Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet1 Marzu 2018L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni2 min qari

Kumpanija Daniża li tirrekluta s-suċċess permezz tal-EURES

Blue Ocean Robotics hija mexxejja globali fl-industrija tar-robotika. Hija toħloq robots li jtejbu l-kwalità tal-ħajja, l-ambjenti tax-xogħol u l-produttività tal-bnedmin.

Danish company recruiting success with EURES
EURES

Il-kumpanija tal-awtomatizzazzjoni hija bbażata f'Odense, fid-Danimarka, żona li għandha madwar 3,000 post tax-xogħol disponibbli fl-industrija tar-robotika, madankollu jiggradwaw biss 50 inġinier tar-robotika mill-università lokali.

B'din id-diskrepanza wiesgħa fil-ħiliet, sabiex tissodisfa l-ħtiġijiet tar-reklutaġġ tagħha, il-kumpanija trid tfittex f'postijiet oħra biex issib l-aqwa inġiniera. Sabiex toffri appoġġ f'dan il-proċess, Blue Ocean Robotics talbet l-għajnuna tal-Konsulenti tal-EURES f'Workindenmark.

Il-Konsulenti tal-EURES ġew f'kuntatt għall-ewwel darba mal-kumpanija fl-2014, meta kienu qegħdin jikkomunikaw ma' impjegaturi fir-reġjun sabiex jinfurmawhom dwar il-firxa wiesgħa ta' servizzi disponibbli permezz tal-EURES.

Minn dakinhar, Blue Ocean Robotics gawdiet minn sħubija kollaborattiva mill-qrib, u rċeviet l-għajnuna biex tikseb persunal xieraq minn madwar l-UE. Issa hija tgawdi forza tax-xogħol multinazzjonali, li fiha hemm irrappreżentati 16-il nazzjonalità differenti.

Filwaqt li tkellmu mal-EURES dwar ix-xogħol tagħhom, Rikke Voldsgaard Risager, il-Viċi-President tar-Riżorsi Umani u tas-Servizzi Interni f'Blue Ocean Robotics, tgħid "huma persuni professjonali ħafna u b'ħiliet tajbin, b'fehim fantastiku ta' kif jagħtu servizz mill-aqwa lill-kumpaniji".

Hija żżid: "Fid-Danimarka, dawn jiġu qishom bħala pakkett, biex niftiehmu."  "Huma jgħinu biex l-impjegat il-ġdid jiġi reklutat, jintlaqa' u jintegra ruħu. Jien nirrakkomandahom bil-kbir lill-impjegati l-oħra."

Skont il-Konsulent tal-EURES Sven Michael, "il-qofol għal relazzjoni tajba ma' impegati bħal Blue Ocean Robotics huwa, mingħajr dubju, li żżomm djalogu miftuħ u onest mal-impjegaturi dwar l-isfidi tar-reklutaġġ u l-ħtiġijiet tal-impjiegi tagħhom."

 Huwa żied: "[Il-qofol huwa li] Issir ukoll komunikazzjoni sempliċi dwar l-informazzjoni u s-servizzi li aħna/l-EURES toffri - għalhekk iż-żewġ partijiet għandhom fehim u stennija ċari u reċiproċi għall-kooperazzjoni."

Jekk tixtieq tkun taf aktar dwar is-servizzi li jingħataw lill-impjegaturi, u kif l-EURES tista' tgħinek issib il-persuni x-xierqa bil-ħiliet it-tajbin, ikkuntattja lill-Konsulent tal-EURES lokali tiegħek illum.

 

Links relatati:

Blue Ocean Robotics

Workindenmark

 

Aqra aktar:

Jiem l-Impjiegi Ewropej

Drop’pin@EURES

Sib Konsulent tal-EURES

Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi ta’ Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

Temi
  • Negozju/Intraprenditorija
  • L-aħjar prattika tal-EURES
  • Aħbarijiet esterni tal-EURES
  • Partijiet interessati esterni
  • Aħbarijiet interni tal-EURES
  • Aħbarijiet/rapporti/statistika
  • Stejjer ta' suċċess
Sezzjoni(jiet) relatati
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.