Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet19 Lulju 2019L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni4 min qari

6 passi biex tibda karriera professjonali barra mill-pajjiż: Parti 3

L-aħħar parti tas-serje tagħna ta’ tliet partijiet tħares lejn il-punti importanti li għandhom jiġu kkunsidrati meta wieħed jippjana li jmur jgħix barra pajjiżu u jibda joqgħod f’pajjiż ġdid.

6 steps to starting a professional career abroad: Part 3
EURES

Pass #5: Tmur tgħix barra

Li tmur tgħix barra pajjiżek huwa pass kbir, iżda bi ftit pjanar tista’ tħaffef it-tranżizzjoni u tagħmel il-proċess inqas intimidanti.

X’għandi naħseb qabel ma nitlaq?

  • Kuntratt tax-xogħol: Għandek tirċievi kopja tal-kuntratt tal-impjieg tiegħek u konferma tas-salarju tiegħek qabel titlaq.
  • Dokumentazzjoni importanti: Agħmel kopji tad-dokumenti importanti tiegħek (eż. passaport, karti tal-assigurazzjoni, ċertifikat tat-twelid) biex tkun tista’ teħodhom miegħek meta tmur tgħix barra.
  • Korsijiet tal-lingwa: Jekk m’intix diġà profiċjenti, ta’ min tikkunsidra li tagħmel kors fil-lingwa tal-pajjiż fejn se tmur (jew fil-lingwa li se tkun qed tuża fuq bażi ta’ kuljum).
  • Kontijiet bankarji: Jaf tkun trid tiftaħ kont bankarju fil-pajjiż il-ġdid tiegħek (u jista’ jkun li jkollok bżonn tagħmel dan biex titħallas). Ta’ min tirriċerka l-għażliet tiegħek minn qabel biex tkun taf fejn qiegħed, u jekk dak il-kont jistax jintrabat ma’ dak ta’ pajjiżek.
  • Assigurazzjoni: Ħu l-Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea (jew assigurazzjoni ekwivalenti jekk m’intix ċittadin tal-UE) biex tkun kopert kompletament. Jista’ jkun tajjeb li tinvesti fl-assigurazzjoni tal-ivvjaġġar ukoll.
  • Akkomodazzjoni: Fejn se tgħix? Jekk tista’, jista’ jkun tajjeb li tieħu ħsieb l-akkomodazzjoni tiegħek qabel tibda x-xogħol il-ġdid tiegħek. Jekk dan mhux possibbli, tista’ tagħmel xi riċerka dwar għażliet u prezzijiet potenzjali.
  • Sigurtà Soċjali: Ikkuntattja lill-istituzzjoni tas-sigurtà soċjali tiegħek qabel ma titlaq minn pajjiżek biex tikseb l-informazzjoni neċessarja kollha u l-formoli meħtieġa tal-UE. Tista’ tkun ta’ għajnuna wkoll li titgħallem kif inhuma l-affarijiet fil-pajjiż il-ġdid tiegħek u l-formalitajiet relatati mat-trasferiment tad-drittijiet tas-sigurtà soċjali (eż. benefiċċji soċjali, benefiċċji tal-qgħad).
  • Tassazzjoni: L-awtoritajiet rilevanti f’pajjiżek għandhom ikunu jistgħu jipprovdu wkoll pariri dwar ftehimiet ta’ tassazzjoni mal-pajjiż il-ġdid tiegħek.
  • Familja: Int u familtek għandkom l-istess drittijiet bħall-ħaddiema nattivi. Dan ifisser li l-membri tal-familja tiegħek jistgħu jakkumpanjawk fil-pajjiż il-ġdid tiegħek, imorru l-iskola u jsibu xogħol (bl-appoġġ tal-EURES).
  • Sistema tal-edukazzjoni: Il-membri tal-persunal tal-EURES huma sors kbir ta’ informazzjoni dwar l-iskejjel u s-sistema edukattiva fil-pajjiż il-ġdid tiegħek, u l-istess huma s-siti web tal-awtoritajiet edukattivi rilevanti.

Dwar xiex għandi naħseb eżatt qabel ma nitlaq?

