Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet19 Frar 2020L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni

8 suġġerimenti għal imprendituri żgħażagħ

Li tkun imprenditur tfisser li tkun l-imgħallem tiegħek stess, li tieħu d-deċiżjonijiet kollha u li ssegwi xi ħaġa li tħoss ħafna entużjażmu għaliha. Iżda tista’ tfisser ukoll ħafna xogħol iebes, b’mod partikolari meta tkun għadek ser tibda. Biex nagħtuk daqqa t’id, hawnhekk issib l-aqwa 8 suġġerimenti tagħna għal imprendituri żgħażagħ.

8 tips for young entrepreneurs
EURES

Emmen fil-viżjoni tiegħek: Li tikkonvinċi lid-dinja dwar l-idea tiegħek hija faċli meta verament temmen fiha. Aktar ma turi l-ħeġġa u l-entużjażmu tiegħek lill-oħrajn, aktar se jirrikonoxxu s-sinċerità tiegħek, iħaddnu l-idea tiegħek u jgħinuk biex tirnexxi. Dan jagħtik ukoll l-impetu li teħtieġ biex tegħleb kwalunkwe ostaklu li tiltaqa’ miegħu matul it-triq, peress li mhux probabbli li ċċedi dwar xi ħaġa li temmen fiha.

Netwerking: Kollox hu dwar lil min taf. Aktar ma tesponi lilek innifsek u titkellem ma’ nies dwar l-idea tiegħek, aktar ikun probabbli li tiltaqa’ ma’ dawk li jistgħu jgħinuk tibdilha f’realtà. Dan ifisser li tattendi avvenimenti biex tiltaqa’ ma’ investituri potenzjali u biex isiru jafu bik. Kun ċert li tippreżenta lilek innifsek b’mod professjonali meta tagħmel netwerking biex tiżgura li joħduk bis-serjetà. Tajjeb ukoll li tipprattika minn qabel dak li tkun trid tgħid (pereżempju l-“kelmtejn tiegħek konvinċenti li jelevawk”), sabiex tkun tista’ twassal l-idea tiegħek b’mod ċar u kunfidenti kemm jista’ jkun.

Riċerka: Kun af is-suq tiegħek. Aktar ma tkun aġġornat dwar l-industrija li tkun qed tipprova tidħol fiha, aktar għandek ċans tkun taf x’għandek tistenna. Sir familjari mal-kompetituri, liema metodi attwali jaħdmu u ma jaħdmux, u l-prodotti u n-nies ta’ madwarek. Dan se jgħinek ittejjeb l-idea tiegħek stess u timpenja lilek innifsek f’konverżazzjonijiet ma’ oħrajn fl-industrija.

Ippjanar: Qis li jkollok pjan... iżda tiddependix minnu. Filwaqt li pjan jista’ jkun mod tajjeb biex jiggwidak u jipprovdilek struttura, mhux kollox ser imur kif tkun qed tistenna. Ostakli mhux previsti — u opportunitajiet — jistgħu jinqalgħu fi kwalunkwe ħin, għalhekk kun żgur li tkun miftuħ għall-adattament, l-aġġustament u l-allinjament tal-pjan tiegħek.

Falliment: Xi kultant kulħadd ifalli. Aqra l-bijografija ta’ kwalunkwe wieħed mill-imprendituri ewlenin tal-lum u se ssib li fil-passat tagħhom kellhom kemm falliment kif ukoll suċċess. U b’daqshekk ma ġara xejn, peress li l-aktar ħaġa verament importanti hi dak li titgħallem meta tfalli. Użah bħala esperjenza ta’ tagħlim jew bħala test, u mbagħad erġa’ pprova. Bħall-atturi li għamlu awdizzjonijiet ħafna drabi qabel ma akkwistaw il-parti li tat bidu lill-karriera tagħhom, l-imprendituri jistgħu jibnu fuq il-falliment tagħhom u jerġgħu lura aktar b’saħħithom.

Ħu azzjoni: Aħtaf kull opportunità li tiġik, anke jekk tkun għajjien u tkun l-aħħar ħaġa li tixtieq tagħmel. It-telf ta’ opportunità jista’ jkun id-differenza bejn li tgħolli n-negozju tiegħek għal-livell li jmiss jew li tmur pass lura. Li tkun produttiv kemm jista’ jkun, itejjeb ukoll b’mod sinifikanti ċ-ċansijiet tiegħek ta’ suċċess u huwa t-tip ta’ ħaġa li n-nies ta’ madwarek se jinnotaw.

Stabbilixxi miri realistiċi: Biex tinbena kredibilità u reputazzjoni tajba jieħu ż-żmien, b’hekk kun żgur li ma titlifx dak ix-xogħol iebes kollu li tkun għamilt billi tagħmel wegħdiet li ma tistax iżżomm. Stabbilixxi miri realistiċi u n-nies se jirrispettawk u jafdawk meta tissodisfahom b’mod konsistenti.

Taqtax qalbek: Is-suċċess mhux dejjem jiġi mil-lum għall-għada – jista’ jieħu snin ta’ xogħol iebes. Tħallix li dan itellfek! Kompli aħdem u xi darba se tiġi ppremjat bis-suċċess li ħaqqek.

Dawn huma 8 mill-aħjar suġġerimenti tagħna biex tkun imprenditur żgħażugħ ta’ suċċess. Awguri biex tibdilhom f’azzjoni!

L-artiklu sar fi sħubija mal-EURES, il-Portal Ewropew dwar il-Mobilità fix-Xogħol.

 

Aqra aktar:

Il-Jiem Ewropej tal-Impjiegi

Drop’pin@EURES

Sib il-Persunal tal-EURES..

Il-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li għadhom se jsiru

Il-EURES fuq Facebook

Il-EURES fuq Twitter

Il-EURES fuq LinkedIn

Temi
Negozju/IntraprenditorijaIdeat u SuġġerimentiŻgħażagħ
Settur
Accomodation and food service activitiesActivities of extraterritorial organisations and bodiesActivities of households as employers, undifferentiated goods- and servicesAdministrative and support service activitiesAgriculture, forestry and fishingArts, entertainment and recreationConstructionEducationElectricity, gas, steam and air conditioning supplyFinancial and insurance activitiesHuman health and social work activitiesInformation and communicationManufacturingMining and quarryingOther service activitiesProfessional, scientific and technical activitiesPublic administration and defence; compulsory social securityReal estate activitiesTransportation and storageWater supply, sewerage, waste management and remediation activitiesWholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.