Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet24 April 2017L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni

Dak kollu dwar Erasmus+

Erasmus+ huwa l-programm għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport tal-Kummissjoni Ewropea. Erasmus+ ilu sa mill-2014 jgħin lil eluf taʼ żgħażagħ u organizzazzjonijiet sabiex iwessgħu l-orizzonti tagħhom barra l-pajjiż, jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom (iż-żgħażagħ) u jagħtu spinta lill-bażi tal-ħiliet tal-persunal tagħhom (l-organizzazzjonijiet).Fl-artiklu li ġej ser inħarsu lejn xi wħud mill-opportunitajiet li Erasmus+ jistaʼ joffri liż-żgħażagħ u lill-organizzazzjonijiet fuq Dropʼpin@EURES.

All about Erasmus+
Shutterstock

Żgħażagħ

L-opportunitajiet għaż-żgħażagħ taʼ Erasmus+ (minn 13 sa 30 sena) huma mfasslin biex jgħinuhom jiżviluppaw ħiliet ġodda, jiskopru kulturi ġodda, jitgħallmu lingwi ġodda u jiksbu esperjenza siewja fʼqasam li jinterassahom.

L-iskambji taż-żgħażagħ jinvolvu lil żgħażagħ minn pajjiż wieħed tal-UE jew aktar li jipparteċipaw fi programm taʼ ħidma konġunta, filwaqt li l-opportunitajiet taʼ volontarjat barra l-pajjiż huma disponibbli permezz tas-Servizz Volontarju Ewropew (EVS).

Studenti

L-istudenti jistgħu jistudjaw barra l-pajjiż permezz taʼ Erasmus+, fejn jingħataw spinta l-komunikazzjoni, il-lingwa u l-ħiliet interkulturali tagħhom fʼambjent ġdid eċitanti. Dawn il-perjodi taʼ studju jistgħu jvarjaw minn 3 xhur sa 12-il xahar u huma disponibbli għal studenti fil-livell taʼ kaddidat taʼ Baċellerat, Master u Dottorat.

Opportunitajiet għall-studenti oħrajn jinkludu traineeships barra l-pajjiż, li jkopru attivitajiet bħal esperjenzi taʼ xogħol u apprendistati. Filwaqt li huma miftuħin kemm għal studenti attwali kif ukoll għal gradwati ġodda, dawn it-traineeships jistgħu jdumu minn xahrejn sa 12-il xahar u jippermettu li ż-żgħażagħ javvanzaw il-ħiliet tagħhom filwaqt li jesperjenzaw ukoll kulturi differenti.

Organizzazzjonijiet

Erasmus+ joffri firxa taʼ opportunitajiet għall-organizzazzjonijiet fl-oqsma tal-edukazzjoni, tat-taħriġ, taż-żgħażagħ u tal-isport. L-organizzazzjonijiet li joffru l-edukazzjoni għolja  jistgħu jibagħtu lill-persunal tagħhom għat-taħriġ jew biex jgħallmu barra l-pajjiż. It-tagħlim u t-taħriġ huma disponibbli wkoll għall-persunal tal-ETV (edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali), il-persunal tal-edukazzjoni fl-iskejjel, il-persunal tal-edukazzjoni għall-adulti u l-ħaddiema żgħażagħ.

Il-finanzjament huwa disponibbli għal proġetti innovattivi mfasslin għat-titjib tal-prattiki, fil-forma taʼ sħubijiet strateġiċi, Alleanzi tal-Għarfien u Alleanzi tal-Ħiliet Settorjali. Il-proġetti għall-bini taʼ kapaċità jappoġġaw il-modernizzazzjoni tal-edukazzjoni għolja u l-iżvilupp tax-xogħol taż-żgħażagħ u t-tagħlim mhux formali. 

Sir af aktar

Aktar informazzjoni dwar il-programm Erasmus+ u xʼjoffri kemm liż-żgħażagħ kif ukoll lill-organizzazzjonijiet tinstab fuq is-sit web tal-programm.

 

Links relatati:

opportunitajiet għaż-żgħażagħ

Opportunitajiet għall-studenti

opportunitajiet għall-organizzazzjonijiet

 

Aqra aktar:

Jiem l-Impjiegi Ewropej

Drop’pin@EURES

Sib Konsulent tal-EURES

Kundizzjonijiet ta' għajxien u xogħol fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi ta' Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avveniment Online li jmiss

EURES fuq Facebook

EURES fuq Twitter

EURES fuq LinkedIn

EURES fuq Google+

Temi
Kaxxa tal-għodda tal-UE għall-mobilitàPartijiet interessati esterniIdeat u SuġġerimentiAħbarijiet/rapporti/statistikaŻgħażagħ
Sezzjoni(jiet) relatati
Għajnuna u appoġġL-Għajxien u x-Xogħol
Settur
Accomodation and food service activitiesActivities of extraterritorial organisations and bodiesActivities of households as employers, undifferentiated goods- and servicesAdministrative and support service activitiesAgriculture, forestry and fishingArts, entertainment and recreationConstructionEducationElectricity, gas, steam and air conditioning supplyFinancial and insurance activitiesHuman health and social work activitiesInformation and communicationManufacturingMining and quarryingOther service activitiesProfessional, scientific and technical activitiesPublic administration and defence; compulsory social securityReal estate activitiesTransportation and storageWater supply, sewerage, waste management and remediation activitiesWholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.