
Li ssib it-traineeship il-perfett għalik mhix xi ħaġa faċli. Mhux biss lakemm tispikka mill-folla ta’ applikanti oħrajn interessati, għaliex qabel kollox trid tkun taf ukoll fejn għandek tfittex il-possibbiltajiet it-tajba. Staqsejna lil Pål Kaalaas, il-Maniġer tal-Kummerċjalizzazzjoni Diġitali ta’ CupoNation fin-Norveġja, għall-aħjar ħames ideat tiegħu għal meta wieħed ifittex traineeships u qalilna hekk…
Fittex barra pajjiżek
Traineeship barra pajjiżek jagħtik vantaġġ mill-bidu nett, mela għaliex għandek tillimita lilek innifsek għal opportunitajiet f’pajjiżek stess? Hemm possibbiltajiet eċċitanti x’tesplora madwar l-Ewropa kollha! Li taċċetta internship barra minn pajjiżek jagħtik opportunità li tesperjenza kultura differenti, kemm fuq ix-xogħol kif ukoll fil-ħin liberu tiegħek. Li titbiegħed mill-familjarità sikura ta’ pajjiżek biex taħdem barra hi xi ħaġa li l-impjegaturi madwar id-dinja kollha japprezzaw, anki snin wara li tkun saret.
Mur ħabbat il-bibien
Kun proattiv(a) u ppreżenta ruħek personalment. Żmien ilu, “li tħabbat fuq il-bieb ta’ kumpanija” kienet tinftiehem litteralment, iżda llum ħafna mill-komunikazzjoni inizjali ssir online. Jekk m’għandekx kont ta’ LinkedIn, agħmel wieħed minnufih u jekk qed tfittex traineeship, ikkunsidra jekk tistax tħallas għal abbonament Premium. Dan jagħtik il-possibbiltà li tidħol direttament f’kuntatt mal-“persuni x-xierqa fil-kumpaniji x-xierqa”, u tkun tista’ tistaqsi mistoqsijiet rilevanti u tintroduċi lilek innifsek. L-abbonament Premium jagħtik linja diretta għall-“irjus il-kbar” fi kważi kull kumpanija, u b’hekk tkun tista’ tiktibilhom xi ħaġa. Dan jista’ jkun ta' vantaġġ kbir kemm għalik kif ukoll għalihom, u joħloq linji ta’ komunikazzjoni li ma kinux jeżistu sa ftit snin ilu. Idea bejnietna: tarax kbir! Ara li tikkomunika biss meta dan ikun jagħmel sens. Linkedln m’għandux jintuża bl-idea ta’ “Kemm inxandar lili nnifsi, lill-ikbar ammont ta’ nies possibbli, bit-tama li mill-inqas nirċievi tweġiba pożittiva waħda”.
Tibża’ li jinjorawk? Ifhem, in-nuqqas ikun tal-kumpanija jew tal-persuna, u mhux tiegħek, xi ħaġa li twassalna għall-idea li jmiss...
L-isforz irid isir miż-żewġ naħat
Kumpanija li tikkunsidrak għal internship żgur li se tkun trid issir taf iktar dwarek. Wara kollox, huma jrid jkunu ċerti li l-persuna li jaħtru hi dik it-tajba. Tinsiex tagħmel l-istess! Fittex fuq il-kumpaniji fejn qed tikkunsidra li tapplika, filwaqt li taċċerta ruħek li dawn ikunu jaqblu ma’ dak li tixtieq int meta tqabbilhom ma’ fejn trid li tieħdok il-karriera tiegħek. Ma tridx tispiċċa fi traineeship li fil-verità ma jieħdok imkien. Forsi taf lil xi ħadd li ħadem hemm qabel? X’tista’ titgħallem mill-artikli fil-mezzi tax-xandir u mis-sit web tal-kumpanija? Ara li tkun tħossok tajjeb dwarhom qabel ma tibgħat l-applikazzjoni.
Taqbadx tagħmel copy/paste
Sibt xi post fejn tixtieq tapplika? Investi l-ħin fl-applikazzjoni tiegħek! Ovvjament, normali li jkollok applikazzjoni mudell, iżda hu tassew importanti li tagħmel iktar milli sempliċiment tbiddel l-isem tal-kumpanija u xi żewġ sentenzi. Jekk ma tqattax ħin tfassal l-applikazzjoni mudell tiegħek f’applikazzjoni speċifika għal kumpanija speċifika, ma tkunx qed tagħmel biżżejjed. Applikazzjonijiet li ma jkunux ippersonalizzati malajr jintgħarfu, u mhux xieraq li titlef opportunitajiet minħabba l-għażż. Trid turi lill-persuna fuq in-naħa l-oħra tal-mejda li int verament jinteressak biżżejjed li qgħadt titgħallem xi affarijiet żgħar fuq il-kumpanija u n-negozju.
Staqsi mistoqsijiet
Ħafna mir-reklami ta’ xogħlijiet isemmu persuna ta’ kuntatt li tista’ tikkuntattja... iżda ħafna ma jagħmlux dan. Għala ma tibgħathilhiex ittra elettronika li fiha tistaqsiha xi ftit mistoqsijiet rilevanti dwar it-traineeship? Din turi li int interessat(a), u biha tispikka mill-folla. Qed tikkompeti ma’ ħafna nies kompetenti oħra għal kull impjieg disponibbli, u allura għandek tieħu kull opportunità li tista’ biex ismek jispikka.
Links rilevanti:
Aqra aktar:
Kundizzjonijiet ta' għajxien u xogħol fil-pajjiżi tal-EURES
Il-Bażi ta᾿ Data tal-Impjiegi tal-EURES
Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi
Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES
Avveniment Online li jmiss
EURES fuq Facebook
EURES fuq Twitter
EURES fuq LinkedIn
EURES fuq Google+
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 27 Lulju 2017
- Awturi
- L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol | Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
- Temi
- Xejriet ta' reklutaġġStejjer ta' suċċessŻgħażagħ
- Settur
- Accomodation and food service activitiesActivities of extraterritorial organisations and bodiesActivities of households as employers, undifferentiated goods- and servicesAdministrative and support service activitiesAgriculture, forestry and fishingArts, entertainment and recreationConstructionEducationElectricity, gas, steam and air conditioning supplyFinancial and insurance activitiesHuman health and social work activitiesInformation and communicationManufacturingMining and quarryingOther service activitiesProfessional, scientific and technical activitiesPublic administration and defence; compulsory social securityReal estate activitiesTransportation and storageWater supply, sewerage, waste management and remediation activitiesWholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles