Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet17 Lulju 2020L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni

9 hacks tal-IT sempliċi għall-post tax-xogħol

Li wieħed ikun familjari mat-teknoloġija qed isir dejjem aktar u aktar importanti fis-suq tax-xogħol tal-lum. Hawnhekk ser nikkondividu 9 hacks tal-IT sempliċi biex intejbu l-ħiliet diġitali u l-produttività tiegħek.

9 simple IT hacks for the workplace
Shutterstock

Uża mudelli għal kompiti ta’ rutina

Jekk issib ruħek ripetutament tagħmel l-istess kompitu, agħmel mudell għalih. Dan mhux biss jiffrankalek il-ħin, iżda jista’ jaġixxi wkoll bħala tfakkira ta’ kwalunkwe element li jista’ jkun nieqes minn dokument. Meta tissejvja mudell fil-Microsoft Word, pereżempju, għandek sempliċiment tbiddel it-tip ta’ fajl għal “mudell ta’ Word” (billi tuża l-menu li jinżel taħt l-isem tal-fajl).

Niżżel maniġer tal-password

Il-biċċa l-kbira tas-siti web u tas-sistemi online jeħtieġu password. Li tipprova tiftakarhom kollha tista’ tkun biċċa xogħol diffiċli u x’aktarx tispiċċa jkollok tissettjahom mill-ġdid fuq bażi regolari! Niżżel maniġer tal-password (eż. LastPass) u naqqas il-ħin li qed titlef waqt li tipprova (u ma jirnexxilekx) tilloggja.

Uża filtru tad-dawl blu jew ir-regola ta’ 20-20-20 biex tiġġieled it-tensjoni fuq l-għajnejn

Perjodi twal ta’ ħin quddiem l-iskrin tal-kompjuter, speċjalment f’kundizzjonijiet ta’ dawl baxx, jistgħu jikkawżaw tensjoni fuq l-għajnejn u jnaqqsu l-kwalità tal-irqad. Sabiex tiġġieled din il-problema, niżżel wieħed mill-ħafna filtri tad-dawl blu mingħajr ħlas li qegħdin jiġu offruti (eż. Windows 10 Night light, CareUEyes Lite u Iris mini). Dan is-software se jaġġusta awtomatikament il-kulur tal-iskrin tiegħek skont il-ħin tal-ġurnata u jiffiltra l-livelli mhux meħtieġa ta’ dawl blu, billi jissostitwixxih bi sfumaturi aktar vivaċi.

Barra minn hekk, ir-regola ta’ 20-20-20 tgħid li għal kull 20 minuta li persuna tqatta’ tħares lejn l-iskrin, jenħtieġ li hija tħares lejn xi ħaġa li tkun 20 pied bogħod għal 20 sekonda. Jekk tinsab inkwetat(a) dwar it-tul ta’ ħin li tqatta’ quddiem l-iskrin, l-implimentazzjoni ta’ din ir-regola tista’ tkun mod faċli biex tgħin tipproteġi għajnejk.

Uża applikazzjoni ta’ prokrastinazzjoni/sistema ta’ ġestjoni tal-ħin tad-desktop

Hemm firxa enormi ta’ “applikazzjonijiet ta’ prokrastinazzjoni” u sistemi ta’ ġestjoni tal-ħin tad-desktop disponibbli. Għażliet bħal Be Focused jgħinu bil-produttività billi jistabbilixxu t-tul tal-perjodi tax-xogħol u l-pawżi, li jippermettulek taqsam kompiti akbar f’subkompiti iżgħar u tintraċċa t-tlestija tagħhom. L-għażla li timblokka ċerti siti web għal tul ta’ ħin speċifiku tista’ tgħin biex jitnaqqas il-ħin moħli li tqatta’ tiċċekkja l-midja soċjali.

Uża mezzi differenti mill-posta elettronika

Filwaqt li l-posta elettronika kienet il-metodu ppreferut ta’ komunikazzjoni kummerċjali għal ħafna snin, l-introduzzjoni ta’ software bħal Microsoft Teams, Slack u Trello tfisser li ma għadux aktar meħtieġ li tqatta’ sigħat tfittex f’inbox sħiħa. Bit-tlaqqigħ flimkien ta’ diversi funzjonalitajiet, inklużi group chats, l-għodod ta’ skedar u l-vidjokonferenzi, dawn il-programmi jistgħu jissimplifikaw u jqassru l-proċessi amministrattivi b’mod konsiderevoli, b’mod li jħallu aktar lok għal xogħol siewi u ta’ prijorità għolja.

