
Jekk inti għandek bżonn tieħu ritratt tal-iskrin malajr ta’ xi ħaġa f’tab ta’ Chrome, din hija l-estensjoni għalik. Sempliċement agħfas il-buttuna “Take a screenshot” (“Iġbed ritratt tal-iskrin”) u tinfetaħ tab ġdida fejn inti tista’ tagħżel dak li tixtieq tikkondividi jew tissejvja. Jekk din tkun stampa, inti tista’ saħansitra titlob lil Google biex ifittex stampi simili. Qabel ma tikkondividi jew tissejvja, tista’ wkoll tpinġi fuq ir-ritratt tal-iskrin u tenfasizza kwalunkwe ħaġa li tixtieq tindika lil dik il-persuna li tkun se tirċievi r-ritratt tal-iskrin.
Momentum jippreżenta lilu nnifsu kull darba li tiftaħ tab ġdida fi Chrome. Dan jagħtik il-ħin, id-data, it-temp u xi ftit affarijiet oħra, iżda l-aktar importanti l-lista tiegħek tal-affarijiet “to do” (“li għandek x’tagħmel”). Il-laqgħat jitniżżlu fil-kalendarju tiegħek, iżda dawk il-kompiti kollha kbar u żgħar li ma jappartjenux għal ħin speċifiku fejn jitniżżlu? Faċli tara dak li trid tiffoka fuqu, u faċli wkoll iżżid oġġetti ġodda ma’ dak “li għandek x’tagħmel". Meta tlesti kompitu, neħħih, u mbagħad imxi għal dak li jmiss.
Għadd ta’ siti web jippreżentawlek ammont kbir ta’ informazzjoni li jista’ jagħmilha diffiċli biex tiffoka fuq it-test. Text Mode hija estensjoni sempliċi li, meta tintuża, tneħħi kollox għajr it-test innifsu, u tbiddel ukoll kollox f’iswed u abjad. L-estensjoni hija perfetta jekk ikollok bżonn tipproċessa ħafna informazzjoni fi żmien qasir.
Dawk il-passwords kollha... Dawk il-logins kollha. Impossibbli tiftakarhom kollha sakemm ma tużax dejjem l-istess password u kif jaf kulħadd, dan mhuwiex irrakkomandat. LastPass huwa servizz li jaħżen il-passwords u l-ismijiet tal-utent tiegħek f’”vault” b’mod sikur, filwaqt li jagħmilhom faċilment aċċessibbli għalik biss.
Il-kumpanija li inti taħdem għaliha tuża aktar minn programm ta’ komunikazzjoni wieħed bħal Skype, Slack jew WhatsApp? All-in-One Messenger jieħu dawk il-programmi kollha u jpoġġihom f’window waħda, jiġifieri ma jkollokx għalfejn toħroġ minn wieħed biex tidħol f’ieħor. Dan huwa mod eċċellenti ta’ kif tiffranka l-ħin!
Grammarly huwa perfett għal nies li jiktbu bl-Ingliż. Din l-estensjoni tiċċekkja kemm l-ortografija kif ukoll il-grammatika tiegħek, filwaqt li tiżgura li dak li inti qed tikkomunika huwa faċli biex jinqara u għandu xeħta professjonali. Dan jippermettilek sa 400 verifika b’xejn kull xahar.
Għandek bżonn issir taf x’tip ta’ viżitaturi kellu sit web partikolari f’dawn l-aħħar sitt xhur? L-estensjoni SimilarWeb tagħmel eżattament dan, u fl-istess ħin tippreżentalek data oħra bħal minn liema pajjiżi ġejjin il-viżitaturi u jekk ġewx permezz tal-midja soċjali, magni tat-tiftix jew links. Din id-data qatt mhu se tkun preċiża 100 %, iżda se tagħtik idea dwar jekk, pereżempju, għandekx tikkoopera ma’ influwenzatur partikolari.
Trid tkun taf aktar dwar kif tista’ tieħu kemm tista’ mill-ġurnata tax-xogħol tiegħek? Għalhekk kun ċert li tagħti ħarsa lejn l-artikolu riċenti tagħna: 5 għajnuniet biex taħdem b’mod effiċjenti.
Links relatati
Aqra aktar:
Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES
Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES
Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi
Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES
Avvenimenti Online li ġejjin
L-EURES fuq Facebook
L-EURES fuq Twitter
L-EURES fuq LinkedIn
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 19 Diċembru 2017
- Awturi
- L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol | Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
- Temi
- Ideat u Suġġerimenti
- Sezzjoni(jiet) relatati
- L-Għajxien u x-Xogħol
- Settur
- Accomodation and food service activitiesActivities of extraterritorial organisations and bodiesActivities of households as employers, undifferentiated goods- and servicesAdministrative and support service activitiesAgriculture, forestry and fishingArts, entertainment and recreationConstructionEducationElectricity, gas, steam and air conditioning supplyFinancial and insurance activitiesHuman health and social work activitiesInformation and communicationManufacturingMining and quarryingOther service activitiesProfessional, scientific and technical activitiesPublic administration and defence; compulsory social securityReal estate activitiesTransportation and storageWater supply, sewerage, waste management and remediation activitiesWholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles