Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet28 Frar 2020L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni

Is-suq tax-xogħol tal-UE u l-post tax-xogħol fis-snin 20 tas-seklu 21

Kif se tkun id-dinja tax-xogħol 10 snin oħra? Se nkunu qed nagħmlu l-istess impjiegi fl-istess setturi bl-istess ħiliet? Min se jkunu l-kollegi tagħna?

The EU job market and workplace in the 2020s
EURES

It-Tbassir tal-Ħiliet tas-Cedefop, li jbassar ix-xejriet futuri fl-impjiegi, għandu l-għan li jipprovdi għarfien dwar kif se jkunu s-suq tax-xogħol u l-postijiet tax-xogħol fl-Ewropa sal-2030 – u liema ħiliet se jkunu meħtieġa. Dan jippermetti lill-utenti jqabblu l-prospetti tal-impjieg u x-xejriet futuri madwar l-Ewropa, u b’hekk jagħmluh l-għodda ideali għal min ikun qed ifittex impjieg, għall-impjegaturi, għall-istudenti, għar-riċerkaturi u għal min ifassal il-politika.

It-tbassir ilu jiġi żviluppat fuq bażi kontinwa sa mill-2005, u bħalissa jipprovdi informazzjoni dwar l-Istati Membri tal-UE, l-Iżlanda, il-Maċedonja ta’ Fuq, l-Iżvizzera, it-Turkija u r-Renju Unit. Dan ikopri 66 settur ta’ attività ekonomika, 41 grupp ta’ okkupazzjoni u 3 livelli ta’ edukazzjoni.

Is-sejbiet sħaħ tal-aġenzija jistgħu jinstabu fuq is-sit web tagħha, filwaqt li ġbarna fil-qosor xi wħud mill-punti ewlenin hawn taħt.

Forza tax-xogħol

  • Id-daqs tal-forza tax-xogħol huwa mistenni li jikber b’1% sal-2030;
  • L-età tal-forza tax-xogħol se tinbidel xi ftit, bi tnaqqis ta’ 0.5% f’dawk li għandhom bejn 25 u 49 sena u tkabbir ta’ 3.8% f’dawk li għandhom 64 sena jew aktar;
  • Id-daqs tal-popolazzjoni fl-età tax-xogħol huwa mistenni li jiżdied bi 3.7%, għalkemm hemm varjazzjoni sinifikanti bejn il-pajjiżi;
  • Il-bilanċ bejn is-sessi se jibqa’ fil-biċċa l-kbira l-istess, b’aktar irġiel jaħdmu milli nisa.

Setturi

  • L-industriji tal-manifattura bażiċi huma mistennija li jonqsu, filwaqt li l-industriji tas-servizzi u l-industriji tal-manifattura avvanzati huma mistennija li jikbru;
  • Is-setturi tas-servizzi li l-aktar li qed jikbru malajr se jkunu dawk legali u tal-kontabbiltà, ir-riċerka u l-iżvilupp, ir-reklamar u r-riċerka dwar il-kummerċjalizzazzjoni, u l-attivitajiet tas-servizzi amministrattivi u ta’ appoġġ;
  • Is-setturi tal-manifattura li qed jikbru b’rata mgħaġġla se jkunu t-tagħmir elettriku, makkinarju u tagħmir ieħor, il-manifattura u l-vetturi bil-mutur.

Okkupazzjonijiet

  • Huwa mistenni li jkun hemm tkabbir sinifikanti f’okkupazzjonijiet b’ħiliet għoljin (eż. maniġers, professjonisti u professjonisti assoċjati) u xi tkabbir f’ċerti okkupazzjonijiet b’ħiliet baxxi (eż. il-bejgħ, is-sigurtà, it-tindif, il-catering u l-kura);
  • Huwa mistenni telf ta’ impjiegi f’okkupazzjonijiet b’ħiliet medji (eż. il-ħaddiema manwali b’ħiliet, l-iskrivani);
  • Il-provvista ta’ dawk bi kwalifiki ta’ livell ogħla tista’ tikber b’rata aktar mgħaġġla mid-domanda għal dawn l-impjegati, bl-istess sitwazzjoni li taffettwa lil dawk bi ftit jew b’livell ta’ kwalifiki inferjuri.

Kompiti u ħiliet tax-xogħol

  • L-għadd ta’ kompiti fiżiċi li l-impjegati jwettqu fuq il-post tax-xogħol huwa mistenni li jonqos, filwaqt li l-għadd ta’ kompiti intellettwali u soċjali se jiżdied;
  • Il-litteriżmu tan-negozju, il-bejgħ/persważjoni u l-ħila li wieħed iservi/jaqdi se jsiru ħiliet dejjem aktar importanti għall-ħaddiema;
  • Se jkun hemm tnaqqis sinifikanti fil-ħtieġa ta’ ħiliet ibbażati fuq il-magni (mhux tal-ICT) u domanda dejjem akbar għall-ħiliet fl-ICT;
  • Il-kapaċità li wieħed jaħdem b’mod awtonomu se tkun apprezzata ħafna.

Dwar is-Cedefop

Is-Cedefop’s, magħruf ukoll bħala ċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali, twaqqaf fl-1975. L-aġenzija tgħin lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Istati Membri u lis-sħab soċjali jiżviluppaw politiki Ewropej dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (ETV), sabiex jiżdiedu r-rati ta’ impjieg u jiġi żgurat tkabbir ekonomiku intelliġenti, sostenibbli u inklużiv.

Matul l-2020, se nkunu qed inħarsu lejn is-sejbiet tas-Cedefop fir-rigward ta’ oqsma okkupazzjonali individwali, minn persuni li jindokraw għal professjonisti tal-ICT. Erġa’ idħol dalwaqt biex issir taf aktar.

 

Links relatati:

Tbassir tal-Ħiliet tas-Cedefop

 

Aqra aktar:

Il-Jiem Ewropej tal-Impjiegi

Drop’pin@EURES

Sib Konsulenti tal-EURES

Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

 Avvenimenti Online li ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

Temi
Aħbarijiet esterni tal-EURESAħbarijiet dwar is-suq tax-xogħol/aħbarijiet dwar il-mobilitàAħbarijiet/rapporti/statistikaXejriet ta' reklutaġġ
Settur
Accomodation and food service activitiesActivities of extraterritorial organisations and bodiesActivities of households as employers, undifferentiated goods- and servicesAdministrative and support service activitiesAgriculture, forestry and fishingArts, entertainment and recreationConstructionEducationElectricity, gas, steam and air conditioning supplyFinancial and insurance activitiesHuman health and social work activitiesInformation and communicationManufacturingMining and quarryingOther service activitiesProfessional, scientific and technical activitiesPublic administration and defence; compulsory social securityReal estate activitiesTransportation and storageWater supply, sewerage, waste management and remediation activitiesWholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.