURES mis-Slovakkja, l-Iżvizzera u l-Iżvezja kienu preżenti fl-avveniment biex jipprovdu informazzjoni diretta dwar opportunitajiet fil-pajjiżi rispettivi tagħhom. L-istudenti ntqalilhom kif ix-xogħol fi Stat Membru ieħor tal-UE jista’ jipprovdi esperjenza imprezzabbli u ġew introdotti għas-swieq tax-xogħol relatati fil-pajjiżi differenti.

“Il-kooperazzjoni transkonfinali bejn l-atturi differenti għenet biex l-istudenti li pparteċipaw jingħataw parir b’mod estensiv dwar is-suġġett tal-mobbiltà ġusta,” tgħid Lena Sundheimer min-NCO tal-EURES Ġermaniż.

L-istudenti rċivew ukoll informazzjoni dwar opportunitajiet biex jibbenifikaw minn programmi tal-mobbiltà tal-UE bħal “L-ewwel impjieg EURES tiegħek”, li joffri appoġġ lil persuni li jkunu qed ifittxu impjieg ta’ bejn it-18 u l-35 sena li jridu jaħdmu fi Stat Membru ieħor tal-UE.

“L-EURES jista' jippermetti lill-artisti tal-ispettaklu jibbenefikaw min-netwerk tiegħu”

Filwaqt li l-parteċipazzjoni f'avvenimenti internazzjonali bħal fieri tal-impjieg mhi xejn ġdid għall-Persunal tal-EURES, dan l-avveniment għall-mużiċisti orkestrali huwa eżempju tajjeb ħafna ta’ inizjattiva unika u mmirata.

Is-suq tax-xogħol għall-mużiċisti professjonali huwa kompetittiv u jinbidel kontinwament, li jagħmel avvenimenti bħal dan saħansitra aktar imprezzabbli, kif tispjega l-organizzatur tal-avveniment Lilia Felde-Ritz, minn ZAV-Künstlervermittlung f’Cologne, “Għalina, bħala uffiċjali tal-kollokament għall-mużiċisti orkestrali, li nkunu qrib tal-kulleġġi u l-gradwati tal-mużika huwa importanti ħafna, sabiex nibqgħu aġġornati mal-iżviluppi fis-suq tax-xogħol.”

Tony Erb, Koordinatur tal-EURES għall-Iżvizzera fis-Segretarjat tal-Istat għall-Affarijiet Ekonomiċi (SECO) f’Bern, li attenda għall-avveniment, enfasizza r-rwol importanti li għandu jaqdi l-EURES biex jappoġġja lill-ħaddiema fis-settur tal-arti tal-ispettaklu: Huwa qal, “Fl-opinjoni tiegħi, il-mobbiltà internazzjonali tal-artisti tal-ispettaklu hija neċessità, u għalija, il-kooperazzjoni fost il-pajjiżi biex jgħinuhom tagħmel sens.”  “L-EURES jista’ jippermetti lill-artisti tal-ispettaklu jibbenefikaw min-netwerk tiegħu.”

L-industriji kulturali u kreattivi joffru medda diversa ta’ opportunitajiet għaċ-ċittadini tal-UE biex jaħdmu barra mill-pajjiż. Xi servizzi tal-EURES, inkluż ZAV-Künstlervermittlung, Arbetsförmedlingen fl-Iżvezja u  Pôle emploi fi Franza, joffru konsultazzjoni dedikata u servizzi ta’ kollokament għal persuni li qed ifittxu impjieg f'dawn is-setturi.

Jekk int mużiċista jew artist/a tal-ispettaklu u interessat f’karriera internazzjonali, jew impjegatur li qed tfittex kandidati b’ħiliet, għaliex ma tikkuntattjax lill-Konsulent tal-EURES lokali tiegħek jew tirreġistra fil-portal tal-EURES illum fuq: https://ec.europa.eu/eures/public/index_mt.

 

Links relatati:

ZAV-Künstlervermittlung

L-ewwel impjieg EURES tiegħek

Il-portal tal-EURES

 

Aqra aktar:

Jiem Ewropej tal-Impjiegi

Drop’pin@EURES

Sib Konsulent tal-EURES

Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Onlineli ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

Temi
L-aħjar prattika tal-EURESAħbarijiet esterni tal-EURESĠranet tax-Xogħol/AvvenimentiAħbarijiet dwar is-suq tax-xogħol/aħbarijiet dwar il-mobilitàXejriet ta' reklutaġġŻgħażagħ
Sezzjoni(jiet) relatati
L-Għajxien u x-Xogħol
Settur
Accomodation and food service activitiesActivities of extraterritorial organisations and bodiesActivities of households as employers, undifferentiated goods- and servicesAdministrative and support service activitiesAgriculture, forestry and fishingArts, entertainment and recreationConstructionEducationElectricity, gas, steam and air conditioning supplyFinancial and insurance activitiesHuman health and social work activitiesInformation and communicationManufacturingMining and quarryingOther service activitiesProfessional, scientific and technical activitiesPublic administration and defence; compulsory social securityReal estate activitiesTransportation and storageWater supply, sewerage, waste management and remediation activitiesWholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.