Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet7 April 2020L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni

10 suġġerimenti biex torganizza laqgħa virtwali b’suċċess

Aktar minn qatt qabel bħalissa ħafna minna qed naħdmu mid-dar minħabba l-COVID-19. Vidjokonferenzi u laqgħat virtwali oħra qed isiru essenzjali, iżda x’jiġri jekk qatt ma kellek bżonn torganizza waħda qabel?

10 tips for running a successful virtual meeting
Shutterstock

Tinkwetax, jekk qed taħdem mill-bogħod, għandna 10 suġġerimenti għalik biex ngħinuk torganizza laqgħa virtwali. Jekk bħalissa qed tfittex xogħol, tista’ wkoll tuża dawn is-suġġerimenti f’intervisti ta’ impjieg mill-bogħod, jew sempliċiment biex tibqa’ f’kuntatt mal-ħbieb.

Jekk qed torganizza laqgħa, l-ewwel ħames suġġerimenti tagħna għandhom jgħinuk tipprepara:

  1. Agħżel is-softwer tiegħek…
    Illum il-ġurnata hemm ħafna applikazzjonijiet sofistikati għall-vidjokonferenzi, bħal Zoom, Skype u Microsoft Teams. Agħmel ir-riċerka tiegħek u sib dak li hu l-aħjar għalik. Kun żgur li s-softwer jitniżżel bla ħlas, u ċċekkja jekk jistax jakkomoda biżżejjed parteċipanti.
  2. ... u ttestjah!
    Se jkollok bżonn ukoll tittestja minn qabel is-softwer ma’  ħabib/a jew kollega. Il-biċċa l-kbira tal-applikazzjonijiet għall-vidjokonferenzi huma sempliċi ħafna wara li tkun użajthom l-ewwel darba, iżda ħafna drabi l-affarijiet jistgħu jmorru żmerċ l-ewwel darba jekk ma tkunx familjari magħhom.
  3. Sib ħin tajjeb
    Iċċekkja l-kalendarji tal-persuni u żomm f’moħħok is-sigħat tax-xogħol, iż-żoni tax-xogħol u ċ-ċirkostanzi individwali. Pereżempju, jekk taf li l-parteċipanti għandhom it-tfal, jaf ikollok bżonn tkun flessibbli biex takkomoda l-bżonnijiet tagħhom.
  4. Kun żgur li kulħadd issettjat
    Għid lill-parteċipanti tiegħek liema għodod se jkollhom bżonn. Avżahom sew minn qabel u agħtihom struzzjonijiet ċari, u kun żgur li għandhom kwalunkwe kodiċi jew link li jkollhom bżonn biex jissieħbu fil-laqgħa.
  5. Iċċirkola d-dokumenti u qabbad lil xi ħadd jieħu n-noti
    Ikkondividi minn qabel kwalunkwe dokument importanti, inkluż l-aġenda jekk ikun hemm bżonnha. Jekk beħsiebek tippreżenta xi ħaġa, ikkunsidra li tikkondividi l-iskrin tiegħek matul it-telefonata. Kun ċert li titfi t-twissijiet tal-email u agħlaq kull tieqa kunfidenzjali minn qabel! Jaf ikollok bżonn tqabbad lil xi ħadd jieħu l-minuti.

Allavolja mill-bogħod, huwa importanti li jiġi prattikat etikett tajjeb matul il-laqgħat, għaldaqstant hawn ħames suġġeriment oħra għal matul il-laqgħa:

  1. Tbissem għall-kamera!
    Inkoraġġixxi lil kulħadd biex juża l-vidjo tiegħu peress li dan jagħmel il-laqgħa aktar realistika. Xi applikazzjonijiet għandhom funzjoni ta’ ‘blur my background’ (sfoka l-isfond tiegħi), li tipproteġi l-privatezza u tipprevjeni kwalunkwe distrazzjoni kkawżata mill-isfond. Kun żgur li tilbes b’mod xieraq ukoll. Ħafna jħossu li meta jilbsu pulit ikollhom attitudni tax-xogħol, u l-klijenti jew l-intervistaturi xorta se jistennew li tidher professjonali.
  2. Agħti ċ-ċans lil kulħadd biex jitkellem…
    Xi applikazzjonijiet għandhom funzjoni integrata li bis-saħħa tagħha tidher biss il-persuna li tkun qed titkellem fuq l-iskrin, u dan jinkoraġġixxi lill-parteċipanti biex jitkellmu meta jkun imiss lilhom. Fi kwalunkwe każ, ikkunsidra li jkun hemm persuna li tippresiedi biex taċċerta li l-punti fuq l-aġenda jiġu koperti, biex tiġbor fil-qosor il-punti ewlenin u biex talloka l-opportunità lil kulħadd biex jikkontribwixxi.
  3. ... u agħmel il-mikrofonu tiegħek silenzjuż meta ma tkunx qed titkellem!
    L-istorbju fl-isfond bħall-annimali domestiċi jew it-tfal żgħar jista’ jtellef. L-użu ta’ sett ta’ kuffji tal-widnejn b’mikrofonu integrat jista’ jgħin biex dan jiġi evitat, iżda anke n-nifs tiegħek stess jista’ jinstema’ qawwi. L-aktar mod sikur biex tevita dan huwa billi tagħmel il-mikrofonu tiegħek silenzjuż meta tkun qed tisma’ lill-oħrajn.
  4. Tinsiex titkellem fuq affarijiet li mhumiex tax-xogħol
    “Kif kien il-vjaġġ tiegħek hawn?” mhux se taħdem f’dan il-każ, iżda kun żgur li tistaqsi lil kulħadd kif qed iħossuhom. Xi persuni jistgħu jħossuhom iżolati u waħidhom meta jaħdmu mid-dar, allura xi ftit konverżazzjoni każwali matul il-laqgħa taf tkun sors pożittiv ta’ interazzjoni.
  5. Agħmel segwitu
    Agħmel segwitu tal-laqgħa bl-istess mod kif tagħmel is-soltu. Jekk meħtieġ, iċċirkola noti b’punti ċari għall-azzjoni u l-persuni responsabbli għal dawn l-azzjonijiet.

Nittamaw li dawn l-10 suġġerimenti jgħinuk bil-laqgħa virtwali tiegħek - ir-risq!

 

Links relatati:

Zoom

Skype

Microsoft Teams

 

Aqra aktar:

Il-Jiem Ewropej tal-Impjiegi

Drop’pin@EURES

Sib il-Persunal tal-EURES..

Il-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li għadhom se jsiru

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

Temi
Partijiet interessati esterniIdeat u SuġġerimentiAħbarijiet dwar is-suq tax-xogħol/aħbarijiet dwar il-mobilitàŻgħażagħ
Sezzjoni(jiet) relatati
L-Għajxien u x-Xogħol
Settur
Accomodation and food service activitiesActivities of extraterritorial organisations and bodiesActivities of households as employers, undifferentiated goods- and servicesAdministrative and support service activitiesAgriculture, forestry and fishingArts, entertainment and recreationConstructionEducationElectricity, gas, steam and air conditioning supplyFinancial and insurance activitiesHuman health and social work activitiesInformation and communicationManufacturingMining and quarryingOther service activitiesProfessional, scientific and technical activitiesPublic administration and defence; compulsory social securityReal estate activitiesTransportation and storageWater supply, sewerage, waste management and remediation activitiesWholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.