Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)

Dikjarazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data - Bullettini tal-EURES

Din id-dikjarazzjoni ta’ privatezza tipprovdi informazzjoni dwar l-ipproċessar u l-protezzjoni tad-data personali tiegħek.

Operazzjoni ta’ pproċessar:

  • Network Ewropew tas-Servizzi tal-Impjiegi (EURES) għall-persuni li qed ifittxu impjieg u għall-impjegaturi
  • In-Network Ewropew tas-Servizzi tal-Impjiegi (EURES) għall-Persunal tal-EURES

Kontrollur tad-Data: L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol - Unità tal-Informazzjoni u tal-EURES

Referenza tar-reġistrazzjoni: DPR-ELA-2022- 0009 u DPR-ELA-2022-0044

1. Introduzzjoni

L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (minn hawn ’il quddiem “ELA”) hija impenjata li tipproteġi d-data personali tiegħek u li tirrispetta l-privatezza tiegħek. L-ELA tiġbor u tipproċessa ulterjorment id-data personali skont ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data (li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001).

Din id-dikjarazzjoni ta’ privatezza tispjega ir-raġuni għaliex nipproċessaw id-data ​​​​​​​personali tiegħek, il-mod kif niġbru u nittrattaw id-data ​​​​​​​personali kollha li tiġi pprovduta kif ukoll kif niżguraw il-protezzjoni tagħha, kif tintuża dik l-informazzjoni, u liema drittijiet għandek b’rabta mad-data ​​​​​​​personali tiegħek. Din tispeċifika wkoll id-dettalji ta’ kuntatt tal-Kontrollur tad-Data responsabbli li miegħu tista’ teżerċita d-drittijiet tiegħek, l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data ​​​​​​​u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

L-informazzjoni b’rabta mal-operazzjoni ta’ pproċessar "Network Ewropew tas-Servizzi tal-Impjiegi (EURES): Il-bulettinimwettqa mill-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, l-Informazzjoni u l-Unità tal-EURES huma ppreżentati hawn taħt.

2. Għaliex u kif nipproċessaw id-data personali tiegħek?

L-iskop tal-operazzjoni tal-ipproċessar: L-unità tal-Informazzjoni u tal-EURES tiġbor u tuża l-informazzjoni personali tiegħek biex tibgħat aħbarijiet rilevanti dwar l-attivitajiet tal-EURES permezz ta’ bullettin speċifiku:

  • Lista ta’ indirizzi tal-bullettin tal-EURES &you.

Id-data personali tiegħek mhijiex se tintuża għal teħid ta’ deċiżjonijiet awtomatizzati, inkluż it-tfassil ta’ profil.

3. Fuq liema raġunijiet ġuridiċi nipproċessaw id-data personali tiegħek?

Nipproċessaw id-data personali tiegħek minħabba:

Dawk li qed ifittxu impjieg u għall-impjegaturi tad-data:

Skont l-Artikolu 5(1)(d) tar-Regolament (UE) 2018/1725, inti tajt il-kunsens għall-ipproċessar tad-data personali tiegħek għal fini speċifiku wieħed jew aktar.

Għall-utenti tan-network tal-EURES (persunal tal-EURES):

Skont l-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament (UE) 2018/1725, l-ipproċessar huwa meħtieġ għat-twettiq ta’ kompitu li jsir fl-interess pubbliku jew fl-eżerċitar ta’ awtorità uffiċjali mogħtija lill-istituzzjoni jew lill-korp tal-Unjoni.

Bażi ġuridika:

  • Ir-Regolament (UE) 2019/1149 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi Awtorità Ewropea tax-Xogħol.
  • Ir-Regolament (UE) 2016/589 , “ir-Regolament tal-EURES”, u b’mod partikolari l-Kapitolu III tiegħu, jiddefinixxi l-iskopijiet tal-ipproċessar, speċifikament biex ikun jista’ jsir tlaqqigħ bejn il-postijiet tax-xogħol battala ma’ CVs/Profili tal-persuni li jkunu qed ifittxu impjieg u jistabbilixxi kundizzjonijiet ġenerali għall-ipproċessar.
  • Aktar dispożizzjonijiet għall-ipproċessar tad-data , b’mod partikolari fir-rigward tar-rwoli u r-responsabbiltajiet tad-diversi partijiet involuti fl-ipproċessar huma stipulati fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1257.

Għal din l-operazzjoni ta’ pproċessar speċifika, aħna ma nipproċessawx kategoriji speċjali ta’ data personali, għalhekk l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2018/1725 ma japplikax.

4. Liema data personali niġbru u nipproċessaw ulterjorment

Sabiex twettaq din l-operazzjoni ta’ pproċessar, l-Unità tal-Informazzjoni u tal-EURES tiġbor il-kategoriji li ġejjin ta’ data personali:

Għall-utenti awtoreġistrati u għall-utenti tan-network tal-EURES:

L-isem, il-kunjom, il-pajjiż, it-tip ta’ attur (persuna li qed tfittex impjieg, l-impjegatur, l-utent tan-network) l-indirizz tal-posta elettronika u l-lingwa ppreferuta.