Taqsiriet tat-tastiera (shortcuts)

It-taqsiriet tat-tastiera (shortcuts) jistgħu jiffrankawlek il-ħin billi jippermettulek tlesti funzjoni fi ftit sekondi u mingħajr l-użu ta’ maws. Hemm mijiet minn fejn tagħżel, iżda dawn li ġejjin huma wħud mill-aktar popolari:

  • Ctrl+Z = Ħassar dak li għamilt (Undo)
  • Ctrl+Y = Erġa’ agħmel (Redo)
  • Ctrl+X = Neħħi (Cut)
  • Ctrl+C = Ikkopja (Copy)
  • Ctrl+V = Ippejstja (Paste)
  • Ctrl+A = Agħżel kollox
  • Ctrl+B = Agħmel it-test b’tipa grassa
  • Ctrl+I = Agħmel it-test bil-korsiv
  • Ctrl+U = Aqta’ linja taħt it-test
  • Ctrl+N = Oħloq dokument ġdid
  • Ctrl+P = Ipprintja

Agħmel użu mit-tagħlim online mingħajr ħlas

L-Internet jospita għażla vasta ta’ opportunitajiet ta’ tagħlim li jistgħu jsiru mill-bogħod u mingħajr ebda spiża. Google Digital Garage, pereżempju, jipprovdi lill-istudenti b’għarfien u ħiliet diġitali li jgħinuhom jiżviluppaw il-karrieri u n-negozji tagħhom, kif ukoll ċertifikat ta’ tlestija biex jinkluduh fuq is-CV tagħhom.

Skennja d-dokumenti u oħloq PDFs minnhom bl-użu ta’ applikazzjonijiet tal-ismartphone

Jekk xi darba ngħatajt karta stampata importanti, issa tista’ tuża applikazzjonijiet tat-telefon ċellulari bħal CamScanner biex tikkonvertiha għal PDF mingħajr il-ħtieġa li tittajpjaha manwalment. Spiċċa ż-żmien li toqgħod tfittex ġo basket jew fuq skrivanija mimlija karti!

Installa software għall-kondiviżjoni tal-fajls

L-użu ta’ software bħal Dropbox jew OneDrive ifisser li inti tista’ taċċessa l-fajls tiegħek tkun fejn tkun, minn diversi kompjuters u apparati differenti. Dan jista’ jkun partikolarment utli għal sitwazzjonijiet fejn tkun qed taħdem mid-dar. Madankollu, oqgħod attent(a) jekk tkun qed tittratta informazzjoni sensittiva jew kunfidenzjali – kellem lid-dipartiment tal-IT tal-kumpanija tiegħek jekk ma tkunx ċert(a).

Nittamaw li dawn il-hacks jgħinuk issir konoxxenti tad-dinja diġitali fi ftit żmien!

L-artiklu sar bi sħubija mal-EURES, il-Portal Ewropew dwar il-Mobilità fix-Xogħol.

 

Links relatati:

LastPass

Windows 10 Night light

CareUEyes Lite

Iris mini

Be Focused

Microsoft Teams

Slack

Trello

Google Digital Garage

CamScanner

Dropbox

OneDrive

 

Aqra aktar:

Il-Jiem Ewropej tal-Impjiegi

Drop’pin@EURES

Sib il-Persunal tal-EURES..

Il-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi  tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li għadhom se jittellgħu

Il-EURES fuq Facebook

Il-EURES fuq Twitter

Il-EURES fuq LinkedIn

Temi
Ideat u SuġġerimentiŻgħażagħ
Settur
Accomodation and food service activitiesActivities of extraterritorial organisations and bodiesActivities of households as employers, undifferentiated goods- and servicesAdministrative and support service activitiesAgriculture, forestry and fishingArts, entertainment and recreationConstructionEducationElectricity, gas, steam and air conditioning supplyFinancial and insurance activitiesHuman health and social work activitiesInformation and communicationManufacturingMining and quarryingOther service activitiesProfessional, scientific and technical activitiesPublic administration and defence; compulsory social securityReal estate activitiesTransportation and storageWater supply, sewerage, waste management and remediation activitiesWholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.