Skip to main content
EURES
Artiklu tal-aħbarijiet11 Novembru 2022L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni

Inti imprenditur żagħżugħ? Dawn id-drawwiet jgħinuk ikollok aktar suċċess

Idea tajba ta’ negozju tista’ ddaħlek fid-dinja tal-intraprenditorija, iżda rutina robusta ta’ kuljum tista’ żżommok fit-triq lejn is-suċċess. Jekk inti imprenditur żagħżugħ, iċċekkja dawn is-suġġerimenti biex jgħinuk tikseb l-għanijiet tiegħek.

Are you a young entrepreneur? These habits will help you be more successful

Ippjana l-ħin tiegħek b’mod għaqli

Waħda mill-ewwel affarijiet li żgur tgħallimt dwar li tkun imprenditur hija li ż-żmien ifisser flus. Aktar ma tagħmel użu aħjar minn ħinek, aktar se tiffranka flus. Għalhekk huwa importanti li tqatta’ ħinek b’mod għaqli. Kun ċert li dejjem ikollok pjan għall-għada u ibda dejjem bil-kompitu l-aktar diffiċli jew l-aktar urġenti fuq il-lista ta’ xogħol li għandek tagħmel. B’dak il-mod jekk tiġri xi ħaġa mhux mistennija aktar tard dakinhar, inti tkun lestejt il-kompiti l-aktar urġenti tiegħek. Hekk kif il-jum jibqa’ għaddej, l-enerġija tiegħek se tonqos, u għalhekk jekk tħalli l-kompiti l-aktar faċli għall-aħħar dan se jgħinek tottimizza l-ħin tiegħek.

Żomm kont tal-infiq u l-qligħ tiegħek

Żomm kont ta’ kuljum tal-infiq u l-introjtu tan-negozju tiegħek. Kun żgur li żżomm kont ta’ kollox (eż. kontijiet tal-utilitajiet). Dan se jagħtik stampa aħjar tal-kapital attwali tiegħek u se jgħinek tippjana investimenti futuri. Sib modi kif tagħmel bidliet kbar fin-negozju tiegħek b’investiment minimu. Pereżempju, software sempliċi jista’ jgħin biex tiġi ssimplifikata l-esperjenza tal-klijenti tiegħek man-negozju tiegħek jew jgħin lill-impjegati tiegħek jagħmlu xogħolhom aħjar. L-investimenti tiegħek għandhom jgħinu lilek u lill-persunal tiegħek biex taħdmu b’mod intelliġenti, mhux diffiċli, sabiex jinkisbu l-aħjar riżultati.

Aħseb fit-tul

Ħafna imprendituri li m’għandhomx sabar huma ħerqana li jaraw riżultati kbar u jaqilgħu flus malajr. Ftakar li ftit li xejn negozji li jibdew b’suċċess kbir jirnexxilhom iżommu dak ir-ritmu u jkomplu jiffunzjonaw fit-tul. Jekk tixtieq tibni negozju affidabbli, kun lest għal progress bil-mod, speċjalment fl-istadju inizjali. Stabbilixxi miri realistiċi fuq terminu medju u twil, u ssorvelja l-progress tiegħek lejhom. Ftit eżempji ta’ negozji ġodda żgħar li ħadu ż-żmien qabel ma rnexxew jinkludu Spotify, Shutterstock u WhatsApp.

Kompli aqra u ibqa’ aġġornat

Kun ċert li tiddedika ħin kuljum għall-qari. Il-qari se jistimula moħħok u jgħinek għal ftit ħin milli taħseb dwar ix-xogħol. Il-fatt li n-negozju tiegħek sejjer tajjeb ħafna, ma jfissirx li se jibqa’ hekk. Jista’ jinqala’ xi ħadd ieħor li jagħmel dak li tagħmel inti b’mod aħjar u orħos. Għalhekk huwa importanti li tibqa’ aġġornat mal-aħħar żviluppi fis-settur tiegħek biex tiżgura li n-negozju tiegħek ikun kompetittiv. Hemm ħafna modi kif tibqa’ aġġornat − minn letteratura u siti web rilevanti għal podcasts speċifiċi għas-settur.Jekk ta’ spiss tkun sejjer minn post għal ieħor, tista’ tipprova tisma’ ktieb awdjo, pereżempju fuq Storytel jew Audible.