Għall-utenti mhux irreġistrati:

L-email u l-lingwa preferuta.

Il-forniment ta’ data personali mhuwiex obbligatorju.

Għall-utenti tan-network tal-EURES (persunal tal-EURES):

Ksibna d-data personali tiegħek mill-Uffiċċju Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni tal-EURES speċifiku.

Il-forniment ta’ data personali huwa obbligatorju, kif meħtieġ għall-ġestjoni tal-Portal tal-EURES, skont l-istruttura maħluqa mir-Regolament tal-EURES (ir-Regolament (UE) 2016/589), b’mod partikolari l-Artikolu (12)(4).

5. Għal kemm żmien inżommu d-data personali tiegħek?

L-unità tal-Informazzjoni u tal-EURES iżżomm biss id-data personali tiegħek għaż-żmien meħtieġ biex jintlaħaq l-għan tal-ġbir jew tal-ipproċessar ulterjuri, jiġifieri sakemm utent iħassar l-abbonament jew jitħassar wara li ma jkunx ikkonferma li l-utent irid jibqa’ fil-lista.

Fi kwalunkwe ħin, is-suġġetti tad-data jistgħu jikkuntattjaw lill-Unità tal-Informazzjoni u tal-EURES fuq euresatela [dot] europa [dot] eu (eures[at]ela[dot]europa[dot]eu) u jitolbu t-tħassir tad-data ​​​​​​​tagħhom. Fil-Bullettin, l-għażla tat-tneħħija tal-abbonament se tkun dejjem disponibbli u s-suġġetti tad-data ​​​​​​​jistgħu jitolbu fi kwalunkwe ħin li d-data ​​​​​​​tagħhom titħassar.

6. Kif nipproteġu u nissalvagwardjaw id-data personali tiegħek?

Id-data personali kollha f’format elettroniku (ittri elettroniċi, dokumenti, bażijiet tad-data, lottijiet ta’ data mtellgħin, eċċ.) jinħażnu jew fuq is-servers tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol jew tal-kuntratturi tagħha.

Il-kuntratturi tal-ELA huma marbuta bi klawżola kuntrattwali speċifika għal kwalunkwe operazzjoni tal-ipproċessar tad-data tiegħek f’isem l-ELA, u bl-obbligi ta’ kunfidenzjalità li jirriżultaw direttament mir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data fl-Istati Membri tal-UE (“GDPR” ir-Regolament (UE) 2016/679.)

Sabiex tipproteġi d-data ​​​​​​​personali tiegħek, l-ELA stabbiliet għadd ta’ miżuri tekniċi u organizzattivi. Il-miżuri tekniċi jinkludu azzjonijiet xierqa biex jindirizzaw is-sigurtà online, ir-riskju ta’ telf tad-data, it-tibdil tad-data ​​​​​​​jew l-aċċess mhux awtorizzat, filwaqt li jitqies ir-riskju ppreżentat mill-ipproċessar u n-natura tad-data ​​​​​​​personali li tkun qiegħda tiġi pproċessata. Il-miżuri organizzattivi jinkludu r-restrizzjoni tal-aċċess għad-data personali għal persuni awtorizzati biss bi ħtieġa leġittima ta’ tagħrif għall-finijiet ta’ din l-operazzjoni tal-ipproċessar.

7. Min għandu aċċess għad-data personali tiegħek u lil min tiġi żvelata?

L-aċċess għad-data personali tiegħek huwa pprovdut lill-persunal tal-ELA responsabbli għat-twettiq ta’ din l-operazzjoni tal-ipproċessar u lill-persunal awtorizzat skont il-prinċipju “ħtieġa ta’ tagħrif”. Tali persunal jirrispetta l-ftehimiet ta’ kunfidenzjalità statutorji u, fejn meħtieġ, dawk addizzjonali.

Trasferimenti internazzjonali ta’ data:

Għall-persuni li qed ifittxu impjieg u għall-impjegaturi

Jekk tkun qbilt, il-kontrollur jittrasferixxi d-data personali tiegħek lill-partijiet ikkonċernati rilevanti fl-Iżlanda, fil-Liechtenstein, fin-Norveġja u fl-Iżvizzera.

Il-kontrollur jittrasferixxi d-data personali tiegħek abbażi ta’ deċiżjoni ta’ adegwatezza tal-Kummissjoni Ewropea għall-Iżvizzera1.

Għall-utenti tan-network tal-EURES (persunal tal-EURES):

Il-kontrollur se jittrasferixxi d-data personali tiegħek lill-partijiet ikkonċernati rilevanti fl-Iżlanda, fil-Liechtenstein, fin-Norveġja u fl-Iżvizzera.

L-informazzjoni li niġbru mhux se tingħata lil xi parti terza, ħlief sal-punt u l-iskop li nistgħu nkunu meħtieġa nagħmlu dan bil-liġi.

