
Id-dinja reali
X'aktarx, jista' jkollok idea dwar x'togħma għandha tuffieħa jekk xi ħadd jispjegalek, iżda għal fehim sħiħ huwa fundamentali li dduqha inti stess. L-istess japplika għall-edukazzjoni. Il-fatt li jkollok ktieb jew professur li jispjega t-teorija ma jipprovdulekx realment l-istampa kollha. Tista' taqra l-aħjar kotba fid-dinja dwar suġġett speċifiku, sew jekk hija storja jew marketing, iżda dan qatt ma jista' jitqabbel mal-esperjenza reali tal-ħajja.
Il-fatt li tħallat l-edukazzjoni ma' internship jagħtik bażi soda ħafna li fuqha tibni karriera. L-edukazzjoni weħidha se tagħtik it-teorja dwar it-tip ta' materjal tal-bini li għandek tuża, iżda din weħidha m'għandha l-ebda valur prattiku.
Pass 'il quddiem mill-oħrajn
Kieku inti timpjega persuna b'għarfien teoriku biss, jew tagħżel il-persuna kemm b'għarfien teoriku kif ukoll b'esperjenza reali fil-qasam tagħha? Għal kull pożizzjoni full-time mfassla għaż-żgħażagħ, dejjem se jkun hemm numru kbir interessat li jaħtafha qabel ma jaħtafha ħaddieħor.
Internship jagħtik vantaġġ, għaliex inti tinsab litteralment pass 'il quddiem mill-persuni li m'għandhomx esperjenza tad-dinja reali. Internship jidher sabiħ fuq is-CV tiegħek u filwaqt li ħadd ma jistenna li taf kollox, huma se jirrikonoxxu li inti taf ħafna aktar mill-persuni li qatt ma avvanzaw mill-kotba tagħhom.
L-internship tiegħek jista' jkun il-vantaġġ li għandek bżonn sabiex tikseb dak l-impjieg full-time li verament tixtieq!
Esperjenza tal-blieh
Għalija, il-fatt li ngħatajt responsabbiltà reali kienet esperjenza tal-blieh. Din hija waħda mill-affarijiet li ġġiegħlek tikber, kemm fil-livell professjonali kif ukoll dak personali. Kun ċert/a li ssib ruħek f'kumpanija li tarak bħala għajnuna, u mhux bħala burokratiku.
Hija ta' sfida enormi meta l-imgħallem jafdalek f'idejk proġett għall-ewwel darba, u x'aktarx se tħoss ħafna pressjoni. Minkejja dan, ftakar li inti ma tinsabx f'din il-pożizzjoni għax ix-xorti daħkitlek. Inti tikseb dawn it-tipi ta' opportunitajiet għaliex inti min inti u għal dak li kapaċi tagħmel. L-imgħallem ma impjegakx b'kumbinazzjoni, u meta jemmnu li inti lest/a għall-kompitu importanti, x'aktarx li inti preparat/a. Ħadd ma jgħidlek li se jkun faċli, iżda definittivament se tkun kapaċi ttemmu u toħroġ minnu aktar b'saħħtek fuq in-naħa l-oħra.
Għarfien kulturali
Jekk tkun f'pajjiżek jew barra 'l pajjiż, internship jagħtik il-possibbiltà li titgħallem dwar kultura ta' uffiċċju ġdid. Fil-Ġermanja, l-affarrijiet ta' spiss jiġu ttrattati differenti minn dak li jien imdorrija bih fil-Finlandja. Mhux neċesserjament għall-aħjar jew għall-agħar, iżda differenti. Din it-tip ta' esperjenza tagħtik verament fehim tajjeb ta' kif kumpaniji differenti jmexxu n-negozju tagħhom. Ikseb dawk pożittivi u agħmel mezz li jogħġbuk.
Opportunitajiet
Qatt tkun "twajjeb iżżejjed" għal internship. Il-fatt li temmen li wara l-iskola se timxi dritt f'pożizzjoni full-time jista' jkun daqqa ta' ħarta kbira. Il-maġġoranza tal-kumpaniji joffru interships, u huwa aktar probabbli għalik li tikseb il-pożizzjoni full-time jekk ikunu jafu min inti u xi ssarraf wara li tkun urejt kemm tiswa fil-livell bażi. U jekk ma joffrux internships, ħeqq...kif diġà ssemma': qatt mhu mitluf il-fatt li tkun pass 'il quddiem mill-oħrajn.
Interessat/a f'internship? Għalhekk iċċekkja Drop'pin@EURES sabiex titgħallem aktar dwar l-opportunitajiet taż-żgħażagħ li qed jiġu offruti u sib l-għażla ta' internship perfetta tiegħek!
Links rilevanti:
5 ideat għal meta tfittex għal traineeships
Aqra aktar:
Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES
Il-Bażi ta' Data tal-Impjiegi tal-EURES
Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi
Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES
Avvenimenti Onlineli ġejjin
L-EURES fuq Facebook
L-EURES fuq Twitter
L-EURES fuq LinkedIn
L-EURES fuq Google+
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 5 Ottubru 2017
- Awturi
- L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol | Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
- Temi
- Ideat u SuġġerimentiŻgħażagħ
- Settur
- Accomodation and food service activitiesActivities of extraterritorial organisations and bodiesActivities of households as employers, undifferentiated goods- and servicesAdministrative and support service activitiesAgriculture, forestry and fishingArts, entertainment and recreationConstructionEducationElectricity, gas, steam and air conditioning supplyFinancial and insurance activitiesHuman health and social work activitiesInformation and communicationManufacturingMining and quarryingOther service activitiesProfessional, scientific and technical activitiesPublic administration and defence; compulsory social securityReal estate activitiesTransportation and storageWater supply, sewerage, waste management and remediation activitiesWholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles