Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet11 Lulju 2017L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni2 min qari

300 SME isibu l-persuna perfetta għalihom permezz tal-iskema ta᾿ skambju

Servizz pilota li jqabbel il-karigi ħoloq skambji transkonfinali ta᾿ persunal bejn SMEs f᾿setturi li jvarjaw mis-sbuħija għall-IT għal-liġi.

300 SMEs find perfect match through exchange scheme

MobiliseSME hija skema mmirata lejn il-proprjetarji ta᾿ negozji żgħar u ta᾿ daqs medju li jridu jiżviluppaw il-kumpaniji tagħhom u joħolqu kuntatti. MobiliseSME qiegħda hemm ukoll għall-impjegati li huma miftuħa għall-idea ta᾿ taħriġ waqt li jaħdmu barra l-pajjiż.

“L-esperjenza tista᾿ ttejjeb il-prospettivi ta᾿ karriera ta᾿ bniedem, billi tipprovdi taħriġ uniku u tippermetti li jinħoloq kuntatt f᾿pajjiżi oħra li jistgħu jieħdu lura meta jirritornaw fil-kumpanija tagħhom,” spjega Stefan Moritz, direttur maniġerjali ta᾿ European Entrepreneurs CEA-PME, is-sieħeb ewlieni fil-proġett.

Iktar minn 300 kumpanija nkitbu biex jieħdu sehem fl-iskema pilota, li tnediet f᾿Novembru, bl-iskambji jsiru sal-aħħar ta᾿ Ġunju. Il-parteċipanti rreġistraw, ħolqu profili u fittxew il-persuna perfetta għall-bżonnijiet tagħhom skont il-post, il-lingwa u s-settur.

Jim Deves, imprenditur fis-settur tal-IT, imexxi TheRightClick.gr, ibbażata fil-Greċja. Għalih, MobiliseSME kienet opportunità kbira biex jiżviluppa n-netwerk u l-iskambju tal-għarfien bis-sieħba Ewropej ġodda.

Hu ngħaqad ma᾿ kumpanija Ġermaniża, CCVossel, u kumpanija Estonjana. It-tnejn li huma jispeċjalizzaw fl-iżvilupp ta᾿ soluzzjonijiet tal-IT. Jim kien ħadem ma᾿ Nikitech fuq proġetti oħra u ppropona skambju bejn il-persunal tagħhom. Jim ħa pjaċir li sab sieħeb ġdid f᾿CCVossel via MobiliseSME.

Fil-bidu ta᾿ Ġunju, TheRightClick.gr laqgħet lil Jaan Tohver mill-Estonja, espert fl-apps tal-mowbajls, u żviluppatur tas-softwer Vincent Petritz minn CCVossel. Flimkien Jaan u Vincent użaw l-esperjenza tagħhom biex jittestjaw u jiżviluppaw teknoloġiji tal-IT, u ddiskutew kif jiskambjaw l-għarfien dwar il-metodi u l-approċċi ta᾿ ħidma.

“Kienet esperjenza interessanti ħafna, kemm personali kif ukoll fuq livell professjonali,” qal Jim. “Stajt nitgħallem minn kif pajjiżi Ewropej oħra jaħdmu u kif inhu n-negozju f᾿pajjiżi oħra. U issa għandna l-punti ta᾿ kuntatt fi swieq oħra, bħall-Estonja. Verament irrifletta s-slogan tal-proġett: Nies mobbli. Impriżi mobbli. Ewropa mobbli."

Vincent kien ukoll entużjast ħafna. “Nixtieq li l-kollegi tiegħi kollha jgħaddu minn din l-esperjenza, biex jiġu f᾿kuntatt ma᾿ kultura tax-xogħol oħra – nittama li MobiliseSME tkompli dal-programm fuq bażi permanenti,” qal Vincent.

Il-proġett huwa ffinanzjat mill-Programm tal-UE għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (EaSI), u huwa amministrat direttament mill-Kummissjoni Ewropea. Iressaq flimkien tliet programmi dwar l-impjiegi: EURES, PROGRESS u Progress Microfinance.

 

Links relatati:

Is-sit web ta᾿ MobiliseSME

Imprendituri Ewropej CEA-PME

TheRightClick.gr

CCVossel

Programm tal-UE għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (EaSI)

EURES

PROGRESS

Progress Microfinance

 

Aqra aktar:

Sib Konsulent tal-EURES

Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi ta᾿ Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Onlineli ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

L-EURES fuq Google+

Temi
  • Negozju/Intraprenditorija
  • Ideat u Suġġerimenti
  • Xejriet ta' reklutaġġ
Sezzjoni(jiet) relatati
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.