Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet11 April 2018L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni

Kors ta’ tagħlim elettroniku “iwassal għal suċċess” fid-Danimarka

It-tim tal-EURES tad-Danimarka ħoloq kors ta’ tagħlim elettroniku sabiex jgħin lill-persuni li qed ifittxu impjieg isibu xogħol fil-pajjiż Skandinavu.

E-learning course ‘makes it work’ in Denmark
EURES

It-tiftix ta’ impjieg – b’mod partikolari f’pajjiż ieħor – jista’ jkun proċess li joħloq sfida. Kmieni f’Marzu 2018, it-tim tal-EURES tad-Danimarka ddeċieda li jgħin lil dawk li qed ifittxu impjieg fil-pajjiż tagħhom billi nieda l-‘Make It Work in Denmark’ courseonline.

Il-kors ta’ tagħlim elettroniku, li huwa mfassal sabiex jixħet dawl, jipprovdi għarfien u joffri suġġerimenti relatati ma' kif wieħed isib impjieg fid-Danimarka, jiġi ppreżentat bl-Ingliż u jikkonsisti minn erba’ moduli:

  1. Kif tfittex impjieg fid-Danimarka: kif issib postijiet tax-xogħol battala, tikteb applikazzjoni u tiżviluppa CV li se tissodisfa l-ħtiġijiet tal-kumpaniji Daniżi;
  2. Kif tikkuntattja lill-kumpaniji u jkollok suċċess f'intervisti għal xogħol: l-aħjar mod kif tagħmel kuntatt mal-kumpaniji u tippreżenta lilek innifsek f’intervisti għal xogħol;
  3. Kif tuża Linkedln b’mod effettiv: kif tista’ ttejjeb l-profil tiegħek ta’ Linkedln għan-netwerking u għat-tiftix ta’ impjieg;
  4. Introduzzjoni għall-kultura fuq il-post tax-xogħol Daniż: kif tinnaviga post tax-xogħol Daniż u tindirizza sitwazzjonijiet li jistgħu ma jkunux familjari.

Il-kontenut għal dawn il-moduli jinkludi stejjer li ġraw verament minn individwi internazzjonali li sabu xogħol fid-Danimarka, eżerċizzju interattiv, vidjos dwar suġġetti differenti u kompiti prattiċi.

Il-flessibbiltà hija element ewlieni ta’ Make it Work in Denmark. In-natura online tal-kors tagħmlu forma ta’ tagħlim portabbli li jista’ jiġi aċċessat permezz ta’ tagħmir mobbli bħal tablets u smartphones. Ir-reġistrazzjoni hija miftuħa għal kulħadd u topera fuq bażi kontinwa sabiex in-nies ikunu jistgħu jibdew il-kors meta jkun tajjeb għalihom. Il-moduli jistgħu jitlestew ukoll f’diversi sessjonijiet u jistgħu jerġgħu jiġu aċċessati f’kull ħin, li jagħmel il-kors riżors li jgħodd għal kull żmien għall-persuni li qed ifittxu impjieg.

S’issa, aktar minn 170 individwu minn varjetà ta’ pajjiżi bdew il-kors u r-reazzjonijiet tal-bidu kienu pożittivi ferm. “Jien għaddejt il-moduli u jkolli ngħid li huma verament tajbin!” Tistqarr Ágnes Kalmár, inġiniera ċivili mill-Ungerija. “Dawn għandhom informazzjoni u ispirazzjoni bla qies; żgur li se nerġa’ ntihom daqqa t’għajn ta’ spiss.”

Stacey, professjonista Awstraljana fil-qasam tal-kura tas-saħħa li tgħix f’Aarhus, taqbel ma’ dan. “Jien deherli li l-moduli jinvolvu ħafna ’l dak li jkun, kienu interessanti u informattivi ħafna. L-informazzjoni kienet rilevanti u ġiet ippreżentata b’mod li jinftiehem faċilment. B’mod partikolari, jien għoġbitni l-varjetà fil-mod kif l-informazzjoni ġiet ippreżentata, peress li din għenet iżżomm l-interess tal-qarrej ħaj matul il-moduli.”

Jekk inħarsu ’l quddiem, l-għan tal-EURES tad-Danimarka huwa li għal dan il-kors jibdew 600 individwu kull sena. Diġà sar progress tajjeb sabiex dik il-mira tintlaħaq fl-2018 bis-saħħa tal-interess bikri qawwi li kien hemm, li juri entużjażmu ċar għall-pariri, is-suġġerimenti u l-għarfien li l-kors jista’ joffri lill-persuni li qed ifittxu impjieg.

Int persuna li qed tfittex impjieg fid-Danimarka? Tixtieq tiskopri aktar dwar il-kors ta’ tagħlim elettroniku Make It Work in Denmark u dwar kif tipparteċipa? Kulma trid tagħmel huwa li toħloq profil fuq is-sit web Work in Denmark biex tibda!

 

Links relatati:

Sit web Work in Denmark

 

Aqra aktar:

Jiem l-Impjiegi Ewropej

Drop’pin@EURES

Sib Konsulent tal-EURES

Kundizzjonijiet tal-għajxien u x-xogħol f’pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi ta’ Data tal-Impjiegi tal-EURES

Servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

EURES fuq Facebook

EURES fuq Twitter

EURES fuq LinkedIn

EURES fuq Google+

Temi
L-aħjar prattika tal-EURESAħbarijiet esterni tal-EURESPartijiet interessati esterniIdeat u SuġġerimentiAħbarijiet/rapporti/statistikaMidja soċjaliŻgħażagħ
Sezzjoni(jiet) relatati
L-Għajxien u x-Xogħol
Settur
Accomodation and food service activitiesActivities of extraterritorial organisations and bodiesActivities of households as employers, undifferentiated goods- and servicesAdministrative and support service activitiesAgriculture, forestry and fishingArts, entertainment and recreationConstructionEducationElectricity, gas, steam and air conditioning supplyFinancial and insurance activitiesHuman health and social work activitiesInformation and communicationManufacturingMining and quarryingOther service activitiesProfessional, scientific and technical activitiesPublic administration and defence; compulsory social securityReal estate activitiesTransportation and storageWater supply, sewerage, waste management and remediation activitiesWholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.