
Għandek viżjoni
Faċli tħares lejn Steve Jobs jew Bill Gates u taħseb li meta tkun intrapredentur tara biss il-miljuni li tista’ tagħmel u li ssir l-akbar ditta fid-dinja. Filwaqt li din hija ambizzjoni tajba, negozju li jirnexxi jrid jibda b’idea. L-intraprendituri għandhom ħiliet fl-għarfien ta’ lakuni fis-suq ta’ prodott ġdid, filwaqt li jidentifikaw talba li ma ġietx issodisfata jew jiżviluppaw soluzzjoni ġdida għal problema antika.
Tista’ tiffoka fuq il-futur
Filwaqt li l-preżent huwa importanti, l-intraprendituri li jirnexxu ser iżommu wkoll għajn waħda fuq il-futur il-ħin kollu. Huma jantiċipaw l-isfidi, l-opportunitajiet u x-xejriet li ġejjin sabiex jiżguraw li jibqgħu minn ta’ quddiem fl-industrija tagħhom u jkunu jistgħu jirrispondu malajr għall-ħtiġijiet dejjem jinbidlu tal-klijenti u tal-konsumaturi.
Tista’ tieħu riskji (ikkalkolati)
Kelma waħda tista’ tkun id-differenza bejn intraprenditur li jirnexxi u ieħor li ma jirnexxix: ikkalkolat. L-intraprendituri jieħdu riskju bbażat fuq ħsieb jew ippjanar bir-reqqa, mhux fuq l-emozzjoni. L-istabbiliment u t-tkabbir ta’ negozju jeħtieġ li jittieħed ċertu ammont ta’ riskju, iżda huwa importanti li ssir distinzjoni bejn dan u l-imprudenza. Intraprenditur ta’ suċċess jaf meta jieħu r-riskji, iżda wkoll meta jevitahom.
Int flessibbli
Il-kapaċità ta’ adattament għall-bidla hija essenzjali għas-suċċess fid-dinja tan-negozju. Is-swieq huma imprevedibbli, bħalma huma n-nies, u jekk intraprenditur jista’ jakkomoda u jadatta għal sitwazzjonijiet mhux mistennija (aktar milli jiġġieled kontrihom), dan ser jgħinu biss biex jirnexxi.
Għandek empatija
Meta n-nies jaħsbu f’intraprenditur li rnexxa, xi drabi jimmaġinaw ċifra bla ħniena li tagħti aktar importanza lill-għanijiet tagħhom milli lis-sentimenti ta’ oħrajn. Fir-realtà, dan huwa rari. Huwa importanti li l-impjegati, il-klijenti u l-azzjonisti jħossu li leħinhom ikun importanti u li jinstemgħu. Is-sidien tan-negozju li l-aktar irnexxew huma dawk li jistgħu jqisu l-opinjonijiet u s-sentimenti ta’ kull min huwa involut fin-negozju, u jikkomunikaw magħhom b’mod ċar kif qed jaħdmu lejn viżjoni komuni.
Int immotivat
Li tkun l-imgħallem tiegħek tfisser li timmotiva lilek innifsek u ma tiddependix fuq oħrajn biex jagħmlu dan għalik. L-intraprendituri m’għandhomx maniġer biex jiċċekkjaw il-progress tagħhom, jiżguraw li jżommu mal-iskadenzi tagħhom jew jagħtuhom ċanfira jekk ikunu tard filgħodu. Hija r-responsabbiltà tagħhom li jiżguraw li kollox jimxi ħarir u li x-xogħol jitwassal fil-ħin.
Is-sigriet biex wieħed jibqa’ fuq quddiem huwa l-passjoni. Jekk tħobb l-idea tiegħek, allura ser tkun saħansitra aktar determinat li tirnexxi.
Tista’ taċċetta falliment
Il-falliment huwa parti inevitabbli meta wieħed jibda negozju u jsir intraprenditur. Dawk li jistgħu jegħlbuh, u japplikaw it-tagħlimiet li tgħallmu għall-esperjenzi futuri, huma dawk li ser jirnexxu fit-tul. Minflok ma jaraw il-falliment bħala wieħed negattiv, l-intraprendituri jarawh bħala opportunità ta’ titjib.
Hemm huma: 7 sinjali li jaf twilidt biex tkun intraprenditur. Nittamaw li dan jgħinek tagħraf l-intraprenditur fik!
Fi sħubija mal-EURES, il-Portal Ewropew dwar il-Mobilità fix-Xogħol
Aqra aktar:
Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES
Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES
Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi
Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES
Avvenimenti Onlineli Jmiss
L-EURES fuq Facebook
L-EURES fuq Twitter
L-EURES fuq LinkedIn
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 2 Awwissu 2019
- Awturi
- L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol | Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
- Temi
- Negozju/IntraprenditorijaIdeat u SuġġerimentiŻgħażagħ
- Settur
- Accomodation and food service activitiesActivities of extraterritorial organisations and bodiesActivities of households as employers, undifferentiated goods- and servicesAdministrative and support service activitiesAgriculture, forestry and fishingArts, entertainment and recreationConstructionEducationElectricity, gas, steam and air conditioning supplyFinancial and insurance activitiesHuman health and social work activitiesInformation and communicationManufacturingMining and quarryingOther service activitiesProfessional, scientific and technical activitiesPublic administration and defence; compulsory social securityReal estate activitiesTransportation and storageWater supply, sewerage, waste management and remediation activitiesWholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles