Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet19 Frar 2018L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni2 min qari

Mod faċli biex il-kwalifiki tiegħek jiġu rikonoxxuti f'pajjiżi barranin

X'għandhom komuni dawn kollha li ġejjin: farmaċista, fiżjoterapista, gwida f'żoni muntanjużi, aġent tal-proprjetà u infermiera ġenerali?

An easy way to get your qualifications recognised abroad
Еuropa

Dawn kollha huma professjonijiet li fihom il-kwalifiki tiegħek jistgħu jiġu vverifikati faċilment minn fruntiera għal oħra permezz tal-Karta Professjonali Ewropea (KPE).

F'dan l-artiklu, aħna ddeskrivejna l-aspetti bażiċi tal-KPE, iżda informazzjoni aktar dettaljata hija disponibbli online permezz ta' L-Ewropa tiegħek. Iċ-ċentri nazzjonali ta' assistenza jistgħu jipprovdu aktar informazzjoni dwar ir-regoli f'pajjiż partikolari, jew jekk ikollok xi mistoqsija ulterjuri dwar l-UE, int tista' tikkuntattja lil Europe Direct.

Il-KPE mhijiex karta reali - minflok, hija proċedura elettronika li tippermetti li l-kwalifiki professjonali tiegħek jiġu rikonoxxuti malajr u faċilment f'pajjiż ieħor tal-UE. Din tfisser ukoll li tista' żżomm kont tal-applikazzjoni tiegħek għar-reġistrazzjoni online u li terġa’ tuża dokumenti mtellgħin diġà biex tibda applikazzjonijiet ġodda għal pajjiżi differenti.

Fil-futur, il-proċedura tal-KPE tista' tiġi estiża għal professjonijiet oħrajn differenti minn dawk imsemmija hawn fuq. Bħalissa, il-professjonisti f'industriji oħrajn iridu jiddependu fuq il-proċeduri standard biex jaċċessaw professjoni regolata f'pajjiż ieħor sabiex il-kwalifiki tagħhom jiġu rikonoxxuti.

Il-proċedura hija disponibbli għal dawk il-persuni li jixtiequ jipprattikaw il-professjoni tagħhom f'pajjiż ieħor tal-UE fuq bażi temporanja u okkażjonali, jew għal dawk li jixtiequ jibdew jgħixu f'pajjiż ieħor tal-UE u jipprattikaw il-professjoni tagħhom hemm fuq bażi permanenti.

Il-KPE hija l-prova elettronika li int għaddejt mill-kontrolli amministrattivi u li l-kwalifiki professjonali tiegħek ġew rikonoxxuti mill-pajjiż li tixtieq taħdem fih, jew li int issodisfajt il-kundizzjonijiet biex tipprovdi servizzi f'dak il-pajjiż fuq bażi temporanja.

Meta applikazzjoni għal rikonoxximent tiġi approvata mill-awtoritajiet rilevanti tal-pajjiż ospitanti, int tista' tiġġenera ċertifikat tal-KPE f'format ta' pdf, li jinkludu numru ta' referenza li impjegatur prospettiv jista' juża biex jiċċekkja l-validità tiegħu.

Jekk għandek il-ħsieb li tibda tgħix f'pajjiż barrani għal perjodu twil, jaf tkun tista' jew anki tkun obbligat/a li tirreġistra ma' korp professjonali, bħar-Royal Pharmaceutical Society jew iċ-Chartered Society of Physiotherapy fir-Renju Unit, jew jaf ikollok tgħaddi minn kontrolli addizzjonali li jinkludu l-kapaċità lingwistika, qabel ma tkun tista' tibda tipprattika l-professjoni tiegħek. Int tista' tiċċekkja r-rekwiżiti mal-awtoritajiet nazzjonali rilevanti.

Il-KPE hija valida b'mod indefinit jekk int tkun tibda tgħix fit-tul f'pajjiż, iżda jekk int tkun qed tipprovdi servizzi fuq bażi temporanja, hija se tkun valida għal 18-il xahar. Għal dawk il-professjonijiet li jkollhom impatt fuq is-saħħa jew is-sigurtà pubblika, hija valida għal 12-il xahar biss.

Vidjo animat maħluq mill-Kummissjoni Ewropea jispjega s-sistema hawn.

 

Links relatati:

Il-Karta Ewropea Professjonali (KPE) – vidjo animat

Il-Karta Ewropea Professjonali (KPE) – L-Ewropa tiegħek

Ċentri nazzjonali ta' assistenza

Rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali

Korpi professjonali u rekwiżiti lingwistiċi

 

Aqra aktar:

Sib Konsulent tal-EURES

Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi ta’ Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Onlineli ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

Temi
  • Aħbarijiet esterni tal-EURES
  • Ideat u Suġġerimenti
  • Żgħażagħ
Sezzjoni(jiet) relatati
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.