  • Kontijiet u kuntratti: Aċċerta li tkun temmejt b’mod legali u xieraq kwalunkwe relazzjoni kuntrattwali ma’ fornituri tas-servizzi (eż. gass, telefown, ilma, internet).
  • Awtorità lokali: Jista’ jkollok bżonn tinforma lill-awtorità lokali tiegħek meta tmur tgħix barra.
  • Indirizz postali: Aġġorna l-indirizz postali tiegħek fuq il-websajts rilevanti kollha u mal-istituzzjonijiet rilevanti kollha.
  • Taxxa u benefiċċji: Kun ċert li tinforma lill-amministrazzjonijiet tat-taxxa u tal-benefiċċji soċjali ta’ pajjiżek li se titlaq minnu.

Pass #6: Tgħix f’pajjiż ġdid

Pajjiż ġdid jirrappreżenta kemm sfida kif ukoll opportunità. Hemm ħafna dwar xiex taħseb, għalhekk enfasizzajna xi wħud mill-punti li forsi tixtieq tagħtihom prijorità.

  • Kun ċert li għandek akkomodazzjoni: Jekk ma stajtx torganizza dan qabel ma tasal, allura din għandha tkun prijorità. Min iħaddmek jista’ jgħinek u jekk le, tista’ tibda b’post temporanju u ssib xi post permanenti ladarba tkun drajt.
  • Ifhem ir-rekwiżiti legali: X’aktarx se jkun hemm xi formalitajiet legali u amministrattivi li trid tgħaddi minnhom sabiex tistabbilixxi ruħek fil-pajjiż il-ġdid tiegħek. Huwa rrakkomandat li tagħmel riċerka dwar dan sabiex tkun taf l-obbligi tiegħek.
  • Kun af drittijietek: Bħala ċittadin tal-UE/ŻEE, għandek l-istess drittijiet għall-benefiċċji tas-sigurtà soċjali bħall-ħaddiema nattivi (eż. ħlas tal-mard, liv tal-maternità, pensjonijiet), għalhekk kun ċert li teżerċita dawk id-drittijiet!
  • Iftaħ kont tal-bank: Huwa probabbli li min iħaddmek jeħtieġ dan sabiex iħallas il-paga tiegħek u ċ-ċittadini kollha tal-UE huma intitolati li jiftħu kont bankarju bażiku fil-pajjiż fejn ikunu qed jaħdmu.
  • Tgħallem il-lingwa: Jekk m’intix diġà profiċjenti, li titgħallem il-lingwa nattiva hija mod tajjeb ħafna kif tintegra f’pajjiż ġdid — u tiltaqa’ ma’ nies ġodda li jistgħu jkunu fl-istess sitwazzjoni.
  • Irriċerka l-għażliet ta’ trasport: X’aktarx ikollok tivvjaġġa biex tmur taħdem, u b’hekk il-fatt li tiskopri l-aqwa għażliet ta’ trasport jista’ jgħinek tiffranka l-ħin u l-flus.
  • Ħaddan il-kultura: Anki jekk għadek kif mort tgħix f’pajjiż ġar, il-kultura se tkun differenti minn dik li int imdorri/ja biha. Dehriet ġodda, ħsejjes ġodda, nies ġodda... l-aħjar mod ta’ adattament huwa li tgħaddas lilek innifsek fl-ambjent il-ġdid tiegħek. Il-kollegi tiegħek, min iħaddmek jew il-ġirien jistgħu probabbilment joffru pariri dwar il-postijiet u l-attivitajiet l-aktar interessanti fiż-żona lokali tiegħek.
  • Ħu parir: Hemm aktar minn 800 membru tal-persunal tal-EURES disponibbli biex jipprovdu pariri u assistenza fuq firxa ta’ suġġetti. Tista’ tfittex għall-persunal rilevanti fil-pajjiż il-ġdid tiegħek permezz tat-taqsima tal-għajxien u tax-xogħol tal-portal tal-EURES.

Tista’ ssir taf aktar dwar il-passi 5 u 6 fuq il-portal tal-EURES u jekk trid tibda fil-bidu tas-serje, l-ewwel parti u t-tieni parti jistgħu jinstabu hawn.

 

Links relatati:

jiftħu kont bankarju bażiku

taqsima tal-għajxien u tax-xogħol

portal tal-EURES

 

Aqra aktar:

Jiem Ewropej tal-Impjiegi

Drop’pin@EURES

Sib Persunal ta’ EURES

Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Onlineli ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

Temi
  • Ideat u Suġġerimenti
  • Ġranet tax-Xogħol/Avvenimenti
  • Żgħażagħ
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.