Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
EURES
Artiklu tal-aħbarijiet9 Ġunju 2021L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni

Oħlom kbir mal-EURES: L-istorja ta’ Gaëlle Delvaux

Wara li kisbet il-lawrja tagħha fl-Istorja tal-Arti, Gaëlle ta’ 31 sena, iddeċidiet li ssegwi l-passjoni tagħha għal ikel tajjeb għas-saħħa u ssir kok. Tgħallem kif il-Konsulenti tagħna tal-EURES għenu lil Gaëlle sabiex issegwi l-ħolma tagħha u tikseb esperjenza internazzjonali f’ristorant prestiġjuż li ġie ppremjat bi stilla Michelin.

Dreaming big with EURES: The story of Gaëlle Delvaux
Shutterstock

Ikel tajjeb għas-saħħa jista’ jsalva lid-dinja

Meta Gaëlle ggradwat mill-Free University ta’ Brussell, ma kinitx taf li f’qasir żmien kienet se taqbad it-triq għal karriera kulinari. Madankollu, il-mara żagħżugħa minn dejjem kellha passjoni għat-tisjir. Qabel ma saret kok, kienet diġà sajret għal okkażjonijiet żgħar, bħal anniversarji, iżda l-ikbar motivazzjoni tagħha biex tħejji l-ikel kienet ġejja mit-twemmin tagħha li l-ikel “jista’ jsalva lid-dinja”.

“Il-mod ta’ kif nieklu jinfluwenza kif inkabbru l-ħxejjex u kif nittrattaw il-ħamrija u l-ambjent. Irrid ngħin lin-nies jieklu ikel lokali u staġjonali,” qalet Gaëlle.

Taqtax qalbek twettaq il-ħolm tiegħek

Meta Gaëlle ddeċidiet li riedet tibda karriera bħala kok, kienet taf kemm hu importanti għaliha li tikseb xi esperjenza internazzjonali, u ma qagħditx lura milli toħlom kbir.

“Kienet il-ħolma tiegħi li naħdem f’Noma ristorant magħruf mad-dinja kollha f’Copenhagen, id-Danimarka. Ir-ristorant huwa famuż internazzjonalment u għandu żewġ stilel tal-Michelin, għalhekk il-fatt li rnexxieli nakkwista xogħol fih kien l-aħħar sinjal ta’ suċċess għalija.”

Għajnuna mingħand EURES

Dan huwa meta l-kok żagħżugħa għamlet kuntatt mal-Konsulenti tal-EURES f’Actiris International−id-dipartiment tal-mobilità internazzjonali tas-Servizz Pubbliku tal-Impjiegi għar-reġjun ta’ Brussell. Minkejja l-għajnuna li rċeviet, Gaëlle xorta waħda kienet taf li l-futur tagħha jiddependi minnha.

“Il-Konsulent tiegħi tal-EURES kien ta’ għajnuna kbira, madanakollu kont naf li jien kont responsabbli biex immexxi l-affarijiet ’il quddiem. Ikkuntattjajt lil xi ristoranti u għamilt appuntamenti għal intervisti. Eventwalment, intgħażilt għal internship f’Noma.”

Gaëlle temmen li mingħajr l-għajnuna finanzjarja li rċeviet mingħand Actiris International ma kienx ikun possibbli għaliha li tagħmel l-internship. “Il-ħajja fid-Danimarka tista’ tkun pjuttost għalja. Grazzi għall-benefiċċju finanzjarju li rċevejt mingħand l-EURES stajt inżomm il-livell tal-għajxien tiegħi, li kien importanti ħafna għalija.”

Xejn mhu impossibbli

Illum il-ġurnata, Gaëlle taħdem bħala kok ewlieni f’ristorant f’Pariġi. Meta tħares lura lejn l-esperjenza tagħha barra mill-pajjiż, tgħid li tgħallmet ħafna.

“Waħda mittagħlimiet l-aktar importanti li tgħallimt kienet kif naħdem tajjeb f’tim, u kif nikkondividi l-għarfien fi spirtu tajjeb. Il-kreattività tiegħi tjiebet ħafna. Irrealizzajt li l-affarijiet li qabel kienu jidhru impossibbli, mhux fattibbli, jew li kienu kkumplikati wisq issa jistgħu jintlaħqu. Jien kburija ħafna wkoll bis-CV tiegħi, li hija ħafna aktar kompetittiva issa li għandi esperjenza ta’ xogħol internazzjonali.”

Trid tibda l-avventura tiegħek barra minn pajjiżek? Minkejja l-pandemija, il-Konsulenti tagħna tal-EURES qegħdin hemm biex jagħtu pariri u jappoġġaw lil dawk li qed ifittxu impjieg biex isibu opportunitajiet fl-Ewropa kollha. Ikkuntattja lill-helpdesk tal-EURES biex tibda mil-lum

 

Links relatati:

Actiris International

Ikkuntattja lill-helpdesk tal-EURES

 

Aqra aktar:

Jiem Ewropej tal-Impjiegi

Sib Konsulenti tal-EURES

Kondizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi ta’ Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

Temi
L-aħjar prattika tal-EURESŻgħażagħ
Sezzjoni(jiet) relatati
L-Għajxien u x-Xogħol
Settur
Accomodation and food service activitiesActivities of extraterritorial organisations and bodiesActivities of households as employers, undifferentiated goods- and servicesAdministrative and support service activitiesAgriculture, forestry and fishingArts, entertainment and recreationConstructionEducationElectricity, gas, steam and air conditioning supplyFinancial and insurance activitiesHuman health and social work activitiesInformation and communicationManufacturingMining and quarryingOther service activitiesProfessional, scientific and technical activitiesPublic administration and defence; compulsory social securityReal estate activitiesTransportation and storageWater supply, sewerage, waste management and remediation activitiesWholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.