Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet30 Ġunju 2020L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni

8 ħiliet essenzjali biex għas-suċċess f’dinja post-COVID-19

Ir-riċerkaturi jispekulaw kif id-dinja se tinbidel wara l-pandemija tal-COVID-19, iżda l-biċċa l-kbira tagħhom jaqblu li l-postijiet tax-xogħol mhux se jkunu l-istess bħal qabel. Hawnhekk hawn tmien ħiliet li aħna nistennew li sejrin ikunu essenzjali għall-ħaddiema u n-negozji f'dinja wara l-coronavirus.

8 essential skills to succeed in a post-COVID-19 world
Shutterstock

Tmexxija

Jista’ jkun li l-firxa tal-coronavirus qiegħda tonqos, iżda t-telexogħol qed issir aktar popolari. B’aktar uffiċċji li jippermettu lill-impjegati tagħhom jaħdmu mid-dar, il-ħiliet ta’ tmexxija tajba qegħdin isiru essenzjali. Jenħtieġ li l-mexxejja u l-maniġers tat-timijiet ikunu jistgħu jispiraw u jimmotivaw lill-kollegi tagħhom u jinkoraġġixxu l-kollaborazzjoni mill-bogħod. Barra minn hekk, bit-tkabbir tal-ekonomija tal-gigs, it-timijiet qed isiru aktar fluwenti, u jeħtieġu inizjattiva u proattività minn dawk kollha involuti.

Intelliġenza emozzjonali

L-intelliġenza emozzjonali hija l-kapaċità li wieħed jifhem u jkun konxju tal-emozzjonijiet tiegħu u dawk tal-oħrajn. Din għandha diversi komponenti – għarfien, perċezzjoni u regolamentazzjoni, iżda essenzjalment, hija dwar it-tmexxija permezz ta’ empatija, influwenza u kollaborazzjoni. Id-dinja post-COVID-19 tista' tkun mimlija inċertezza u sfidi, u l-kumpaniji se jkollhom bżonn mexxejja emozzjonalment intelliġenti biex jgħinu lill-ħaddiema tagħhom jinnavigaw f'dawn iż-żminijiet diffiċli.

Ħiliet teknoloġiċi

Rajna li teknoloġiji bħar-robotika, ir-realtà awmentata, l-Internet tal-oġġetti u l-intelliġenza artifiċjali jistgħu jgħinu lin-negozji jsiru aktar reżiljenti għal pandemiji futuri. Fil-futur, in-nies li jistgħu jgħinu lill-kumpaniji jisfruttaw dawn it-teknoloġiji se jkunu indispensabbli. Minn fabbriki għal ditti legali – is-suq tax-xogħol se jirrikjedi dejjem aktar ħaddiema b’ħiliet teknoloġiċi adegwati.

Ħiliet diġitali u ta’ kkowdjar

Il-kriżi tal-COVID-19 urietna li n-negozji bi preżenza diġitali qawwija huma inqas vulnerabbli għal tnaqqis ekonomiku u pandemiji. Għalhekk, nies b'ħiliet fil-qasam tal-kummerċjalizzazzjoni diġitali, l-iżvilupp tal-web, id-disinn u l-ikkowdjar tal-web jistgħu jkunu imprezzabbli biex jgħinu lill-kumpaniji jibqgħu għaddejjin fi żminijiet diffiċli. B'għadd dejjem jikber ta' negozji b'bażi diġitali, l-opportunitajiet biex il-ħiliet diġitali jitpoġġew fix-xogħol huma bosta.

Adattabilità

Il-lockdown ġab miegħu ħafna bidliet mhux mistennija f’ħajjitna. Il-mod kif naħdmu bla dubju se jinbidel u l-ħaddiema li jistgħu jadattaw malajr għall-bidliet se jkunu ta’ valur kbir għal min iħaddimhom. L-adattabilità mhijiex biss dwar it-tħaddin ta’ bidliet fid-doveri tax-xogħol tiegħek – hija wkoll dwar it-tagħlim kontinwu ta’ ħiliet ġodda u l-aġġornament ta’ dawk qodma biex jibqgħu rilevanti fis-suq tax-xogħol.

Kreattività u innovazzjoni

Rajna l-importanza tal-kreattività u l-innovazzjoni matul il-pandemija tal-coronavirus. In-negozji li rnexxielhom joħolqu modi kif jipprovdu s-servizzi online jew bidlu malajr il-produzzjoni tagħhom servew bħala mudelli għal ħafna. F'dinja ta' wara l-coronavirus, il-kreattività umana se tkun essenzjali.

Litteriżmu fid-data

Il-kumpaniji li jifhmu x-xejriet tan-negozju huma aktar adatti biex jirrispondu għal sitwazzjonijiet mhux mistennija. Iżda biex dan isir, in-negozji jeħtieġu professjonisti bil-litteriżmu fid-data, li jistgħu jinterpretaw l-informazzjoni u jissuġġerixxu soluzzjonijiet ibbażati fuqha. Għal din ir-raġuni, il-persuni bil-litteriżmu fid-data se jkunu ta' valur akbar għal min iħaddem aktar minn qatt qabel.

Ħsieb kritiku

B'aħbarijiet foloz u b'diżinformazzjoni kull fejn tħares fuq l-internet, il-kumpaniji se jkollhom jiddependu minn ħsieb kritiku biex jieħdu deċiżjonijiet infurmati. Il-litteriżmu medjatiku u l-kapaċità li l-informazzjoni tiġi evalwata b'mod oġġettiv minn sorsi differenti se jkollhom domanda kbira.

Aqra dan l-artikolu dwar kif sitt kumpaniji Ewropej użaw xi wħud mill-ħiliet imsemmija hawn fuq biex ikampaw fil-kriżi u jimxu 'l quddiem.
 

 

Links relatati:

Kif in-negozji qed jadattaw għall-kriżi u qed jippreparaw għal futur wara l-COVID-19
 

 

Aqra aktar:

Il-Jiem Ewropej tal-Impjiegi

Drop’pin@EURES

Sib Konsulenti tal-EURES

Kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

Temi
Negozju/IntraprenditorijaPartijiet interessati esterniIdeat u SuġġerimentiAħbarijiet dwar is-suq tax-xogħol/aħbarijiet dwar il-mobilitàXejriet ta' reklutaġġŻgħażagħ
Sezzjoni(jiet) relatati
L-Għajxien u x-Xogħol
Settur
Accomodation and food service activitiesActivities of extraterritorial organisations and bodiesActivities of households as employers, undifferentiated goods- and servicesAdministrative and support service activitiesAgriculture, forestry and fishingArts, entertainment and recreationConstructionEducationElectricity, gas, steam and air conditioning supplyFinancial and insurance activitiesHuman health and social work activitiesInformation and communicationManufacturingMining and quarryingOther service activitiesProfessional, scientific and technical activitiesPublic administration and defence; compulsory social securityReal estate activitiesTransportation and storageWater supply, sewerage, waste management and remediation activitiesWholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.