8. X’inhuma d-drittijiet tiegħek u kif tista’ teżerċitahom?

Inti għandek drittijiet speċifiċi bħala “suġġett tad-data” skont il-Kapitolu III (l-Artikoli 14-25) tar-Regolament (UE) 2018/1725, b’mod partikolari d-dritt ta’ aċċess għad-dataa personali tiegħek u r-rettifika tagħha f’każ li d-data personali tiegħek ma tkunx preċiża jew ma tkunx kompluta. Fejn applikabbli, għandek id-dritt li tħassar id-data personali tiegħek, li tillimita l-ipproċessar tad-data ​​​​​​​personali tiegħek, li toġġezzjona għall-ipproċessar, u d-dritt għall-portabbiltà tad-data.

Għall-utenti tan-network tal-EURES (persunal tal-EURES):

Għandek id-dritt li toġġezzjona għall-ipproċessar tad-data personali tiegħek, li jitwettaq legalment skont l-Artikolu 5(1)(a) għal raġunijiet relatati mas-sitwazzjoni partikolari tiegħek.

Għal dawk li qed ifittxu impjieg u għall-impjegaturi tad-data:

Inti tajt il-kunsens tiegħek biex tipprovdi d-data ​​​​​​​personali tiegħek lill-Unità tal-Informazzjoni u tal-EURES għal din l-operazzjoni ta’ pproċessar. Tista’ tirtira l-kunsens tiegħek fi kwalunkwe ħin billi tinnotifika lill-Kontrollur tad-Data. L-irtirar mhux se jaffettwa l-legalità tal-ipproċessar imwettaq qabel ma int tkun irtirajt il-kunsens.

Inti tista’ teżerċita d-drittijiet tiegħek billi tikkuntattja lill-Kontrollur tad-Data, jew f’każ ta’ kunflitt lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data. Jekk ikun meħtieġ, tista’ tindirizza wkoll lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. L-informazzjoni ta’ kuntatt tagħhom hi mogħtija taħt l-Intestatura 9 hawn taħt.

Jekk tixtieq teżerċita d-drittijiet tiegħek fil-kuntest ta’ operazzjoni tal-ipproċessar speċifika waħda jew aktar, jekk jogħġbok fit-talba tiegħek ipprovdi d-deskrizzjoni tagħhom (jiġifieri r-referenza/i tar-Reġistrazzjoni tagħhom kif speċifikat taħt l-Intestatura 10 hawn taħt).

9. Informazzjoni ta’ Kuntatt

Il-Kontrollur tad-Data

Jekk tixtieq teżerċita d-drittijiet tiegħek skont ir-Regolament (UE) 2018/1725, jew jekk għandek kummenti, mistoqsijiet jew tħassib, jew jekk tixtieq tissottometti lment dwar il-ġbir u l-użu tad-data personali tiegħek, jekk jogħġbok tiddejjaqx tikkuntattja lill-Kontrollur tad-Data: euresatela [dot] europa [dot] eu (eures[at]ela[dot]europa[dot]eu) .

L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data (UPD) tal-ELA

Tista’ tikkuntattja lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data (data-protectionatela [dot] europa [dot] eu (data-protection[at]ela[dot]europa[dot]eu)) fir-rigward ta’ kwistjonijiet relatati mal-ipproċessar tad-data personali tiegħek skont ir-Regolament (UE) 2018/1725.

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (EDPS)

Inti għandek id-dritt tirrikorri (jiġifieri tista’ tressaq ilment) għand il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (edpsatedps [dot] europa [dot] eu (edps[at]edps[dot]europa[dot]eu)) jekk tqis li nkisru d-drittijiet tiegħek skont ir-Regolament (UE) 2018/1725 b’riżultat tal-ipproċessar tad-data personali tiegħek mill-Kontrollur tad-Data.

10. Fejn tista’ ssib informazzjoni aktar iddettaljata?

L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data (UPD) tal-ELA jippubblika r-reġistru tal-operazzjonijiet kollha tal-ipproċessar tad-data personali mill-ELA, li jkunu ġew iddokumentati u nnotifikati lilu. Tista’ taċċessa r-reġistru permezz tal-link li ġejja: https://www.ela.europa.eu/en/privacy-policy

Din l-operazzjoni speċifika tal-ipproċessar ġiet inkluża fir-reġistru pubbliku tal-UPD bir-referenza ta’ Reġistrazzjoni li ġejja: DPR-ELA-2022- 0009 Network Ewropew tas-Servizzi tal-Impjiegi (EURES) għall-persuni li qed ifittxu impjieg u l-impjegaturi u r-Reġistrazzjoni DPR-ELA-2022-0044 Network Ewropew tas-Servizzi tal-Impjiegi (EURES) għall-Persunal tal-EURES.

Noti f'qiegħ il-paġna

1 2000/518/KE: Id-Decizjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Lulju 2000 skont id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni adegwata ta’ dataa personali pprovduta fl-Iżvizzera