Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet12 Ottubru 2017L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni

Speċjalista ambjentali Estonjana tgawdi ħajja ġdida f’Gothenburg

Merit Kaal mill-Estonja qed twessa’ l-orizzonti tagħha b’impjieg ġdid fl-Iżvezja – u tħeġġeġ lil persuni oħrajn li qed ifittxu impjieg biex huma wkoll jittantaw xortihom jaħdmu barra pajjiżhom.

Estonian environment specialist enjoys new life in Gothenburg
Chalmers technical University - Gothenburg

Matul l-aħħar sitt xhur, Merit ħadmet bħala konsulent ambjentali subalterna u maniġer tal-proġetti għal kumpanija f’Gothenburg. Wara li diġà kienet aċċertat ruħha li ħadet il-kariga, hi kkuntattjat lill-EURES biex issir taf kif dan jista’ jagħtiha appoġġ, u l-konsulenti lokali għenuha bid-dokumentazzjoni li kienet teħtieġ għal tranżizzjoni mingħajr xkiel f’pajjiż ġdid.

“Kien faċli għalija li nibda naħdem u ngħix fl-Iżvezja”, qalet it-tfajla ta’ 24 sena, “għaliex sena ilu kont studenta fi skema ta’ skambju fl-università teknika ta’ Chalmers f’Gothenburg. Wara, lestejt it-teżi tal-master's fl-istess kumpannija fejn qed naħdem issa.”

Minkejja din il-familjarità mal-pajjiż, xorta waħda sibt l-ixkiel. “L-ikbar sfidi kienu l-lingwa, u biex insib post fejn noqgħod,” qalet. “Peress li l-konsultazzjoni teħtieġ ħafna kuntatt mal-klijenti, hu pjuttost importanti li tkun taf il-lingwa u tkun kapaċi taħdem bil-lingwa lokali. Madankollu, jien naħseb li meta mqabbla ma’ pajjiżi oħra fl-Ewropa, in-nies fl-Iżvezja jitkellmu b’Ingliż tajjeb ħafna u fil-biċċa l-kbira tal-każijiet nista’ nsib l-għajnuna jekk ma nifhimx.”

Merit qed tgawdi l-esperjenza ta’ meta persuna tibda tgħix f’pajjiż ġdid. “Fil-qasam ambjentali, hemm bosta proġetti interessanti u ħafna x’titgħallem u x’tagħmel,” qalet. “Naħseb hu wieħed mill-aħjar pajjiżi fl-Ewropa fejn stajt niġi u napplika dak li tgħallimt. U togħġobni l-ħaġa li l-belt il-ġdida tiegħi, Gothenburg, qed tiżviluppa b’pass tassew mgħaġġel bħalissa. In-nies kollha huma tassew dħulin u l-kampanja hi sempliċiment meravilja.”

X’parir tagħti lil xi ħadd li qed ifittex xogħol barra pajjiżu?Toqgħodx taħsbiha! “Dejjem tista’ tmur lura jekk jinqala’ xi ħaġa jew jekk ma taqbadx, imma li tmur barra pajjiżek anki għal sitt xhur biss jagħtik ħafna lura u verament iwessagħlek l-orizzonti tiegħek.”

Il-koordinatur nazzjonali tal-EURES għall-Estonja Marta Traks tat appoġġ lil Merit fit-tranżizzjoni tagħha.

“Li taħdem barra mhix għażla li kulħadd tiġih f’moħħu mill-ewwel, imma tista’ tkun tassew interessanti, kemm f’livell personali kif ukoll f’livell professjonali,” qalet. “Li tieħu d-deċiżjoni li tmur barra l-pajjiż jiftaħlek moħħok. Li timraħ f’ambjent barrani jeħtieġ flessibbiltà u determinazzjoni: jaf ma jkunx faċli għall-ewwel, imma hi tagħlima kbira għall-ħajja.”

 

Links relatati:

L-università teknika ta’ Chalmers f’Gothenburg

Il-programm L-Ewwel Xogħol EURES Tiegħek (YFEJ)

 

Aqra aktar:

Sib Konsulent tal-EURES

Il-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi ta' Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

L-EURES fuq Google+

Temi
Negozju/IntraprenditorijaL-aħjar prattika tal-EURESXejriet ta' reklutaġġStejjer ta' suċċessŻgħażagħ
Sezzjoni(jiet) relatati
L-Għajxien u x-Xogħol
Settur
Accomodation and food service activitiesActivities of extraterritorial organisations and bodiesActivities of households as employers, undifferentiated goods- and servicesAdministrative and support service activitiesAgriculture, forestry and fishingArts, entertainment and recreationConstructionEducationElectricity, gas, steam and air conditioning supplyFinancial and insurance activitiesHuman health and social work activitiesInformation and communicationManufacturingMining and quarryingOther service activitiesProfessional, scientific and technical activitiesPublic administration and defence; compulsory social securityReal estate activitiesTransportation and storageWater supply, sewerage, waste management and remediation activitiesWholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.