Ġisem b’saħħtu, moħħ b’saħħtu

In-negozju tiegħek huwa riflessjoni tal-istat fiżiku u mentali tiegħek. Huwa għalhekk li hemm bżonn tkun ċert li tieħu ħsieb ġismek u moħħok. Evita ikel mhux tajjeb għas-saħħa u kun ċert li jkollok dieta bilanċjata li tagħtik il-vitamini u l-minerali kollha meħtieġa għall-ġurnata. Naqqas il-konsum tal-alkoħol f’limiti raġonevoli u meta jkollok xi kompiti importanti x’tagħmel ipprova evita li tixrob il-lejl ta’ qabel. It-twettiq ta’ eżerċizzji ta’ kuljum (eż. yoga, ġiri) iżid l-ammont ta’ fluss tad-demm għal moħħok u ġismek. Bħala imprenditur, jista’ jkollok it-tentazzjoni li taħseb dwar ix-xogħol il-ħin kollu, iżda li tkun tista’ tieqaf taħseb dwaru huwa essenzjali għas-saħħa mentali tiegħek. Mod tajjeb kif tagħmel dan huwa li timmedita, tisma’ l-mużika jew tagħmel kompitu kreattiv li ma jirrigwardax ix-xogħol tiegħek, bħat-tpinġija jew il-ġardinaġġ. Hemm ħafna apps għall-meditazzjoni li jistgħu jgħinuk tibda din id-drawwa. Eżempju wieħed hu Petit BamBou, li toffri sessjonijiet ta’ medjazzjoni bl-Ingliż, bl-Ispanjol, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bit-Taljan u bl-Olandiż.

Agħmel l-aħjar użu mill-EURES

Kemm jekk qed tfittex li timpjega persunal ġdid kif ukoll interns ġodda, l-EURES huwa l-aħjar mod biex issib rekluti ġodda li jissodisfaw ir-rekwiżiti tiegħek. Sib Konsulent tal-EURES  fir-reġjun tiegħek jew ikkuntattja l-Konsulent lokali tal-EURES tiegħek permezz ta’ chat biex tkun taf kif l-EURES jista’ jgħin lin-negozju tiegħek.

Fi sħubija mal-EURES, il-Portal Ewropew dwar il-Mobilità fix-Xogħol.

 

Links relatati:

Audible

L-aqwa 10 Podcasts dwar l-Intraprenditorija l-Aktar Rakkomandati

Agħmel Chat ma’ Konsulenti tal-EURES

Petit BamBou

Tiftix għal Konsulenti tal-EURES

Storytel

 

Aqra aktar:

Il-Jiem tal-Impjiegi Ewropej

Sib Konsulenti tal-EURES

Kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi ta’ Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

Temi
Negozju/IntraprenditorijaIdeat u SuġġerimentiŻgħażagħ
Sezzjoni(jiet) relatati
Għajnuna u appoġġIdeat u Suġġerimenti
Settur
Accomodation and food service activitiesActivities of extraterritorial organisations and bodiesActivities of households as employers, undifferentiated goods- and servicesAdministrative and support service activitiesAgriculture, forestry and fishingArts, entertainment and recreationConstructionEducationElectricity, gas, steam and air conditioning supplyFinancial and insurance activitiesHuman health and social work activitiesInformation and communicationManufacturingMining and quarryingOther service activitiesProfessional, scientific and technical activitiesPublic administration and defence; compulsory social securityReal estate activitiesTransportation and storageWater supply, sewerage, waste management and remediation activitiesWholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.