Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet26 Lulju 2017L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni2 min qari

Għandek 35 sena jew aktar? M'intix impjegat/a? Agħti xprunatura lill-karriera tiegħek b'għajnuna minn Reactivate

Li taħdem barra minn pajjiżek mhijiex xi ħaġa biss li tagħmel meta tiddeċiedi li tieqaf għal xi sena mill-istudju jew għal meta tkun għadek kif ggradwajt. L-iskema tal-mobilità fix-xogħol tal-UE "Reactivate" timmira li tappoġġja ħaddiema aktar kbar fl-età li jkunu qed ifittxu li jespandu l-orizzonti tagħhom.

Are you 35 or older? Unemployed? Give your career a boost with support from Reactivate
EURES

Reactivate hija mmirata lejn nies li jkunu qed ifittxu xogħol li mhumiex impjegati jew ilhom ħafna mhux impjegati, iżda hija miftuħa wkoll għal nies li jkunu qed ifittxu bidla fil-karriera f'pajjiż ġdid, irrispettivament mil-livelli ta' edukazzjoni tagħhom jew esperjenzi ta' xogħol preċedenti tagħhom.

L-iskema hija estensjoni tal-programm L-ewwel impjieg EURES tiegħek, l-iskema ta' mobilità fix-xogħol intra-UE għal nies ta' bejn it-18 u l-35 sena u impjegaturi. Minflok tiffoka fuq ħaddiema żgħażagħ, Reactivate hija mmirata għal dawk ta' 35 sena u aktar li huma lesti li jiċċaqilqu għal Stat Membru tal-UE ieħor għal opportunità ta' xogħol, taħriġ jew apprendistat.

L-iskema toffri appoġġ imfassal apposta matul il-proċess ta' reklutaġġ u tqabbil kollu, inkluż appoġġ finanzjarju sabiex persuna tkun tista' tkampa ma' spejjeż imġarrba minħabba taħriġ fil-lingwa, rikonoxximent ta' kwalifiki jew spejjeż involuti biex tmur tgħix barra mill-pajjiż, inkluż ir-rilokazzjoni tal-familja.

Minbarra individwi, Reactivate tista' tgħin ukoll lill-impjegaturi, partikolarment intraprendituri li jmexxu intrapriżi żgħar u medji. Dawn jistgħu jiksbu għajnuna sabiex isibu ħaddiema minn pajjiżi oħra biex jimlew postijiet tax-xogħol vakanti li huma diffiċli biex jimtlew, u jistgħu jikkuntattjaw lis-servizzi ta' Reactivate għal għajnuna għall-immaniġġjar ta' offerti ta' xogħol u għat-tqabbil tal-postijiet vakanti tagħhom ma' kandidati mill-UE. Hemm ukoll għajnuna finanzjarja disponibbli għal SMEs li jkunu qed jippreparaw programmi ta' induzzjoni għall-ħaddiema reklutati ġodda tagħhom.

Interessat/a? Sabiex tara jekk int jew il-kumpanija tiegħek intomx eleġibbli sabiex tibbenefikaw mis-servizzi ta' impjieg u l-attivitajiet ta' appoġġ ta' Reactivate kif ukoll għad-dettalji ta' kuntatt, kulma għandek tagħmel hu li tmur fuq eures.europa.eu u ssegwi l-link ta' Reactivate li tinsab fuq in-naħa tal-lemin tal-paġna prinċipali.

L-iskema hija miftuħa għal dawk li qed ifittxu xogħol u għall-impjegaturi tal-Istati Membri kollha tal-UE.  Servizzi diretti jistgħu ma jkunux disponibbli fil-pajjiżi tal-UE kollha, iżda s-servizzi tal-impjiegi ta' Reactivate jistgħu jgħinu lil dawk li qed ifittxu xogħol u lill-impjegaturi minn kwalunkwe Stat Membru tal-UE.

Billi ssir konnessjoni bejn dawk li qed ifittxu xogħol ma' impjegaturi - u impjegaturi ma' dawk li qed ifittxu xogħol - madwar l-UE, Reactivate tista' tgħinek issib l-opportunità ta' xogħol li kont qed tfittex, kif ukoll issaħħaħ il-kompetittività ta' negozji tal-UE.

 

Links relatati:

Reactivate

L-Ewwel Impjieg EURES Tiegħek

Reactivate - Skema ta' Mobilità Mmirata (fuljett)

Reactivate - Skema ta' Mobilità Mmirata (gwida)

 

Aqra aktar:

Sib Konsulent tal-EURES

Kundizzjonijiet ta' għajxien u xogħol fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi ta᾿ Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avveniment Online li jmiss

EURES fuq Facebook

EURES fuq Twitter

EURES fuq LinkedIn

EURES fuq Google+

Temi
  • Negozju/Intraprenditorija
  • Ideat u Suġġerimenti
  • Xejriet ta' reklutaġġ
  • Żgħażagħ
Sezzjoni(jiet) relatati
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.