
Fi żmien meta l-COVID-19 qed jaffettwa l-UE kollha kemm hi, il-Kummissjoni Ewropea qed tikkoordina rispons Ewropew komuni għat-tifqigħa tal-COVID-19 biex issaħħaħ is-setturi tas-saħħa pubblika tagħna u ttaffi l-impatt soċjoekonomiku fl-UE. Qed nimmobilizzaw il-mezzi kollha għad-dispożizzjoni tagħna biex ngħinu lill-Istati Membri tal-UE jikkoordinaw ir-rispons nazzjonali tagħhom. Mur hawnhekk għall-aħħar aħbarijiet dwar il-COVID-19 mill-Kummissjoni.
Qed jittieħdu miżuri b'saħħithom biex jillimitaw il-firxa. Il-Kummissjoni konxja mill-impatt li l-għeluq tal-fruntieri qed ikollu fuq il-moviment liberu tal-ħaddiema, u b’mod partikolari, dawk li jivvjaġġaw regolarment lejn Stat Membru ieħor għax-xogħol. Din hija r-raġuni għalfejn il-Kummissjoni ħarġet parir prattiku ġdid biex tiżgura li l-ħaddiema mobbli fi ħdan l-UE, b’mod partikolari dwar f’okkupazzjonijiet kritiċi biex jiġġieldu l-pandemija tal-coronavirus, ikunu jistgħu jmorru fil-post tax-xogħol tagħhom. Tista’ ssib aktar informazzjoni hawnhekk.
Nittamaw li tibqgħu sikuri u f'saħħitkom.
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 8 April 2020
- Awturi
- L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol | Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
- Sezzjoni(jiet) relatati
- Għajnuna u appoġġL-Għajxien u x-Xogħol