Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet13 Diċembru 2017L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni

Mexxi kollox int: żieda fl-impjieg indipendenti

Għadd dejjem jikber ta' persuni qed iwarrbu r-relazzjoni tradizzjonali ta' bejn l-impjegatur u l-impjegat favur xogħol b'kuntratt ma' varjetà ta' klijenti.

Rapport ġdid mill-Eurostat, l-aġenzija tal-istatistika tal-Unjoni Ewropea, juri li fl-2016, 30.6 miljun persuna li għandhom bejn 15 u 64 sena fl-UE kienu jaħdmu għal rashom, f'xogħlijiet li jvarjaw minn tiswija tal-vetturi bil-mutur għall-forestrija.

Fl-2016, il-persuni li jaħdmu għal rashom ammontaw għal 14 % tal-impjiegi totali f'daqqa. Din hija żieda żgħira mill-bidu tal-2015, meta n-numru kien 30.3 miljuni. Fost dawk li għandhom inqas minn 25 sena, kien hemm żieda fl-istess perjodu minn 77,300 għal 90,000.

Fl-2016, tnejn minn kull tliet persuni li jaħdmu għal rashom kienu rġiel (67 %), aktar minn nofs (55 %) kellhom 45 sena jew aktar, madwar terz (35 %) kienu temmew l-edukazzjoni terzjarja, u sebgħa minn kull għaxra (71 %) kienu sidien awtonomi, jiġifieri ma jimpjegaw lil ħadd aktar.

L-ogħla proporzjon ta' impjieg indipendenti jinsab fil-Greċja, fejn kważi wieħed minn kull tliet persuni li jaħdmu jmexxu kollox huma. Fl-Italja, iċ-ċifra hija ta' wieħed minn kull ħamsa (21 %), bil-proporzjon fil-Polonja jammonta għal 18 %. Mill-Istati Membri fejn l-impjieg indipendenti huwa inqas popolari, iċ-ċifri tal-Eurostat juru li d-Danimarka għandha l-inqas popolarità bi 8 % biss, filwaqt li l-Ġermanja, l-Estonja, il-Lussemburgu u l-Iżvezja lkoll għandhom 9 %. Il-medja tal-UE hija 14 %.

Jekk inħarsu lejn iċ-ċifri skont is-settur, il-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut u t-tiswija tal-vetturi b'mutur ammontaw għal 4.8 miljun persuna, jew 16 % tal-persuni kollha li jaħdmu għal rashom fl-UE fl-2016. It-tieni l-aktar settur popolari kien l-agrikoltura, il-forestrija u s-sajd, b'4.4 miljuni, jew 14 %, filwaqt li l-bini (3.9 miljuni, 13 %) u l-attivitajiet professjonali, xjentifiċi u tekniċi (3.7 miljuni, 12 %) kienu popolari wkoll mal-ħaddiema freelance.

F'xi pajjiżi, l-EURES jista' jgħin biex jgħaqqad lill-persuni li jaħdmu għal rashom minn kull pajjiż fl-UE, ma’ impjegaturi li jkunu qed ifittxu firxa ta’ ħiliet u talenti! Hanna-Maria, kantanta tal-opri freelance minn Malmö, fin-nofsinhar tal-Iżvezja, kellha esperjenza personali ta’ dan. Meta ddeċidiet li kellha bżonn sfida ġdida ma ħlietx ħin biex tfittex l-għajnuna mill-Konsulent lokali tagħha tal-EURES biex tieħu sehem f'udjenza bi prova f'Ħamburg bl-għajnuna ta' ZAV. Minn dakinhar, baqgħet miexja 'l quddiem.

"Għandi impressjoni pożittiva ħafna tal-esperjenza tiegħi tal-EURES. Tkellimt ma' kollegi oħra li huma wkoll kantanti tal-opri freelance u li kellhom esperjenzi tajbin mal-EURES. Verament nixtieq insib opportunità fil-Ġermanja. Hemm ħafna aktar teatri tal-opri hemmhekk milli fl-Iżvezja, u tabilħaqq f'ħafna aktar pajjiżi Ewropej."

Hanna-Maria studjat il-Ġermaniż għal tliet snin sabiex tkun tista' titkellem xi ftit, u li kieku kellha tmur tgħix hemmhekk probabbilment tagħmel progress malajr. M'hemmx dubju li hi tista' tkanta diġà bil-Ġermaniż u tgawdi tassew mill-għajnuna lokali u dik esperta fis-settur, li tirċievi bħala professjonista li taħdem għal rasha!.

 

Links relatati:

Inħarsu lejn dawk li jaħdmu għal rashom fl-UE - Rapport tal-Eurostat

Jaħdmu għal rashom

 

Aqra aktar:

Jiem l-Impjiegi Ewropej

Drop’pin@EURES

Sib Konsulent tal-EURES

Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi ta᾽ Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

L-EURES fuq Google+

Temi
Negozju/IntraprenditorijaAħbarijiet dwar is-suq tax-xogħol/aħbarijiet dwar il-mobilitàAħbarijiet/rapporti/statistikaŻgħażagħ
Sezzjoni(jiet) relatati
L-Għajxien u x-Xogħol
Settur
Accomodation and food service activitiesActivities of extraterritorial organisations and bodiesActivities of households as employers, undifferentiated goods- and servicesAdministrative and support service activitiesAgriculture, forestry and fishingArts, entertainment and recreationConstructionEducationElectricity, gas, steam and air conditioning supplyFinancial and insurance activitiesHuman health and social work activitiesInformation and communicationManufacturingMining and quarryingOther service activitiesProfessional, scientific and technical activitiesPublic administration and defence; compulsory social securityReal estate activitiesTransportation and storageWater supply, sewerage, waste management and remediation activitiesWholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.