Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet13 Settembru 2018L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni

Kun il-kap tiegħek innifsek: L-intraprenditorija u l-UE

Wieħed mill-modi kif il-Kummissjoni Ewropea tissielet kontra l-qgħad huwa billi tappoġġa lill-imprendituri u lil dawk li jaħdmu għal rashom. Dan huwa kif.

Be your own boss: Entrepreneurship and the EU
Shutterstock

Il-kriżi fl-Ewropa enfasizzat l-importanza ta’ impjiegi indipendenti bħala opportunità għal dawk mingħajr xogħol. Dan japplika l-aktar fl-Istati Membri tal-UE li kienu l-iktar affettwati mill-kriżi ekonomika u fejn hemm nuqqas ta’ impjiegi tradizzjonali. Negozju ġdid jista’ joħloq impjiegi għal oħrajn, iwassal għal ħiliet ġodda, u jista' saħansitra jagħti lin-nies qiegħda u vulnerabbli ċ-ċans li jikkontribwixxu għas-soċjetà u għall-ekonomija. B’kunsiderazzjoni ta’ dan, l-istrateġija ta’ appoġġ tal-Kummissjoni Ewropea għall-intraprenditorija u l-impjieg indipendenti għandha tliet punti fokali.

Negozji ġodda mibdija minn dawk qiegħda u persuni minn gruppi żvantaġġati

Ħafna nies jiddeċiedu li jibdew negozju ġdid wara li jisfaw qiegħda għal żmien twil. Imbagħad hemm ukoll il-gruppi vulnerabbli, bħaż-żgħażagħ, in-nisa, l-anzjani, il-migranti jew persuni b'diżabilità, li jiffaċċjaw bosta ostakli differenti meta jippruvaw jibdew il-kumpanija tagħhom stess jew iżommuha taħdem. Il-Kummissjoni tipprovdi appoġġ f'dawn is-sitwazzjonijiet f'diversi modi.

Ladarba l-għarfien huwa setgħa, il-Kummissjoni ngħaqdet mal-OECD biex iżżid l-għarfien u t-tagħlim dwar l-intraprenditorija. L-inizjattivi tagħhom jinkludu sommarji tad-dokumenti ta’ politika u pubblikazzjonijiet bħal pereżempju s-Serje ‘Missing Entrepreneurs’. Dawn ir-rapporti ppubblikati jeżaminaw kif il-politiki pubbliċi jistgħu joħolqu l-impjiegi billi jiġu eliminati l-ostakoli li jiffaċċjaw persuni minn gruppi żvantaġġati meta jippruvaw jibdew negozju ġdid. Kull edizzjoni tinkludi wkoll studji tal-każ ta' programmi pubbliċi li jappoġġjaw il-ħolqien tan-negozju f'diversi Stati Membri.

Is-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegital-UE f’kull Stat Membru jipprovdu aktar appoġġ dirett għal negoji ġodda, bħal għajnuna finanzjarja, mentoraġġ u taħriġ. Miżuri riċenti jinkludu:

  • konsulenti biex jgħinu lil dawk li qegħdin ifittxu x-xogħol li jixtiequ jaħdmu għal rashom;
  • sussidji għal nisa li qabel kienu qiegħda li bdew in-negozju tagħhom stess;
  • taħriġ għal negozju ġdid u assistenza għal anzjani;
  • assistenza finanzjarja għal imprendituri żgħażagħ.

L-inizjattiva Negozju ġdid u Negozju li qed jespandi hija strateġija ġdida tal-UE, li għandha l-għan li ttejjeb il-kundizzjonijiet biex negozji ġodda jikbru, jinħolqu aktar impjiegi u tagħmel l-UE aktar kompetittiva.

Intrapriżi soċjali

Intrapriżi soċjali huma negozji li l-għan ewlieni tagħhom mhuwiex li jagħmlu qligħ, iżda li jgħinu lis-soċjetà. Kumpaniji ta’ riċiklaġġ, negozji li jipprovdu servizzi lill-anzjani u kumpaniji tal-gazzetti li jħaddmu nies bla dar biex ibiegħu l-gazzetti tagħhom huma biss tliet eżempji ta' intrapriża soċjali.

L-akbar problema li jiffaċċjaw dawn it-tip ta’ negozji hija l-aċċess għal finanzjament. Biex tgħinhom, il-Kummissjoni tipprovdi fondi permezz ta’ diversi programmi, bħall-Programm tal-UE għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali u l-Fond Ewropew għal Strument ta’ Ekwità għall-Investimenti Strateġiċi.

Mikrointrapriżi

Il-mikrointrapriżi huma negozji żgħar li jimpjegaw sa massimu ta’ disa’ persuni u li għandhom fatturat annwali jew karta tal-bilanċ ta' inqas minn EUR 2 miljuni. Il-maġġoranza l-kbira tan-negozji Ewropej huma mikrointrapriżi, u għalhekk huma għandhom rwol importanti fil-pjan tal-Kummissjoni biex tiġġieled kontra l-qgħad.

Bħall-intrapriżi soċjali, dawn in-negozji ż-żgħar ġeneralment m'għandhomx aċċess għal self kummerċjali tradizzjonali. Madankollu, jistgħu jibbenefikaw minn għadd ta’ opportunitajiet ta' mikrofinanzjament, bħal mikrokrediti, li huma self sa EUR 25 000. L-UE għalhekk tipprovdi appoġġ permezz tal-Programm tal-UE għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali u l-Fond Soċjali Ewropew.

 

Links relatati:

Serje ‘Missing Entrepreneurs’

Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi

Negozju ġdid u Negozju li qed jespandi

Il-Programm tal-UE għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali

Il-Fond Ewropew għal Strument ta’ Ekwità għall-Investimenti Strateġiċi

Il-Fond Soċjali Ewropew

 

Aqra aktar:

Jiem l-Impjiegi Ewropej

Drop’pin@EURES

Sib Persunal tal-EURES

Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

Temi
Negozju/IntraprenditorijaPartijiet interessati esterniŻgħażagħ
Sezzjoni(jiet) relatati
Għajnuna u appoġġL-Għajxien u x-Xogħol
Settur
Accomodation and food service activitiesActivities of extraterritorial organisations and bodiesActivities of households as employers, undifferentiated goods- and servicesAdministrative and support service activitiesAgriculture, forestry and fishingArts, entertainment and recreationConstructionEducationElectricity, gas, steam and air conditioning supplyFinancial and insurance activitiesHuman health and social work activitiesInformation and communicationManufacturingMining and quarryingOther service activitiesProfessional, scientific and technical activitiesPublic administration and defence; compulsory social securityReal estate activitiesTransportation and storageWater supply, sewerage, waste management and remediation activitiesWholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.