Skip to main content
EURES
Artiklu tal-aħbarijiet1 Novembru 2019L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni

6 suġġerimenti biex tieħu dak kollu li tista’ minn kors ta’ taħriġ, internship jew apprendistat.

Pożizzjonijiet fuq perjodu qasir li joffru taħriġ fuq il-post tax-xogħol qed isiru perkorsi dejjem aktar popolari biex wieħed jidħol fid-dinja tax-xogħol. Internship, traineeship jew apprendistat b’suċċess jistgħu jkunu utli ħafna biex jgħinek issib ir-rwol ta’ impjieg mixtieq tiegħek. Hawnhekk se nagħtuk xi suġġerimenti utli biex niżguraw li inti tieħu dak kollu li tista’ minn tiegħek.

6 tips for getting the most out of a training course, internship or apprenticeship
Shutterstock

Tibżax tagħmel żbalji.

Bħala intern, trainee jew apprendist, inti qiegħed hemm biex titgħallem. Il-kollegi tiegħek se jkunu konxji mill-fatt li mhux neċessarjament għandek esperjenza daqshom, u m’intix se tkun mistenni li mill-ewwel tagħmel kollox perfett. Tibżax tagħmel kompiti li ma jkunux fiż-żona ta’ konfort tiegħek -  il-fatt li tieħu inizjattiva, teħel ftit u titgħallem mill-iżbalji tiegħek se jirrifletti fuqek ħafna aħjar minn nuqqas ta’ rieda li tinvolvi ruħek għax tibża’ li se tagħmel xi ħaġa ħażina.

Adatta għall-kultura tax-xogħol tal-kumpanija

Ara kif il-kollegi jġibu ruħhom u adatta l-imġiba tiegħek skont dan. X’qed jilbsu? Kif qegħdin jinteraġixxu bejniethom? x’tip ta’ suġġetti jitkellmu dwarhom fl-uffiċċju, u x’jevitaw? Oqgħod attent biex ma tinsiex, madankollu, li ħafna kollegi jkunu ilhom jaħdmu hemmhekk għal aktar żmien minnek, jew jistgħu jkollhom kuntratti li jkunu differenti minn tiegħek, allura għalkemm l-imgħallem tiegħek jaf jitlaq mill-uffiċċju kmieni kuljum, dan mhux neċessarjament se jkun aċċettabbli għalik ukoll!

Approfitta mill-opportunitajiet ta’ taħriġ u ta’ kwalifiki

Jekk tiġi offrut opportunitajiet ta’ taħriġ jew ta’ kwalifiki, aħtafhom! Ħafna kumpaniji jkopru l-ispejjeż tat-taħriġ għall-persunal tagħhom biex ituhom l-opportunità li jtejbu l-ħiliet u l-għarfien tagħhom f’oqsma rilevanti għar-rwoli rispettivi tagħhom. Dan mhux biss ikun jista’ jgħinek tagħmel ix-xogħol attwali tiegħek aħjar, iżda jtejjeb is-CV tiegħek u jgħinek tibni s-sett ta’ ħiliet tiegħek għall-progressjoni fil-karriera futura tiegħek.

Offri biex tagħmel aktar kompiti

Jekk għandek xi kapaċità żejda, staqsi lill-kollegi tiegħek jekk hemmx xi ħaġa li tista’ tgħinhom fiha. L-interns li lesti jagħmlu l-kompiti żgħar u ordinarji kif ukoll dawk akbar u aktar interessanti huma dawk li huma l-aktar apprezzati, u dawk li x'aktarx jiġu offruti pożizzjoni permanenti. Jekk jgħidulek li m’hemm xejn li tista’ tgħinhom fiha, tużax dan bħala skuża biex titgħażżen - ipprova aħseb kif tista’ tkun aktar ta’ għajnuna b’mod ġenerali. Għandek xi ideat li taħseb jistgħu jgħinu lill-kumpanija titjieb? Forsi tista’ tikteb mudell ta’ dokument biex tgħin tissimplifika proċess speċifiku, jew toħloq ktejjeb ta’ informazzjoni utli għall-impjegati l-ġodda? Il-fatt li turi li inti motivat u kreattiv, kif ukoll li inti ġenwinament investit fis-suċċess tal-kumpanija, se jsaħħaħ il-fiduċja tal-kollegi tiegħek fik u fil-kapaċitajiet tiegħek.

Teħodhiex personali

Jekk inti ġdid fid-dinja tax-xogħol, jista’ jkun faċli li tħalli lil moħħok jiġri bik b’mistoqsijiet bħal “X’jaħsbu l-kollegi l-ġodda tiegħi fuqi?”, “Għamilt _____ tajjeb?”, jew “X’ried ifisser ___ b’dik l-email?”. Ftakar li kulħadd qiegħed hemm biex jagħmel kompitu speċifiku, u għalkemm jista’ jkun hemm kunflitt dwar l-iskadenzi, il-prijoritajiet u d-deċiżjonijiet, dawn mhumiex (fil-biċċa l-kbira tagħhom) personali u ma jirriflettux x’jaħseb fuqek xi ħadd bħala persuna.

M’għandhiex għalfejn tkun xi ħaġa permanenti

Matul l-internship, it-traineeship jew l-apprendistat tiegħek, taf tiskopri li l-qasam jew il-kumpanija li qed taħdem fiha mhumiex tajbin għalik. Dan ma jfissirx li tkun ħlejt il-ħin tiegħek, peress li l-fatt li ssir taf x’ma jgħoddx għalik huwa importanti daqs meta ssir taf dak li jgħodd għalik. Xorta waħda tkun ksibt għadd ta’ ħiliet trasferibbli u esperjenza li x’aktarx se tgħinek issib impjiegi li aktar jgħoddu għalik fil-futur.

Nittamaw li dawn is-suġġerimenti jgħinuk tilħaq il-potenzjal professjonali kollu tiegħek!

Fi sħubija mal-EURES, il-Portal Ewropew dwar il-Mobilità fix-Xogħol.

 

Aqra aktar:

Jiem Ewropej tal-Impjiegi

Drop’pin@EURES

Sib Persunal tal-EURES

Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

Temi
Negozju/IntraprenditorijaIdeat u SuġġerimentiŻgħażagħ
Settur
Accomodation and food service activitiesActivities of extraterritorial organisations and bodiesActivities of households as employers, undifferentiated goods- and servicesAdministrative and support service activitiesAgriculture, forestry and fishingArts, entertainment and recreationConstructionEducationElectricity, gas, steam and air conditioning supplyFinancial and insurance activitiesHuman health and social work activitiesInformation and communicationManufacturingMining and quarryingOther service activitiesProfessional, scientific and technical activitiesPublic administration and defence; compulsory social securityReal estate activitiesTransportation and storageWater supply, sewerage, waste management and remediation activitiesWholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.