Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet11 Marzu 2018L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni

Il-kollaborazzjoni EURES telimina d-diskrepanza fil-ħiliet xjentifiċi f’Malta

Kumpanija farmaċewtika Maltija li qiegħda taffaċċja nuqqas ta’ tekniċi tal-laboratorju kkwalifikati sabet 10 impjegati ġodda mill-Italja u minn Spanja, grazzi għall-EURES.

EURES collaboration fills scientific skills gap in Malta
EURES

Għal Giliane Mallia, li hija l-Kap tal-Uffiċċju Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni ta’ EURES Malta, it-tlaqqigħ ta’ persuni li qed ifittxu impjieg ma’ impjegaturi huwa jum bħall-oħrajn.

Giliane reċentement ikkollaborat ma’ kollegi ta’ EURES Spanja u ta’ EURES Italja sabiex toffri impjieg lil 10 persuni li qed ifittxu impjieg mal-kumpanija farmaċewtika Maltija Aurobindo. Waqt it-tfittxija tagħhom għal tekniċi tal-laboratorju tal-kontroll tal-kwalità, il-kumpanija ġiet riferuta għall-EURES minħabba “in-nuqqasijiet attwali fis-suq tax-xogħol f’Malta u n-nuqqas ta’ tali ħiliet fis-suq tax-xogħol lokali,” tgħid Giliane.

X’inhi r-raġuni għal dan in-nuqqas? Peress li Malta għandha t-tielet l-inqas rata tal-qgħad fl-UE, dan ifisser li ħafna impjegaturi lokali jirreklutaw attivament ħaddiema minn barra l-gżira.

Frederick Schembri, il-Maniġer Ġenerali ta’ Aurobindo, isejjaħ lill-EURES “eċċezzjonali”.

Hekk kif il-kumpanija bdiet tikber, jgħid hu, din bdiet iddur dejjem aktar lejn tfittix ta’ impjieg madwar l-UE kollha. Illum, 30 fil-mija tal-forza tax-xogħol tal-kumpanija ġejjin minn barra minn Malta, grazzi għall-EURES.

“[Waqt ir-reklutaġġ] aħna nistgħu nimmiraw lejn pajjiż jew udjenza speċifiċi,” jispjega hu. “Dan kien ta’ vantaġġ għalina u r-riżultati huma ċari.”

Waħda mill-benefiċjarji tal-kollaborazzjoni ta’ Aurobindo mal-EURES kienet Tamara Torcellini mill-Italja. Bħala persuna li tħobb tivvjaġġa, Tamara kienet ħerqana biex taħdem f’pajjiż ieħor tal-UE u għal xi żmien kienet qiegħda tuża l-EURES bħala waħda mill-għodod ewlenin tagħha biex issib impjieg. Meta ltaqgħet mal-opportunità Maltija, din kienet ideali għaliha.

“Bgħatt is-CV tiegħi għall-pożizzjoni ta’ “Analista tal-Kontroll tal-Kwalità” f’Malta u mill-ewwel irċivejt email mill-EURES bħala konferma tal-applikazzjoni tiegħi,” tgħid hi. “Meta fl-aħħar irċivejt l-aħbar tajba mill-kumpanija li ġejt impjegata, ikkuntattjajt lill-EURES billi staqsejt xi mistoqsijiet dwar il-pajjiż u huma tawni l-għajnuna kollha li kelli bżonn.”

L-għoti ta’ dak il-livell addizzjonali ta’ appoġġ hija dik il-ħaġa li tagħmel lill-EURES ħafna aktar minn sempliċiment servizz ta’ tqabbil tal-impjiegi. “Aħna weġibna mistoqsijiet dwar skejjel, karozzi u saħansitra dwar ivvjaġġar mal-annimali domestiċi tant maħbubin,” tgħid Giliane. It-tim iż-żgħir tal-EURES Malta jipprovdi wkoll assistenza f’dak li għandu x’jaqsam ma’ dokumenti u jikkoordina ma’ uffiċċji oħra f’isem il-kandidati għall-impjieg.

Giliane tixtieq li, fil-ġejjieni, il-EURES isir l-ewwel punt ta’ kuntatt għal kwalunkwe persuna li qed tfittex impjieg li tkun interessata li taħdem fi kwalunkwe pajjiż fl-UE. “It-tim tagħna jaħdem qatigħ biex joħloq ambjent amikevoli u utli, fejn aħna nistgħu ngħinu lin-nies mhux biss biex imorru jgħixu f’pajjiż ieħor, iżda wkoll biex niżguraw li t-tranżizzjoni tagħhom tkun kemm jista’ jkun bla xkiel.”

Il-vjaġġ EURES ta’ Tamara jissuġġerixxi li x-xewqat ta’ Giliane diġà qed jitwettqu. “Jien għadni Malta u tassew kuntenta bil-gżira, bin-nies u bix-xogħol,” tgħid Tamara. “Din l-esperjenza mhux biss qiegħda ttejjeb il-ħajja personali tiegħi iżda wkoll dik professjonali. Jien nirrakkomanda dan lil kulħadd! Kulħadd għandu jipprova jaħdem, jew jistudja, barra minn pajjiżu għal xi żmien u l-EURES joffri l-opportunità ideali!”

 

Links relatati:

L-għajxien u x-xogħol f’Malta

EURES Malta fuq Facebook

 

Aqra aktar:

Sib Konsulent tal-EURES

Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi ta᾽ Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

Temi
Negozju/IntraprenditorijaL-aħjar prattika tal-EURESPartijiet interessati esterniAħbarijiet interni tal-EURESAħbarijiet dwar is-suq tax-xogħol/aħbarijiet dwar il-mobilitàXejriet ta' reklutaġġStejjer ta' suċċessŻgħażagħ
Sezzjoni(jiet) relatati
L-Għajxien u x-Xogħol
Settur
Accomodation and food service activitiesActivities of extraterritorial organisations and bodiesActivities of households as employers, undifferentiated goods- and servicesAdministrative and support service activitiesAgriculture, forestry and fishingArts, entertainment and recreationConstructionEducationElectricity, gas, steam and air conditioning supplyFinancial and insurance activitiesHuman health and social work activitiesInformation and communicationManufacturingMining and quarryingOther service activitiesProfessional, scientific and technical activitiesPublic administration and defence; compulsory social securityReal estate activitiesTransportation and storageWater supply, sewerage, waste management and remediation activitiesWholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.